|
7.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 195/1 |
Direttorat Ġenerali għall-Baġit (DG BUDG)
Avviż ta’ Post Battal fil-funzjoni ta’ Direttur (AD 14), Brussell
(l-Artikolu 29(2) tar-Regolamenti tal-Persunal)
COM/2018/10380
(2018/C 195 A/01)
Min aħna
Id-Direttorat Ġenerali għall-Baġit (DG BUDG) huwa s-servizz ċentrali tal-Kummissjoni Ewropea inkarigat mill-ġestjoni tal-baġit tal-UE tul iċ-ċiklu annwali u pluriennali; mit-tħejjija tal-abbozz ta’ baġit annwali u tal-qafas finanzjarju pluriennali sal-implimentazzjoni u l-kwittanza finali tagħhom mill-Parlament Ewropew. DG Baġit huwa wkoll responsabbli għall-qafas legali applikabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE mill-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-Istati Membri differenti, u jaqdi rwol importanti fil-promozzjoni tal-ġestjoni finanzjarja tajba u kultura ta’ prestazzjoni li tiffoka fuq il-massimizzazzjoni tar-riżultati tal-infiq pubbliku fil-prattika.
Id-Direttur tal-Implimentazzjoni tal-Baġit huwa inkarigat li jiżgura l-operat effettiv u effiċjenti tad-dipartiment tal-kontabilità u t-teżor ċentrali u li jmexxi l-ħidma tad-Direttorat lejn il-ksib tal-objettivi kumplessivi tad-Direttorat Ġenerali u l-Kummissjoni. Id-direttorat fih 6 unitajiet b’madwar 130 membru tal-persunal ikkombinati.
Nipproponu
DĠ Baġit qiegħed ifittex li jirrekluta Direttur biex imexxi d-Direttorat tiegħu għall-Implimentazzjoni tal-Baġit. Id-Direttur tal-Implimentazzjoni tal-Baġit se jirrapporta direttament lid-Deputat Direttur Ġenerali — Uffiċjal tal-Kontabilità u se jipprovdi appoġġ tal-ogħla standard lid-Direttorat Ġenerali biex ikun jista’ jwettaq sewwa d-dmirijiet tiegħu.
Ir-responsabbiltajiet u l-isfidi ewlenin bħalissa jinkludu:
|
— |
l-iżgurar tal-kwalità tad-data finanzjarja fid-dipartimenti tal-infiq tal-Kummissjoni permezz tal-provvediment ta’ sistemi adegwati, għodod għar-rappurtar, gwida u appoġġ biex jinżamm l-objettiv ta’ DAS (Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni) pożittiva tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar l-affidabilità tal-kontijiet; |
|
— |
il-ġestjoni tal-funzjoni tat-teżor u l-eżekuzzjoni tal-ħlasijiet u l-irċevuti tad-dħul għall-Kummissjoni, għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp u għal madwar 15-il korp ieħor tal-UE. It-teżor għamel 2,5 miljun pagament għal ammont totali ta’ madwar EUR 160 biljun fis-sena; |
|
— |
it-tħejjija tal-kontijiet annwali u rapportar finanzjarju uffiċjali ieħor tal-Kummissjoni Ewropea, |
|
— |
l-irkupru ta’ djun u kuntatti mal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni u s-Servizz Legali tal-Kummissjoni biex jiġi żgurat li l-interessi tal-Unjoni jiġu mħarsa. Id-Direttorat jaqdi rwol importanti fl-irkupru tal-multi tal-kompetizzjoni imposti mill-Kummissjoni. |
|
— |
Fil-qafas tal-evoluzzjoni tas-sistema ta’ kontabilità ċentrali (ABAC), id-Direttorat, bħala utent ewlieni, jaqdi rwol importanti fid-definizzjoni, fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tas-sistema li se tiġi warajha. |
|
— |
l-għoti ta’ pariri lid-dipartimenti tal-infiq kollha tal-Kummissjoni, l-Istituzzjonijiet, l-aġenziji tal-UE u s-servizzi tal-kontabilità lil għadd dejjem ikbar ta’ dawn l-entitajiet. |
Id-Direttur jista’ jintalab jirrappreżenta lid-Direttorat Ġenerali f’laqgħat bejn is-servizzi rilevanti, kif ukoll lill-Kummissjoni fil-Parlament u fil-Kunsill fi kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tad-Direttorat.
