|
15.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18/4 |
SEJĦA GĦALL-PROPOSTI 2019
PROGRAMMI SEMPLIĊI
Għotjiet għal miżuri ta’ għoti ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi skont ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(2019/C 18/04)
1. L-isfond u l-għan ta’ din is-sejħa
1.1. Miżuri dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli
Fit-22 ta’ Ottubru 2014, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 (1) dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008. Ir-Regolament huwa supplimentat bir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1829 (2) u r-regoli għall-applikazzjoni tiegħu huma stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1831 (3)
L-objettiv ġenerali tal-miżuri dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni huwa li jżidu l-kompetittivià tas-settur agrikolu tal-Unjoni.
L-objettivi speċifiċi tal-miżuri dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni huma li:
|
(a) |
iżidu s-sensibilizzazzjoni tal-merti dwar il-prodotti agrikoli tal-Unjoni u dwar l-istandards għoljin applikabbli għall-metodi ta’ produzzjoni fl-Unjoni; |
|
(b) |
iżidu l-kompetittività u l-konsum tal-prodotti agrikoli u ta’ ċerti prodotti tal-ikel tal-Unjoni u li jgħollu l-profil tagħhom kemm ġewwa kif ukoll barra mill-Unjoni; |
|
(c) |
iżidu s-sensibilizzazzjoni u r-rikonoxximent tal-iskemi ta’ kwalità tal-Unjoni; |
|
(d) |
iżidu s-sehem mis-suq tal-prodotti agrikoli tal-Unjoni u ta’ ċerti prodotti tal-ikel, billi jiffokaw b’mod speċifiku fuq dawk is-swieq f’pajjiżi terzi li għandhom l-akbar potenzjal ta’ tkabbir; |
|
(e) |
jerġgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet normali tas-suq fil-każ ta’ disturb serju tas-suq, telf tal-fiduċja tal-konsumaturi jew problemi speċifiċi oħra. |
1.2. Il-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-Kummissjoni għall-2019
Il-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-Kummissjoni għall-2019, adottat bid-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni (4) fi 14 ta’ Novembru 2018, jispeċifika d-dettalji għall-għoti ta’ kofinanzjament u l-prijoritajiet għal programmi sempliċi u multipli fis-suq intern u f’pajjiżi terzi. Dan huwa disponibbli fl-indirizz li ġej:
https://ec.europa.eu/info/promotion-eu-farm-products_en
1.3. Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel
L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel (minn hawn ’il quddiem “Chafea”) hija fdata mill-Kummissjoni Ewropea bil-ġestjoni ta’ ċerti partijiet tal-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi, inkluża l-evalwazzjoni ta’ programmi sempliċi.
1.4. Din is-sejħa għall-proposti
Din is-sejħa għal proposta hija relatata mal-implimentazzjoni ta’ programmi sempliċi, fil-qafas tat-Taqsima 1.2.1.1 (azzjonijiet taħt il-prijorità tematika 1: programmi sempliċi fis-suq intern) u 1.2.1.2 (azzjonijiet taħt il-prijorità tematika 2: programmi sempliċi f’pajjiżi terzi) tal-anness I tal-Programm ta’ Ħidma Annwali għall-2019.
2. Objettivi — Prijoritajiet — Suġġetti
It-taqsimiet 1.2.1.1 u 1.2.1.2 tal-anness I tal-Programm ta’ Ħidma Annwali għall-2019 jispeċifikaw il-prijoritajiet tematiċi għall-azzjonijiet li għandhom jiġu kofinanzjati permezz ta’ din is-sejħa (ara wkoll it-taqsima 6.2 dwar l-Attivitajiet eliġibbli aktar ’l isfel). L-applikazzjonijiet sottomessi bħala tweġiba għal din is-sejħa jridu jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ xi wieħed mis-6 suġġetti li jingħataw f’dawn it-taqsimiet tal-Programm ta’ Ħidma Annwali, inkella mhux se jiġu kkunsidrati għal finanzjament. L-applikanti jistgħu jissottomettu diversi applikazzjonijiet għal proġetti differenti taħt l-istess suġġett prijoritarju. L-applikanti jistgħu jissottomettu wkoll diversi applikazzjonijiet għal proġetti differenti taħt prijoritajiet tematiċi jew suġġetti differenti.
3. Skeda
L-iskadenza għas-sottomissjoni hija s-16 ta’ April 2019, 17:00 CET (Ħin tal-Ewropa Ċentrali).
|
|
Stadji/Dati ta’ Skadenza |
Data u ħin jew perjodu indikattiv |
|
a) |
Pubblikazzjoni tas-sejħa għall-proposti |
15.1.2019 |
|
b) |
Data ta’ skadenza għas-sottomissjoni ta’ mistoqsijiet mhux relatati mal-IT |
2.4.2019 17:00 CET |
|
c) |
Data ta’ skadenza biex tingħata tweġiba għal mistoqsijiet mhux relatati mal-IT |
9.4.2019 17:00 CET |
|
d) |
Skadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet |
16.4.2019 17:00 CET |
|
e) |
Perjodu ta’ evalwazzjoni |
April–Awwissu 2019 |
|
f) |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni |
Ottubru 2019 |
|
g) |
Informazzjoni lill-applikanti mill-Istati Membri |
Ottubru 2019 |
|
(h) |
Fażi tal-adattament tal-għotja |
Ottubru 2019–Jannar 2020 |
|
i) |
Firma tal-ftehim ta’ għotja bejn l-Istati Membri u l-benefiċjarji |
< Jannar 2020 |
|
j) |
Data tal-bidu tal-azzjoni |
> 1.1.2020 |
4. Baġit disponibbli
Il-baġit totali allokat għall-kofinanzjament tal-azzjonijiet taħt din is-sejħa huwa ta’ EUR 95 000 000. L-ammonti indikattivi disponibbli għal kull suġġett huma indikati fit-tabella “Attivitajiet eliġibbli” taħt il-punt 6.2 aktar ’l isfel.
L-ammont hu soġġett għad-disponibbiltà tal-approprjazzjonijiet previsti fil-baġit ġenerali tal-UE għall-2019, wara l-adozzjoni tiegħu mill-awtorità baġitarja tal-UE jew previsti fil-partijiet minn kull tnax proviżorji. Dan l-ammont huwa soġġett ukoll għad-disponibbiltà tal-approprjazzjonijiet għat-tliet snin li jmiss b’kont meħud tan-natura mhux differenzjata tal-approprjazzjonijiet.
Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li ma tqassamx il-fondi kollha disponibbli.
5. Rekwiżiti ta’ Ammissibbiltà
L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu sa mhux aktar tard mill-iskadenza għas-sottomissjoni msemmija fit-taqsima 3.
L-applikazzjonijiet iridu jiġu sottomessi online mill-koordinatur permezz tal-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti (is-sistema ta’ sottomissjoni elettronika disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/info/funding-tenders/opportunities/portal/screen/programmes/agrip).
In-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ hawn fuq iwassal għaċ-ċaħda tal-applikazzjoni.
Il-proposti jistgħu jiġu sottomessi bi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, meta jkunu qegħdin iħejju l-proposti tagħhom, l-applikanti għandhom iqisu li l-ftehimiet ta’ għotja se jiġu mmaniġġati mill-Istati Membri. Għaldaqstant, l-applikanti huma mħeġġa sabiex jissottomettu l-proposta tagħhom bil-lingwa/lingwi tal-Istat Membru tal-oriġini tal-organizzazzjoni(jiet) proponenti sakemm l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx indika l-qbil tiegħu li l-ftehim ta’ għotja jiġi ffirmat bl-Ingliż (5).
