10.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/7


Sejħiet għal proposti u attivitajiet relatati taħt il-Programm ta’ Ħidma ERC 2020 taħt Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014–2020)

(2019/C 232/06)

B’dan qiegħed jingħata avviż dwar it-tnedija ta’ sejħiet għal proposti u attivitajiet relatati taħt il-Programm ta’ Ħidma ERC 2020 taħt Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020).

Il-Kummissjoni adottat il-Programm ta’ Ħidma ERC 2020 (http://ec.europa.eu/research/participants/data/ref/h2020/wp/2018-2020/erc/h2020-wp20-erc_en.pdf) bid-Deċiżjoni C(2019)4904 tat-2 ta’ Lulju 2019.

Qed issir stedina għal proposti għal dawn is-sejħiet. Il-Programm ta’ Ħidma ERC 2020, inklużi l-iskadenzi u l-baġits, huwa disponibbli permezz tas-sit elettroniku Portal tal-Parteċipanti flimkien mal-informazzjoni dwar il-modalitajiet tas-sejħiet u attivitajiet relatati u l-informazzjoni għall-applikanti dwar kif jiġu sottomessi l-proposti:

https://ec.europa.eu/info/funding-tenders/opportunities/portal/screen/home