28.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 466/17


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2018/C 466/08)

Image

Il-wiċċ nazzjonali tal-munita l-ġdida kommemorattiva ta’ EUR 2 maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Ġermanja

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma permessi li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti ta’ EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita : il-Ġermanja

Suġġett tal-kommemorazzjoni : Is-70 anniversarju mit-twaqqif tal-Bundesrat.

Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn juri rappreżentazzjoni skulturata b’mod dettaljat ħafna tal-bini tal-Bundesrat. In-nofs ta’ fuq tal-parti ta’ ġewwa tal-munita tinkludi l-marka taz-zekka taz-zekka rispettiva (“A”, “D”, “F”, “G” jew “J”), l-inizjali tal-artist u s-sena “2019”. In-nofs ta’ isfel tal-parti ta’ ġewwa tal-munita tinkludi l-iskrizzjoni “BUNDESRAT” u l-kodiċi tal-pajjiż ta’ ħruġ tal-Ġermanja “D”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd stmat ta’ muniti li għandhom jinħarġu :

30 000 000

Data tal-ħruġ : Jannar/Frar 2019


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).