Sabiex jiġi ffaċilitat ir-rieżami tal-proposti minn esperti indipendenti, li jipprovdu input tekniku għall-evalwazzjoni, traduzzjoni bl-Ingliż tal-parti teknika tal-proposta (parti B) għandha preferibbilment takkumpanja l-proposta jekk din tkun miktuba b’lingwa uffiċjali oħra tal-UE.
6. Kriterji ta’ Eliġibbiltà
6.1. Applikanti eliġibbli
Il-Proposti għal programmi sempliċi jistgħu jiġu sottomessi biss minn persuni ġuridiċi jew entitajiet oħra li ma jkollhomx personalità ġuridika taħt il-liġi nazzjonali applikabbli, bil-kundizzjoni li r-rappreżentanti tagħhom ikollhom il-kapaċità li jossidisfaw obbligi legali f’isem l-entità u joffru garanziji għall-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni li jkunu ekwivalenti għal dawk offruti minn persuni ġuridiċi kif imsemmija fl-Artikolu 197(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament Finanzjarju”).
B’mod aktar speċifiku, l-applikazzjonijiet mill-organizzazzjonijiet u l-korpi li ġejjin huma eliġibbli, kif imsemmi fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014:
|
(i) |
organizzazzjonijiet professjonali jew interprofessjonali stabbiliti fi Stat Membru u rappreżentanti tas-settur jew tas-setturi kkonċernat(i) f’dak l-Istat Membru, u b’mod partikolari l-organizzazzjonijiet interprofessjonali msemmija fl-Artikolu 157 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (7) u l-gruppi kif definiti fil-punt 2 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), sakemm ikunu rappreżentattivi għall-isem protett skont ir-Regolament tal-aħħar u li huwa kopert b’dak il-programm; |
|
(ii) |
organizzazzjonijiet tal-produtturi jew assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, kif definiti fl-Artikoli 152 u 156 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li ġew rikonoxxuti minn Stat Membru; jew |
|
(iii) |
korpi tas-settur agroalimentari li l-objettiv u l-attività tagħhom huma li jipprovdu informazzjoni dwar, u li jippromwovu prodotti agrikoli u li jkunu ġew inkarigati, mill-Istat Membru kkonċernat, b’missjoni ta’ servizz pubbliku f’dan il-qasam iddefinit b’mod ċar; dawk il-korpi għandhom ikunu ġew stabbiliti legalment fl-Istat Membru inkwistjoni tal-inqas sentejn qabel id-data tas-sejħa għal proposti msemmija fl-Artikolu 8(2). |
L-organizzazzjonijiet proponenti msemmija hawn fuq jistgħu jissottomettu proposta diment li jkunu rappreżentattivi tas-settur jew prodott ikkonċernat mill-proposta, li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 1(1) jew 1(2) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/1829, prinċipalment:
|
(i) |
organizzazzjoni professjonali jew interprofessjonali, stabbilita fi Stat Membru, kif imsemmi fl-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014 rispettivament, għandha titqies li tkun rappreżentattiva tas-settur ikkonċernat mill-programm:
|
|
(ii) |
grupp, kif iddefinit fil-punt 2 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u msemmi fl-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014, għandu jitqies li huwa rappreżentattiv tal-isem protett taħt ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u kopert mill-programm, meta dan jammonta għal mill-inqas 50 % tal-volum jew tal-valur tal-produzzjoni li tista’ titqiegħed fis-suq tal-prodott(i) li ismu(isimhom) ikun(ikunu) protett(i); |
|
(iii) |
organizzazzjoni tal-produtturi jew assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi kif imsemmi fl-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014 għandha titqies li tkun rappreżentattiva tal-prodott(i) jew tas-settur ikkonċernat(i) mill-programm, fejn hija rikonoxxuta mill-Istat Membru skont l-Artikolu 154 jew 156 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013; |
|
(iv) |
korp fis-settur agroalimentari, kif imsemmi fl-Artikolu 7(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014 għandu jitqies li huwa rappreżentattiv tas-settur(i) kkonċernat(i) mill-programm permezz ta’ rappreżentanti ta’ dak(dawk) il-prodott(i) jew settur fost is-sħubiji tiegħu. |
B’deroga mill-punti (i) u (ii) ta’ hawn fuq, jistgħu jiġu aċċettati limiti aktar baxxi jekk l-organizzazzjoni proponenti fil-proposta mressqa turi li jeżistu ċirkostanzi speċifiċi, inkluża l-evidenza dwar l-istruttura tas-suq, li jiġġustifikaw it-trattament tal-organizzazzjoni proponenti bħala rappreżentattiva tal-prodott(i) jew tas-settur ikkonċernat(i).
Il-proposti jistgħu jiġu sottomessi minn organizzazzjoni proponenti waħda jew aktar, f’liema każ ilkoll għandhom ikunu mill-istess Stat Membru tal-UE.
Huma eliġibbli biss l-applikazzjonijiet minn entitajiet stabbiliti fl-Istati Membri tal-UE.
|
Għal applikanti Brittaniċi: Jekk jogħġbok kun af li għandu jkun hemm konformità mal-kriterji ta’ eliġibbiltà għad-durata kollha tal-għotja. Jekk ir-Renju Unit jirtira mill-UE matul il-perjodu tal-għotja mingħajr ma jikkonkludi ftehim mal-UE li b’mod partikolari jiżgura li l-applikanti Brittaniċi jkomplu jkunu eliġibbli, inti tieqaf tirċievi finanzjament mill-UE (filwaqt li, sa fejn ikun possibbli, tkomplu tipparteċipaw) jew se tkun meħtieġ titlaq mill-proġett abbażi tal-Artikolu 34.3 tal-ftehim ta’ għotja. |
Entitajiet mhux eliġibbli: applikanti li diġà jirċievu finanzjament mill-Unjoni għall-istess azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni li jkunu jagħmlu parti mill-proposta(i) tagħhom m’għandhomx ikunu eliġibbli għal finanzjament mill-Unjoni għal dawk il-miżuri skont ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014.
