18.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/4


Assenjazzjoni tal-Viċi President għal Awli b’ħames Imħallfin

(2019/C 103/03)

Waqt il-laqgħa ġenerali tagħha tal-10 ta’ Ottubru 2018, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li tassenja lill-Viċi President lil Awla b’ħames Imħallfin għall-kawżi kollha li fihom hija teżerċita l-funzjonijiet ta’ Mħallef Relatur u li huma assenjati mill-Qorti tal-Ġustizzja lil tali Kulleġġ ġudikanti.

B’applikazzjoni tal-Artikolu 11(1) tar-Regoli tal-Proċedura, għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li tassenja lil R. Silva de Lapuerta lill-Ewwel Awla, għall-perijodu mill-10 ta’ Ottubru 2018 sas-6 ta’ Ottubru 2021.