11.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 199/17


Sejħa għall-proposti li taqa’ taħt il-programm ta’ ħidma multiannwali għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja fil-qasam tal-infrastruttura trans-Ewropea tal-enerġija fil-kuntest tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu 2014-2020

(Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2018) 1615)

(2018/C 199/08)

Id-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija tal-Kummissjoni Ewropea, qiegħed b’dan jiftaħ sejħa għall-proposti sabiex jitqassmu għotjiet f’konformità mal-prijoritajiet u l-għanijiet definiti fil-programm ta’ ħidma multiannwali fil-qasam tal-infrastruttura trans-Ewropea tal-enerġija fil-kuntest tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu 2014–2020.

Qed jintlaqgħu proposti għal din is-sejħa:

 

CEF-Energy-2018-2

L-ammont indikattiv disponibbli għall-proposti magħżula fil-kuntest ta’ din is-sejħa għall-proposti huwa ta’ EUR 500 miljun.

L-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-proposti hija l-Ħamis, 11 ta’ Ottubru 2018.

It-test sħiħ tas-sejħa għall-proposti huwa disponibbli fuq il-paġna web tas-sejħa għall-proposti:

https://ec.europa.eu/inea/en/connecting-europe-facility/cef-energy/calls/2018-cef-energy-calls-proposals/2018-2-call-proposals