Għall-valutazzjoni tal-eliġibbiltà tal-applikanti, huma mitluba d-dokumenti ta’ sostenn li ġejjin:
|
— |
Entità privata: estratt mill-ġurnal uffiċjali, kopja tal-istatut ta’ assoċjazzjoni, jew estratt mir-reġistru tan-negozji jew tal-assoċjazzjonijiet. |
|
— |
Entità pubblika: kopja tar-riżoluzzjoni jew tad-deċiżjoni li tistabbilixxi l-kumpanija pubblika, jew dokument uffiċjali ieħor li jistabbilixxi l-entità taħt il-liġi pubblika. |
|
— |
Entitajiet mingħajr personalità ġuridika: dokumenti li jipprovdu evidenza li r-rappreżentant(i) tagħhom għandu/hom il-kapaċità li jissodisfa(w) l-obbligi legali f’isimhom. |
|
— |
Barra minn hekk, l-applikanti kollha huma meħtieġa jissottomettu d-dokumentazzjoni rilevanti li tagħti prova li l-applikant jissodisfa l-kriterji tar-rappreżentattività stabbiliti fl-artikolu 1 tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/1829. |
6.2. Azzjonijiet u attivitajiet eliġibbli
Il-proposti għandhom jikkonformaw mal-kriterji ta’ eliġibbiltà elenkati fl-anness II tal-Programm ta’ Ħidma Annwali, jiġifieri:
|
(a) |
il-proposti jistgħu jkopru biss prodotti u skemi elenkati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014; |
|
(b) |
il-proposti għandhom jassiguraw li l-miżuri jiġu implimentati permezz ta’ korpi ta’ implimentazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014. L-organizzazzjonijiet proponenti jridu jagħżlu l-korpi responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programmi billi jassiguraw l-aħjar valur għall-flus u n-nuqqas ta’ kunflitt ta’ interess (ara l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1829). L-organizzazzjoni proponenti għandha tintrabat li l-korp responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programm għandu jintgħażel mhux aktar tard milli qabel l-iffirmar tal-ftehim ta’ għotja (ara l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1831); |
|
(c) |
jekk organizzazzjoni proponenti tipproponi li timplimenta ċerti partijiet tal-proposta hija stess, hija għandha tassigura li l-kost tal-miżura li hija tippjana li twettaq hija nnifisha ma jaqbiżx ir-rati normali tas-suq; |
|
(d) |
il-proposti għandhom jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni li jirregola l-prodotti kkonċernati u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ dawn, ikunu ta’ skala sinifikanti, ikollhom dimensjoni tal-Unjoni u jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet l-oħra kollha tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/1829; |
|
(e) |
jekk messaġġ imwassal ikun jirrigwarda informazzjoni dwar l-impatt fuq is-saħħa, il-proposti għandhom jikkonformaw mar-regoli kif imsemmija fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/1829; |
|
(f) |
jekk il-proposta tipproponi li ssemmi l-oriġini jew ditti, hija għandha tikkonforma mar-regoli msemmija fil-Kapitolu II tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1831. |
|
Għall-applikanti li jissottomettu proposti mmirati lejn ir-Renju Unit: jekk jogħġobkom innotaw li l-irtirar tar-Renju Unit mill-UE jista’ jwassal għal bidliet fl-implimentazzjoni tal-programmi. |
Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-eliġibbiltà tal-attivitajiet ippjanati, għandha tingħata l-informazzjoni li ġejja:
|
— |
Proposti li jkopru skemi ta’ kwalità nazzjonali għandhom jipprovdu dokumentazzjoni jew referenza għas-sorsi disponibbli għall-pubbliku li juru li l-iskema ta’ kwalità hija rikonoxxuta b’mod uffiċjali mill-Istat Membru; |
|
— |
Proposti li għandhom fil-mira tagħhom is-suq intern u li jgħaddu messaġġ dwar il-prattiki tad-dieta xierqa jew dwar il-konsum responsabbli tal-alkoħol għandhom jiddeskrivu kif il-programm propost u l-messaġġ(i) tiegħu huma konformi mar-regoli nazzjonali rilevanti fil-qasam tas-saħħa pubblika fl-Istat Membru fejn se jitwettaq il-programm. Il-ġustifikazzjoni għandha tinkludi referenzi jew dokumentazzjoni b’appoġġ tal-pretensjoni. |
Barra minn hekk, proposta għandha tikkonforma wkoll ma’ waħda mill-prijoritajiet tematiċi elenkati fil-Programm ta’ Ħidma Annwali għall-2019 għall-programmi sempliċi. Dawn ta’ hawn taħt huma estratti mill-programm ta’ Ħidma Annwali għall-2019 li jagħtu dettalji tas-6 suġġetti li għalihom jistgħu jiġu sottomessi applikazzjonijiet. It-test jiddeksrivi s-suġġett, l-ammont relatat previst, l-objettivi u r-riżultati mistennija.
Azzjonijiet taħt il-prijorità tematika 1: programmi sempliċi fis-suq intern
|
Suġġetti |
Ammont totali previst |
Prijoritajiet tas-sena, objettivi segwiti u riżultati mistennija |
||||||
|
Suġġett 1 Programmi ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni bl-għan li jżidu s-sensibilizzazzjoni u r-rikonoxximent tal-iskemi ta’ kwalità tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 5(4)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014 |
12 000 000 EUR |
L-objettiv hu li jżidu s-sensibilizzazzjoni u r-rikonoxximent tal-iskemi ta’ kwalità tal-Unjoni, jiġifieri:
Il-programmi ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni li jimmiraw dawn l-iskemi ta’ kwalità tal-Unjoni għandhom ikunu prijorità ewlenija fis-suq intern billi tali skemi jipprovdu lill-konsumaturi b’assigurazzjonijiet dwar il-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodott jew il-proċess ta’ produzzjoni li jintuża, jiksbu valur miżjud għall-prodotti kkonċernati u jtejbu l-opportunitajiet tagħhom fis-suq. Wieħed mir-riżultati mistennija huwa li jiżdiedu l-livelli ta’ rikonoxximent tal-logo assoċjati mal-iskemi ta’ kwalità tal-Unjon mill-konsumaturi Ewropej. Skont l-Ewrobarometru speċjali (Nru 473), 18 % biss tal-konsumaturi Ewropej jagħrfu l-logos tal-prodotti li jibbenefikaw minn denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP) u minn indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP), u 15 % għall-Ispeċjalità Tradizzjonali Garantita, billi dawn huma l-iskemi ta’ kwalità ewlenin tal-Unjoni. Għad li l-għarfien dwar il-logo tal-biedja organika żdied b’erba’ punti mill-2015 ’l hawn, xorta waħda 27 % tal-konsumaturi Ewropej jagħrfu l-logo tal-UE tal-biedja organika. L-impatt finali mistenni huwa li jiżdiedu l-kompetittività u l-konsum tal-prodotti rreġistrati taħt skema ta’ kwalità tal-Unjoni, jogħla l-profil tagħhom u jiżdied is-sehem tagħhom mis-suq. |
||||||
|
Suġġett 2 Programmi ta’ għoti ta’ informazzjoni jew ta’ promozzjoni li jimmiraw li jenfasizzaw il-karatteristiċi speċjali tal-metodi agrikoli fl-Unjoni u l-karatteristiċi tal-prodotti agrikoli tal-ikel Ewropej, u l-iskemi ta’ kwalità definiti fl-Artikolu 5(4)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014 |
8 000 000 EUR |
L-objettiv huwa li tiġi sottolinjata mill-inqas waħda mill-karatteristiċi speċifiċi tal-metodi ta’ produzzjoni agrikola fl-Unjoni, b’mod partikolari f’termini tas-sigurtà alimentari, tat-traċċabilità, tal-awtentiċità, tat-tikkettar, tal-aspetti nutrizzjonali u tas-saħħa (inklużi prattiki tad-dieta xierqa u konsum responsabbli tax-xarbiet alkoħoliċi eliġibbli), tat-trattament xieraq tal-annimali, tar-rispett għall-ambjent u s-sostenibbiltà, u tal-karatteristiċi tal-prodotti agrikoli u dawk tal-ikel, b’mod partikolari f’termini tal-kwalità, tat-togħma, tad-diversità jew tat-tradizzjonijiet tagħhom. L-impatt finali mistenni huwa li tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-meriti tal-prodotti agrikulturali tal-Unjoni mill-konsumaturi Ewropej u li jiżdiedu l-kompetittività u l-konsum tal-prodotti agroalimentari tal-UE, jogħla l-profil tagħhom u jiżdied is-sehem tagħhom tas-suq. |
Azzjonijiet taħt il-prijorità tematika 2: programmi sempliċi f’pajjiżi terzi
L-applikanti jistgħu jirreferu għat-taqsima 1.2.1 tal-Anness I tal-Programm ta’ Ħidma għal informazzjoni ta’ sfond addizzjonali.
