17.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/13


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2019/C 351/10)

Image 1

Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida ta’ EUR 2, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mil-Litwanja

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom valuta legali fiż-żona tal-euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti ta’ EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita: il-Litwanja

Suġġett tal-kommemorazzjoni: Samogitia (Reġjuni Etnografiċi Litwani)

Deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri ors fuq saqajh ta’ wara, b’kullar madwar għonqu. Dan ilu jidher fuq l-istemma araldika ta’ Samogitia sa mis-Seklu 16. L-ors għandu sfond ta’ tarka b’kuruna fil-parti ta’ fuq, miżmuma minn suldat armat (simbolu tal-kuraġġ, is-sagrifiċċju u l-patrijottiżmu) u alla mara b’ankra (simbolu tat-tama). Fil-parti ta’ isfel hemm skrizzjoni bil-Latin “PATRIA UNA” (patrija waħda). Id-disinn huwa mdawwar bl-iskrizzjonijiet “LIETUVA”(il-Litwanja) u “ŽEMAITIJA” (Samogitia), is-sena tal-ħruġ “2019” u l-marka taz-zekka Litwana.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 500 000

Data tal-ħruġ: it-tielet kwart tal-2019


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 5).