|
Suġġetti |
Ammont totali previst |
Prijoritajiet tas-sena, objettivi segwiti u riżultati mistennija |
|
Suġġett 3 Programmi ta’ informazzjoni u promozzjoni mmirati lejn wieħed jew aktar mill-pajjiżi li ġejjin: Iċ-Ċina (inklużi Ħong Kong u Macao), il-Ġappun, il-Korea t’Isfel, it-Tajwan, ir-reġjun Asjatiku tax-Xlokk jew l-Asja tan-Nofsinhar (10) |
25 250 000 EUR |
Il-programmi ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni għandhom jimmiraw pajjiż wieħed jew aktar identifikat(i) fis-suġġett korrispondenti. L-objettivi ta’ dawn il-programmi għandhom jikkonformaw mal-objettivi ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014. L-impatt finali mistenni għandu jżid il-kompetittività u l-konsum tal-prodotti agroalimentari tal-Unjoni, jgħolli l-profil tagħhom u jżid is-sehem tagħhom tas-suq f’dawn il-pajjiżi mmirati. |
|
Suġġett 4 Programmi ta’ għoti ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni mmirati lejn wieħed jew aktar mill-pajjiżi li ġejjin: il-Kanada, l-Istati Uniti tal-Amerka, il-Messiku jew il-Kolombja |
22 000 000 EUR |
|
|
Suġġett 5 Programmi ta’ għoti ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni mmirati lejn żoni ġeografiċi oħra |
25 250 000 EUR |
|
|
Suġġett 6 (*1) Programmi ta’ għoti ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni mmirati lejn kwalunkwe pajjiż terz dwar żebbuġ tal-ikel kif definit fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, PARTI VII, punt (b) |
2 500 000 EUR |
Jekk organizzazzjoni proponenti tkun tixtieq timmira diversi mir-reġjuni prijoritizzati f’pajjiżi terzi, hija għandha jew tissottometti diversi applikazzjonijiet u applikazzjoni waħda għal kull suġġett. Inkella, hija tista’ tapplika taħt is-suġġett “programmi ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni mmirati lejn żoni ġeografiċi oħra”. Dan is-suġġett jirrigwarda ż-żoni ġeografiċi li ma kinux elenkati fis-suġġett 3 u fis-suġġett 4, iżda jista’ jirrigwarda wkoll taħlita ta’ diversi reġjuni prijoritizzati elenkati fis-suġġett 3 u fis-suġġett 4.
Tipi ta’ attivitajiet eliġibbli
L-azzjonijiet ta’ promozzjoni u ta’ għoti ta’ informazzjoni jistgħu jikkonsistu b’mod partikolari mill-attivitajiet li ġejjin, eliġibbli taħt din is-sejħa:
|
1. |
Ġestjoni tal-proġett |
|
2. |
Relazzjonijiet pubbliċi
|
|
3. |
Sit web, midja soċjali
|
|
4. |
Reklamar
|
|
5. |
Għodod ta’ komunikazzjoni
|
|
6. |
Avvenimenti
|
|
7. |
Promozzjoni fil-punti tal-bejgħ (POS)
|
|
Id-dewqan u d-distribuzzjoni tal-kampjuni mhumiex permessi fil-kuntest tal-kampanji dwar ix-xorb responsabbli implimentati fis-suq intern; madankollu, dawn l-attivitajiet jiġu aċċettati jekk ikunu anċillari għal u jappoġġjaw l-għoti ta’ miżuri ta’ informazzjoni dwar l-iskemi ta’ kwalità u l-metodu tal-produzzjoni organika. |
Perjodu ta’ implimentazzjoni
L-azzjoni kofinanzjata (programmi ta’ informazzjoni/ta’ promozzjoni) għandha tiġi implimentata fuq perjodu ta’ mill-anqas sena iżda ta’ mhux aktar minn tliet snin.
Il-proposti għandhom jispeċifikaw id-durata tal-azzjoni.
7. Kriterji ta’ Esklużjoni (11)
7.1. Esklużjoni mill-parteċipazzjoni
L-applikanti jiġu esklużi milli jipparteċipaw f’din il-proċedura ta’ sejħa għall-proposti jekk ikunu jinsabu f’xi waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni:
|
(a) |
l-applikant ikun fallut, soġġett għal proċedimenti ta’ insolvenza jew ta’ stralċ, l-assi tiegħu jkunu qed jiġu amministrati minn likwidatur jew minn qorti, ikun f’arranġament ma’ kredituri, ikollu l-attivitajiet tan-negozju tiegħu sospiżi, jew ikun fi kwalunkwe sitwazzjoni analoga li tirriżulta minn proċedura simili prevista fil-liġijiet jew fir-regolamenti nazzjonali; |
|
(b) |
ikun ġie stabbilit b’deċiżjoni finali jew b’deċiżjoni amministrattiva finali li l-applikant ikun qiegħed jikser l-obbligi tiegħu relatati mal-pagament tat-taxxi jew tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali skont il-liġi applikabbli; |
|
(c) |
ikun ġie stabbilit permezz ta’ sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali li l-applikant ikun ħati ta’ kondotta professjonali ħażina serja bil-ksur ta’ liġijiet jew regolamenti jew standards etiċi applikabbli għall-professjoni li għaliha jappartjeni l-applikant jew billi jkun involut fi kwalunkwe intenzjoni ħażina jew negliġenza serja, inkluż b’mod partikolari, kull wieħed minn dawn ix-xenarji:
|
|
(d) |
ikun ġie stabbilit permezz ta’ sentenza finali li l-applikant ikun ħati ta’ kwalunkwe wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:
|
|
(e) |
l-applikant ikun wera nuqqasijiet gravi fil-konformità mal-obbligi prinċipali fl-eżekuzzjoni ta’ kuntratt, ftehim ta’ għotja jew deċiżjoni ta’ għotja ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni, li jwasslu għal terminazzjoni kmieni tagħhom jew għall-applikazzjoni ta’ danni likwidati jew penali kuntrattwali oħrajn, jew li jinkixfu wara verifiki, awditi jew investigazzjonijiet mill-uffiċjal awtorizzanti, l-OLAF jew il-Qorti tal-Awdituri; |
|
(f) |
ikun ġie stabbilit permezz ta’ sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali li l-applikant ikun wettaq irregolarità fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (18); |
|
(g) |
Ikun ġie stabbilit permezz ta’ sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali li l-applikant ħoloq entità f’ġurisdizzjoni differenti bil-ħsieb li jevita obbligazzjonijiet fiskali, soċjali jew kwalunkwe obbligazzjoni legali oħra ta’ applikazzjoni mandatorja fil-ġurisdizzjoni tal-uffiċċju rreġistrat, tal-amministrazzjoni ċentrali jew tas-sede prinċipali tiegħu; |
|
(h) |
ikun ġie stabbilit permezz ta’ sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali li entità tkun inħolqot bil-ħsieb imsemmi fil-punt (g); |
|
(i) |
għas-sitwazzjonijiet imsemmijin fil-punti (c) sa (h) hawn fuq, l-applikant huwa soġġett għal:
|
7.2. Esklużjoni mill-għoti
L-applikanti jiġu esklużi mill-għoti ta’ kofinanzjament jekk, matul il-proċedura tal-għoti ta’ finanzjament, huma jkunu f’waħda mis-sitwazzjonijiet deskritti taħt l-Artikolu 141 tar-Regolament Finanzjarju (19):
|
(a) |
ikunu f’sitwazzjoni ta’ esklużjoni stabbilita skont l-Artikolu 136 tar-Regolament Finanzjarju; |
|
(b) |
ikunu rrappreżentaw b’mod ħażin l-informazzjoni meħtieġa bħala kondizzjoni għall-parteċipazzjoni fil-proċedura jew naqsu milli jipprovdu dik l-informazzjoni fil-proċedura tal-għoti tal-għotja jew naqsu milli jipprovdu din l-informazzjoni; |
|
(c) |
qabel kienu involuti fit-tħejjija tad-dokumenti użati fil-proċedura ta’ għoti fejn dan ikun jinvolvi ksur tal-prinċipju ta’ trattament indaqs, inkluża distorsjoni tal-kompetizzjoni li ma tistax tiġi rimedjata b’xi mod ieħor. |
Biex juri l-konformità mal-kriterji ta’ esklużjoni, il-koordinatur irid jimmarka l-kaxxa rilevanti waqt li jkun qiegħed jissottometti l-applikazzjoni online tiegħu. Jekk jintgħażlu għall-kofinanzjament, il-benefiċjarji kollha (f’każ ta’ għotja b’diversi benefiċjarji) iridu jiffirmaw dikjarazzjoni fuq l-unur li tiċċertifika li ma jkunux f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 136(1), 136(2) u 141 u 142 tar-Regolament Finanzjarju. L-applikanti għandhom isegwu l-istruzzjonijiet fil-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti.
8. Kriterji tal-għażla
8.1. Kapaċità finanzjarja
L-applikanti jrid ikollhom sorsi stabbli u suffiċjenti ta’ finanzjament biex iżommu l-attività tagħhom tul il-perjodu sħiħ tal-implimentazzjoni tal-azzjoni u biex jipparteċipaw fil-finanzjament tagħha.
Il-kapaċità finanzjarja tal-applikanti kollha tiġi vvalutata skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Din il-valutazzjoni ma titwettaqx jekk:
|
— |
Il-kontribuzzjoni tal-UE mitluba mill-applikant hija ≤ EUR 60 000. |
|
— |
L-applikant ikun korp pubbliku. |
Id-dokumenti ta’ sostenn li jridu jiġu mehmuża mal-applikazzjoni online biex tkun tista’ ssir il-valutazzjoni tal-kapaċità finanzjarja jinkludu:
|
— |
Il-kontijiet annwali (inklużi l-karta tal-bilanċ u r-rapport tal-introjtu) għall-aħħar sena finanzjarja li għaliha jkunu ngħalqu l-kontijiet (għall-entitajiet maħluqin ġodda, għandu jiġi ppreżentat il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju minflok il-kontijiet). |
|
— |
Formola tal-Vijabilità Finanzjarja mimlija minn qabel li tiġbor fil-qosor id-data neċessarja mill-kontijiet annwali li tikkontribwixxi għall-valutazzjoni tal-kapaċità finanzjarja tal-applikant. |
Barra minn hekk, għal koordinatur jew għal benefiċjarju ieħor li jitlob kontribuzzjoni mill-UE ta’ ≥ EUR 750 000 (limitu applikabbli għal kull benefiċjarju):
|
— |
Rapport tal-awditu mħejji minn awditur estern approvat, li jiċċertifika l-kontijiet għall-aħħar sena finanzjarja disponibbli. Din id-dispożizzjoni m’għandhiex tapplika għall-korpi pubbliċi. |
8.2. Kapaċità operattiva
L-applikanti jrid ikollhom il-kwalifiki professjonali xierqa meħtieġa biex itemmu l-azzjonijiet proposti.
L-applikanti għandhom juru li mill-inqas persuna fiżika waħda li taħdem taħt kuntratt ta’ impjieg mal-applikant, jew assenjata għall-azzjoni abbażi ta’ att ta’ ħatra ekwivalenti, sekondata kontra l-pagament jew abbażi ta’ tipi oħrajn ta’ kuntratti diretti (eż. li jkopru l-għoti ta’ servizzi) se tinħatar bħala koordinatur tal-proġetti. Il-koordinatur tal-proġetti għandu jkollu mill-inqas tliet snin ta’ esperjenza fil-ġestjoni tal-proġetti. Bħala evidenza, l-informazzjoni li ġejja trid tiġi pprovduta fl-anness “CVs”:
|
— |
Curriculum Vitae (kwalifiki u esperjenzi professjonali) tal-persunal tal-persuna prinċipalment responsabbli għall-ġestjoni u għall-implimentazzjoni tal-azzjoni proposta (20). |
F’każijiet fejn l-organizzazzjonijiet proponenti jipproponu li jimplimentaw ċerti partijiet tal-proposta, għandha tingħata evidenza li jkollhom mill-anqas tliet snin esperjenza fl-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni. Bħala evidenza, l-informazzjoni li ġejja trid tiġi pprovduta fl-Anness “Informazzjoni addizzjonali”:
|
— |
Ir-rapport dwar l-attivitajiet tal-organizzazzjoni(jiet) proponenti jew deskrizzjoni tal-attivitajiet imwettqa b’rabta mal-attivitajiet li jkunu eliġibbli għal kofinanzjament kif deskritt taħt il-punt 6 (aktar ’il fuq). |
9. Kriterji għall-għoti
Il-Parti B tal-applikazzjoni sservi biex il-proposta tiġi evalwata kontra l-kriterji għall-għoti.
L-applikazzjonijiet iridu jipproponu struttura effiċjenti tal-ġestjoni u jipprovdu strateġija ċara u deskrizzjoni preċiża tal-istrateġija u tar-riżultati mistennija.
Il-kontenut ta’ kull proposta jiġi vvalutat skont il-kriterji u s-sottokriterji li ġejjin:
|
Kriterji |
Punti Massimi |
Limitu |
||
|
20 |
14 |
||
|
40 |
24 |
||
|
10 |
6 |
||
|
30 |
18 |
||
|
TOTAL |
100 |
62 |
Il-proposti li jaqgħu taħt il-limiti globali u/jew il-limiti individwali mħabbra hawn fuq għandhom jiġu rifjutati.
Is-sottokriterji li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati fil-valutazzjoni ta’ kull wieħed mill-kriterji prinċipali tal-għoti:
|
1. |
Id-dimensjoni tal-Unjoni:
|
|
2. |
Il-kwalità tal-proposta teknika
|
|
3. |
Il-kwalità tal-ġestjoni tal-proġett
|
|
4. |
Baġit u kosteffettività
|
Wara l-evalwazzjoni, il-proposti kollha eliġibbli jiġu kklassifikati skont in-numru totali ta’ punti mogħtija. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għandhom jingħataw lill-proposti bl-ogħla klassifikazzjoni skont il-baġit disponibbli.
Għandha tiġi stabbilita lista bi klassifikazzjoni separata għal kull wieħed mis-suġġetti ta’ prijorità elenkati taħt it-taqsima 6.2 ta’ din is-sejħa.
Jekk ikun hemm żewġ proposti (jew aktar) bl-istess numru ta’ punti fuq l-istess lista bi klassifikazzjoni, f’dak il-każ il-proposta(i) li tagħti(jagħtu) lok għal diversifikazzjoni f’termini ta’ prodotti jew ta’ swieq immirati għandha/għandhom tingħata/jingħataw prijorità. Dan ifisser li bejn proposti ex aequo, il-Kummissjoni l-ewwel għandha tagħżel dik li l-kontenut tagħha (l-ewwel f’termini tal-prodotti, it-tieni f’termini tas-suq immirat) ikun għadu mhux rappreżentat fil-proposti kklassifikati ogħla. Jekk dan il-kriterju ma jkunx jista’ jiġi applikat, f’dak il-każ il-Kummissjoni l-ewwel għandha tagħżel il-programm li jkun ġab l-ogħla punteġġ għall-kriterji għall-għoti individwali. L-ewwel, hi se tqabbel il-punteġġi għad-“Dimensjoni tal-Unjoni”, imbagħad għall-“Kwalità tal-proposta finanzjarja”, u finalment għall-“Baġit u l-kosteffettività”.
Jekk għal suġġett partikolari ma jkunx hemm biżżejjed proposti fuq il-lista bi klassifikazzjoni biex jiġi eżawrit l-ammont kollu previst, l-ammont li jifdal jista’ jiġi allokat mill-ġdid lil suġġetti oħra skont il-kriterji li ġejjin.
|
(a) |
it-total tal-ammont previst li jifdal għaż-żewġ suġġetti dwar is-suq intern għandu jiġi allokat għall-proġetti li jimmiraw is-suq intern bl-ogħla punteġġ tal-kwalità, irrispettivament mis-suġġett li applikaw għalih; |
|
(b) |
għandu jittieħed l-istess approċċ għall-proposti mmirati lejn il-pajjiżi terzi (Suġġetti 3-6); |
|
(c) |
jekk l-ammont previst jibqa’ ma jiġix eżawrit, l-ammonti li jifdal kemm għas-suq intern kif ukoll għall-pajjiżi terzi għandhom jingħaqdu u jiġu assenjati għall-proġetti bl-ogħla punteġġ tal-kwalità, irrispettivament mill-prijorità u mis-suġġett li għalih ikunu applikaw. |
L-ordni tal-listi kklassifikati se tiġi segwita b’mod strett.
10. Impenji legali
Wara l-evalwazzjoni, is-Chafea tistabbilixxi lista ta’ proposti rakkomandati għal finanzjament, ikklassifikati skont in-numru totali ta’ punti mogħtija.
Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014, il-Kummissjoni Ewropea għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni, li jiddetermina l-programmi sempliċi magħżula, kwalunkwe tibdil li għandu jsir fihom, u l-baġits korrispondenti (deċiżjoni ta’ għoti).
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni se telenka l-programmi magħżula aċċettati għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014. Din id-Deċiżjoni se tiġi indirizzata lill-Istati Membri kompetenti. L-Istati Membri kkonċernati se jkunu responsabbli għall-implimentazzjoni xierqa tal-programmi sempliċi magħżula u għall-pagamenti rilevanti.
Malli l-Kummissjoni tadotta dan l-att ta’ implimentazzjoni, hija għandha tibgħat il-kopji tal-programmi magħżula lill-Istati Membri kkonċernati. Mingħajr dewmien, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-organizzazzjonijiet proponenti kkonċernati jekk l-applikazzjonijiet tagħhom ikunux ġew aċċettati jew le.
L-Istati Membri għandhom jikkonkludu kuntratti għall-implimentazzjoni ta’ programmi mal-organizzazzjonijiet proponenti magħżula skont ir-rekwiżiti msemmija taħt l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1831. Il-ftehimiet ta’ għotja se jiddettaljaw b’mod partikolari l-kundizzjonijiet u l-livell ta’ finanzjament, kif ukoll l-obbligi tal-partijiet.
11. Dispożizzjonijiet finanzjarji
11.1. Prinċipji ġenerali li japplikaw għall-għotjiet (21)
|
(a) |
Għoti mhux kumulattiv Azzjoni tista’ tirċievi biss għotja waħda mill-baġit tal-UE. L-istess spejjeż fl-ebda ċirkustanza ma għandhom jiġu ffinanzjati darbtejn mill-baġit tal-Unjoni. L-applikanti għandhom jindikaw is-sorsi u l-ammonti ta’ finanzjament tal-Unjoni riċevut jew li ssir applikazzjoni għalih għall-istess azzjoni jew parti mill-azzjoni jew għat-tħaddim tagħhom (għotjiet operattivi), kif ukoll kwalunkwe finanzjament ieħor riċevut jew li ssir applikazzjoni għalih għall-istess azzjoni. |
|
(b) |
Non-retroattività Ma tista’ tingħata l-ebda għotja b’mod retrospettiv għal azzjonijiet li jkunu diġà tlestew. |
|
(c) |
Il-prinċipju tal-kofinanzjament Kofinanzjament ifisser li r-riżorsi meħtieġa biex titwettaq l-azzjoni ma jkunux kompletament ipprovduti mill-għotja tal-UE. In-nefqa li tibqa’ titħallas esklużivament mill-organizzazzjoni proponenti. Huma permessi u se jiġu kkunsidrati bħala riċevuti, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mogħtija lil benefiċjarju mill-membri tagħha, speċifikament biex jintużaw għall-ispejjeż li huma negliġibbli taħt l-azzjoni |
11.2. Baġit ibbilanċjat
Il-baġit stmat tal-azzjoni jrid jiġi ppreżentat fil-parti A tal-formola ta’ applikazzjoni. Dan irid ikollu d-dħul u n-nefqa bbilanċjati.
Il-baġit irid ikun imfassal fil-munita euro.
L-applikanti li jipprevedu li l-ispejjeż ma jkunux se jiġu mġarrba fil-munita euro huma mistiedna jużaw ir-rata tal-kambju ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea:
http://ec.europa.eu/budget/contracts_grants/info_contracts/inforeuro/inforeuro_en.cfm
11.3. Kuntratti/sottokuntratti ta’ implimentazzjoni
Fejn l-implimentazzjoni tal-azzjoni tkun teħtieġ l-għoti ta’ kuntratti ta’ akkwist (kuntratti ta’ implimentazzjoni), il-benefiċjarju għandu jagħti l-kuntratt lill-offerta li tagħti l-aħjar valur għall-flus jew l-orħos prezz (kif ikun xieraq), biex b’hekk jiġu evitati kunflitti ta’ interess (22).
Il-benefiċarju hu mistenni li jiddokumenta b’mod ċar il-proċedura tal-offerti u għandu jżomm id-dokumentazzjoni f’każ li jkun hemm bżonn ta’ awditjar.
Fejn l-organizzazzjoni proponenti tkun korp irregolat mil-liġi pubblika skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1)(4) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23), hija trid tagħżel is-sottokuntratturi skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi dik id-Direttiva.
Is-sottokuntrattar, jiġifieri l-esternalizzazzjoni ta’ kompiti jew ta’ attivitajiet speċifiċi li jiffurmaw parti mill-azzjoni kif deskritt fil-proposta, irid jissodisfa l-kundizzjonijiet applikabbli għal kwalunkwe kuntratt ta’ implimentazzjoni (kif speċifikat hawn fuq) u flimkien magħhom il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
— |
irid ikun iġġustifikat filwaqt li jitqiesu n-natura tal-azzjoni u dak li jkun meħtieġ għall-implimentazzjoni tagħha; |
|
— |
il-kompiti ċentrali tal-azzjonijiet (jiġifieri l-koordinazzjoni teknika u finanzjarja tal-azzjoni u l-ġestjoni tal-istrateġija) la jistgħu jiġu sottokuntrattati u lanqas delegati; |
|
— |
l-ispejjeż stmati tas-sottokuntrattar iridu jissemmew b’mod ċar fil-partijiet tekniċi u finanzjarji tal-proposta; |
|
— |
kwalunkwe rikors għas-sottokuntrattar, jekk ma jiġix ipprovdut fid-deskrizzjoni tal-azzjoni, jiġi kkomunikat mill-benefiċjarju u approvat mill-Istat Membru. L-Istat Membru jista’ jagħti approvazzjoni:
|
|
— |
il-benefiċjarji jiżguraw li ċerti kundizzjonijiet applikabbli għall-benefiċjarji, enumerati fil-ftehim tal-għotja (eż. il-viżibbiltà, il-kunfidenzjalità, eċċ.) jkunu applikabbli wkoll għas-sottokuntratturi. |
Jistgħu jingħataw sottokuntratti wkoll lil entitajiet li jkollhom rabta strutturali mal-benefiċjarju, iżda biss jekk il-prezz ikun limitat għall-ispejjeż attwali mġarrba mill-entità (jiġifieri mingħajr l-ebda marġini ta’ profitt).
Il-kompiti li għandhom jiġu implimentati minn tali entitajiet iridu jkunu msemmija b’mod ċar fil-parti teknika tal-proposta.
11.4. Forom ta’ finanzjament, spejjeż eliġibbli u mhux eliġibbli
Il-kofinanzjament għandu jieħu l-forma ta’ rimborż ta’ proporzjon speċifikat tal-ispejjeż eliġibbli li fil-fatt jiġġarrbu; huwa se jinkludi wkoll rata fissa li tkopri l-ispejjeż indiretti (ugwali għal 4 % tal-ispejjeż eliġibbli tal-persunal) li jkunu relatati mal-implimentazzjoni tal-azzjoni (24).
— Ammont massimu mitlub
L-għotja tal-UE hija limitata għar-rata massima ta’ kofinanzjament li ġejja ta’:
|
— |
għal programmi sempliċi fis-suq intern: 70 % tal-ispejjeż eliġibbli; |
|
— |
għal programmi sempliċi f’pajjiżi terzi: 80 % tal-ispejjeż eliġibbli; |
|
— |
għal programmi sempliċi fis-suq intern ta’ benefiċjarju stabbilit fi Stati Membri li fl-1 ta’ Jannar 2014 jew wara rċevew għajnuna finanzjarja skont l-Artikolu 136 u 143 TFUE (25): 75 % tal-ispejjeż eliġibbli tal-programm; |
|
— |
għal programmi sempliċi f’pajjiżi terzi ta’ benefiċjarju stabbilit fi Stati Membri li fl-1 ta’ Jannar 2014 jew wara rċevew għajnuna finanzjarja skont l-Artikolu 136 u 143 TFUE: 85 % tal-ispejjeż eliġibbli tal-programm. |
Dawn l-aħħar żewġ perċentwali għandhom japplikaw għal dawk il-programmi li l-Kummissjoni tiddeċiedi dwarhom qabel id-data minn meta l-Istat Membru kkonċernat ma jibqax jirċievi dik l-għajnuna finanzjarja.
Konsegwentement, parti mit-total tal-ispejjeż eliġibbli mdaħħla fl-istima tal-baġit għandha tiġi ffinanzjata minn sorsi barra l-għotja mill-UE (prinċipju ta’ kofinanzjament).
— Spejjeż eliġibbli
L-ispejjeż eliġibbli jkunu attwalment imġarrba mill-benefiċjarju tal-għotja u jissodisfaw il-kriterji kollha indikati fl-Artikoli 6.1 u 6.2 tal-ftehim mudell ta’ għotja u fl-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/1829.
— Spejjeż ineliġibbli
L-ispejjeż li mhumiex eliġibbli huma spejjeż li ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/1829. Dawn huma elenkati taħt l-Artikolu 6.4 tal-ftehim mudell ta’ għotja.
— Kalkolu tal-ammont finali tal-għotja
L-ammont finali tal-għotja jiġi kkalkulat wara t-tlestija tal-programm, fuq approvazzjoni tat-talba għall-pagament.
L-“ammont finali tal-għotja” jiddependi minn kemm fil-fatt il-programm ikun qiegħed jiġi implimentat skont it-termini u l-kundizzjonijiet tal-ftehim ta’ għotja.
Dan l-ammont jiġi kkalkulat mill-Istat Membru — meta jsir il-pagament tal-bilanċ — skont l-Artikolu 15 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1831.
11.5. Arranġamenti għall-pagamenti
L-organizzazzjoni proponenti tista’ tissottometti applikazzjoni għal pagament bil-quddiem lill-Istat Membru kkonċernat skont l-Artikolu 13 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1831.
L-applikazzjonijiet għal pagament interim tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu sottomessi mill-organizzazzjoni proponenti lill-Istati Membri skont l-Artikolu 14 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1831.
L-applikazzjonijiet għall-pagament tal-bilanċ għandhom jiġu sottomessi mill-organizzazzjoni proponenti lill-Istati Membri skont l-Artikolu 15 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1831.
11.6. Garanziji bil-quddiem
Skont l-Artikolu 13 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1831, il-pagament bil-quddiem għandu jitħallas bil-kundizzjoni li l-organizzazzjoni proponenti tkun iddepożitat garanzija daqs l-ammont ta’ dak il-ħlas bil-quddiem favur l-Istat Membru skont il-Kapitolu IV tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 (26).
12. Pubbliċità
Il-benefiċjarji jridu juru biċ-ċar il-kontribut tal-Unjoni Ewropea fl-attivitajiet kollha li għalihom tintuża l-għotja.
F’dan ir-rigward, il-benefiċjarji huma meħtieġa li jagħtu prominenza lill-isem u l-emblema tal-Unjoni Ewropea fil-pubblikazzjonijiet, posters, programmi u prodotti oħra kollha tagħhom imwettqa taħt il-proġett kofinanzjat.
Ir-regoli għar-riproduzzjoni grafika tal-emblema Ewropea jinsabu fil-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali (27).
Barra minn hekk, il-materjal viżiv kollu li jiġi prodott fil-qafas ta’ programm ta’ promozzjoni kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea għandu juri l-firma “Enjoy it’s from Europe” (“Gawdi, dan mill-Ewropa”). Il-linji gwida dwar l-użu tal-firma, kif ukoll il-fajls grafiċi kollha jistgħu jitniżżlu mis-sit web tal-promozzjoni fuq Ewropa (28).
Fl-aħħar nett, il-materjal miktub kollu, jiġifieri l-brochures, posters, fuljetti, banners, kartelluni, reklami stampati, artikoli fil-gazzetti, paġni elettroniċi (bl-eċċezzjoni ta’ gadgets żgħar), għandu jinkludi dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà skont it-termini speċifikati fil-ftehim tal-għotja, li tispjega li dan jirrappreżenta l-fehmiet tal-awtur. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċetta l-ebda responsabbiltà għall-użu li jista’ jsir mill-informazzjoni li jkun fih.
13. Protezzjoni tad-data
It-tweġiba għal kull sejħa għall-proposti tinvolvi r-reġistrazzjoni u l-proċessar ta’ data personali (bħall-isem, l-indirizz u s-CV tal-individwi li jipparteċipaw fl-azzjoni kofinanzjata). Din id-data tiġi proċessata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29) dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data. Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, il-mistoqsijiet u kwalunkwe data personali mitluba li huma meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-applikazzjoni skont l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-proposti se jiġu proċessati biss għal dak l-iskop mill-Aġenzija Eżekuttiva/mill-Kummissjoni jew minn partijiet terzi li jaġixxu f’isem l-Aġenzija Eżekuttiva/il-Kummissjoni u taħt ir-responsabbiltà tagħha. Is-suġġetti tad-data jistgħu jiġu infurmati dwar aktar dettalji tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar, id-drittijiet tagħhom u kif dawn jistgħu jiġu infurzati b’riferiment għad-dikjarazzjoni tal-privatezza ppubblikata fil-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti:
https://ec.europa.eu/info/funding-tenders/opportunities/portal/screen/support/legalnotice
u fis-sit web tal-Aġenzija:
http://ec.europa.eu/chafea/about/data_protection.html
L-applikanti huma mistiedna jiċċekkjaw id-dikjarazzjoni tal-privatezza rilevanti f’intervalli regolari ħalli jkunu infurmati kif xieraq b’aġġornamenti possibbli li jistgħu jseħħu sal-iskadenza tas-sottomossjoni tal-proposti tagħhom jew wara. Il-benefiċjarji jassumu l-obbligu ġuridiku li jinfurmaw lill-persunal tagħhom dwar l-operazzjonijiet tal-proċessar rilevanti li għandhom jitwettqu mill-Aġenzija; biex jagħmlu dan, iridu jipprovdulhom id-dikjarazzjonijiet tal-privatezza ppubblikati mill-Aġenzija fuq il-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti qabel jittrażmettu d-data tagħhom lill-Aġenzija; Id-data personali tista’ tiġi rreġistrata fis-Sistema ta’ Individwazzjoni u ta’ Esklużjoni Bikrija (EDES) tal-Kummissjoni Ewropea prevista fl-Artikoli 135 u 142 tar-Regolament Finanzjarju tal-UE skont id-dispożizzjonijiet applikabbli.
14. Proċedura għall-preżentazzjoni ta’ proposti
Il-proposti jridu jintbagħtu sal-iskadenza stabbilita fit-taqsima 3 permezz tas-Sistema Elettronika għall-Preżentazzjoni fuq:
https://ec.europa.eu/info/funding-tenders/opportunities/portal/screen/home
Qabel ma tissottometti proposta:
|
1. |
Sib sejħa: https://ec.europa.eu/info/funding-tenders/opportunities/portal/screen/programmes/agrip |
|
2. |
Oħloq kont biex tissottometti proposta: https://ec.europa.eu/info/funding-tenders/opportunities/portal/screen/how-to-participate/beneficiary-register |
|
3. |
Irreġistra s-sħab kollha permezz tar-reġistru tal-benefiċjarji: https://ec.europa.eu/info/funding-tenders/opportunities/portal/screen/how-to-participate/beneficiary-register |
L-applikanti se jiġu infurmati bil-miktub dwar ir-riżultati tal-proċess tal-għażla.
L-applikanti għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti tal-limitu ta’ paġni u tal-ifformattjar għall-proposta teknika (parti B) indikata fis-sistema tas-sottomissjoni.
Meta jissottometti proposta, l-applikant jaċċetta l-proċeduri u l-kundizzjonijiet kif deskritt f’din is-sejħa u fid-dokumenti li tirreferi għalihom.
Ma hija permessa l-ebda modifika fl-applikazzjoni ladarba tgħaddi l-iskadenza għas-sottomissjoni. Madankollu, jekk ikun meħtieġ li jiġu ċċarati ċerti aspetti jew li jiġu rranġati xi żbalji klerikali, il-Kummissjoni/l-Aġenzija tista’ tikkuntattja lill-applikant għal dan il-għan matul il-proċess tal-evalwazzjoni (30).
Kuntatti
Għal mistoqsijiet dwar l-għodod għas-sottomissjoni online, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Helpdesk tal-IT stabbilit għal dan l-għan permezz tas-sit web tal-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti:
https://ec.europa.eu/info/funding-tenders/opportunities/portal/screen/support/helpdesks
Għal mistoqsijiet mhux relatati mal-IT, huwa disponibbli helpdesk fis-Chafea fuq: CHAFEA-AGRI-CALLS@ec.europa.eu. L-iskadenza għas-sottomissjoni tal-mistoqsijiet hija t-2.4.2019 17:00 CET (Ħin tal-Ewropa Ċentrali). It-tweġibiet għal mistoqsijiet rilevanti se jiġu ppubblikati fuq http://ec.europa.eu/chafea/agri/faq.html sad-9.4.2019 17:00 CET (Ħin tal-Ewropa Ċentrali)
Il-mistoqsijiet frekwenti huma ppubblikati fis-sit elettroniku tas-Chafea: http://ec.europa.eu/chafea/agri/faq.html
Fil-korrispondenza kollha relatata ma’ din is-sejħa (eż: meta tintalab informazzjoni, jew tiġi sottomessa applikazzjoni), għandha ssir referenza ċara għal din is-sejħa speċifika. Ladarba s-sistema ta’ skambju elettroniku talloka numru tal-ID tal-proposta, l-applikant irid juża dan in-numru f’kull korrispondenza sussegwenti.
Dokumenti relatati
|
— |
Gwida għall-applikanti dwar l-annessi rilevanti |
|
— |
Formola ta’ applikazzjoni |
|
— |
Mudell tal-ftehim tal-għotjiet (verżjoni ta’ monobenefiċjarju u multibenefiċjarju) |
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 56).
(2) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1829 tat-23 ta’ April 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi (ĠU L 266, 13.10.2015, p. 3).
(3) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1831 tas-7 ta’ Ottubru 2015 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament u tal-Kunsill dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi (ĠU L 266, 13.10.2015, p. 14).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma għall-2019 tal-miżuri ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi, C(2018) 7451.
(5) Aktar informazzjoni hija disponibbli fuq https://ec.europa.eu/chafea/agri/funding-opportunities/simple-and-multi-programmes.
(6) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(7) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).
(9) Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1).
(10) Il-kompożizzjoni tar-reġjuni ssegwi l-klassifikazzjoni tal-pajjiżi u reġjonali tan-Nazzjonijiet Uniti. Għal aktar dettalji dwar il-lista ta’ pajjiżi li jsawru ż-żoni ġeografiċi, ara: http://unstats.un.org/unsd/methods/m49/m49regin.htm
(*1) Il-programmi dwar iż-żebbuġ tal-ikel immirati lejn pajjiżi terzi għandhom japplikaw taħt is-Suġġett 6. Dawn ma jistgħux japplikaw taħt is-Suġġett 3, 4 jew 5, ħlief jekk iż-żebbuġ tal-ikel ikun assoċjat ma’ prodott(i) ieħor/oħra.
(11) L-Artikolu 136, l-Artikolu 137 u l-Artikolu 142 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.
(12) Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
(13) Id-Deċiżjoni kwadru tal-Kunsill 2003/568/JHA tat-22 ta' Lulju 2003 dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fis-settur privat (ĠU L 192, 31.7.2003, p. 54).
(14) Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI tal-24 ta’ Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata (ĠU L 300, 11.11.2008, p. 42).
(15) Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).
(16) Id-Deċiżjoni kwadru tal-Kunsill 2002/475 tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3).
(17) Id-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI (ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1).
(18) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).
(19) Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.
(20) Hu rakkomandat li l-appilkanti jissottomettu l-curricula vitae fil-format Ewropew. Il-mudell hu disponibbli fuq: https://europass.cedefop.europa.eu/mt
(21) L-Artikolu 188 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046
(22) Għal gwida dwar il-proċedura kompetittiva, jekk jogħġbok irreferi għall-paġna tal-web li ġejja:
https://ec.europa.eu/chafea/agri/sites/chafea/files/agri-2016-61788-00-00_mt.pdf
(23) Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).
(24) L-applikanti għandhom ikunu jafu li f’każ li jirċievu għotja operattiva, l-ispejjeż indiretti ma jkunux eliġibbli.
(25) Fid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din is-sejħa: l-ebda wieħed mill-Istati Membri ma jinsab taħt assistenza finanzjarja.
(26) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 18).
(27) http://publications.europa.eu/code/mt/mt-5000100.htm
(28) http://ec.europa.eu/agriculture/promotion/index_mt.htm
(29) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(30) L-introduzzjoni (89) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.