X’qed infittxu
Il-kandidat ideali għandu jkollu:
|
— |
Għarfien eċċellenti u esperjenza ppruvata fil-finanzi pubbliċi, fl-immaniġġjar ta’ flus, fir-regoli u l-proċeduri baġitarji, fl-istandards internazzjonali tal-kontabilità u fir-rapportar finanzjarju; |
|
— |
Esperjenza ppruvata ta’ xogħol b’Sistemi ta’ Informazzjoni Finanzjarja u tal-kontabilità u kapaċità li jifhem u japplika metodoloġiji tal-ġestjoni tal-proġetti tal-IT; |
|
— |
Għarfien tajjeb tal-kwistjonijiet u l-proċeduri marbutin mal-awditjar estern, il-kontroll intern u mal-proċedura ta’ kwittanza tal-Kummissjoni Ewropea id-deċiżjoni li tittieħed mill-awtorità inkarigata — il-Parlament — li tillibera lill-eżekuttiv — il-Kummissjoni — mid-dmir tiegħu li jimplimenta l-baġit, li b’hekk timmarka l-għeluq finali taċ-ċiklu baġitarju); |
|
— |
Suċċess ippruvat f’pożizzjoni ta’ maniġment, wara li jkun wera ħiliet ta’ tmexxija b’saħħithom u kapaċità li jmexxi, jimmotiva u jispira timijiet multidixxiplinari kbar ta’ persunal bi kwalifiki għoljin, li jistabbilixxi l-prijoritajiet u li jieħu d-deċiżjonijiet; |
|
— |
Ħiliet ta’ soluzzjoni tal-problemi u abbiltà intellettwali; |
|
— |
Ġudizzju sod u ħiliet analitiċi u kunċettwali eċċellenti, li juri kapaċità żviluppata sew għall-ħsieb strateġiku u kreattiv, u l-abbiltà li jiġġenera pjanijiet ta’ azzjoni innovattivi, koerenti u prattiċi; |
|
— |
Ħiliet ta’ komunikazzjoni u interpersonali b’saħħithom, il-kapaċità li jiddiskuti effettivament u effiċjentement ma’ partijiet ikkonċernati interni u esterni, kif ukoll esperjenza solida fil-koordinazzjoni u n-negozjar f’livell għoli. |
Il-kandidati jridu jkunu (il-kriterji tal-eliġibbiltà)
Il-kandidati jiġu kkunsidrati għall-fażi tal-għażla abbażi tal-kriterji formali li ġejjin li jridu jiġu ssodisfati sad-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet:
|
— |
Nazzjonalità: il-kandidati jridu jkunu ċittadini ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. |
|
— |
Lawrja jew diploma universitarja: jenħtieġ li l-kandidati jkollhom:
|
|
— |
Esperjenza professjonali: il-kandidati jrid ikollhom minn tal-inqas 15-il sena esperjenza professjonali postgradwatorja f’livell li jagħtu aċċess għalih il-kwalifiki msemmija hawn fuq. |
|
— |
Esperjenza ta’ maniġment: mill-inqas ħames (5) snin minn dik l-esperjenza professjonali jridu jkunu nkisbu f’funzjoni maniġerjali ta’ livell għoli (1) u jridu jkunu direttament relatati ma’ qasam li jkun rilevanti għal din il-pożizzjoni. |
|
— |
Lingwi: ikollhom għarfien tajjeb ħafna ta’ waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) u għarfien adegwat ta’ lingwa uffiċjali oħra minn dawn il-lingwi. Matul l-intervista/intervisti, il-bordijiet tal-għażla jivverifikaw jekk il-kandidati jikkonformawx mar-rekwiżit ta’ għarfien sodisfaċenti ta’ lingwa uffiċjali oħra tal-UE. Dan jista’ jinkludi li parti mill-intervista ssir f’din il-lingwa l-oħra. |
|
— |
Limitu tal-età: ma jkunux għadhom laħqu l-età regolari tal-irtirar, li għall-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea hija ddefinita bħala l-aħħar tax-xahar li fih il-persuna tkun għalqet is-66 sena (ara l-Artikolu 52 lit (a) tar-Regolamenti tal-Persunal) (3). |
Indipendenza u dikjarazzjoni tal-interessi
Qabel jibdew jaqdu dmirhom, il-kandidati huma mitluba jagħmlu dikjarazzjoni tal-impenn tagħhom li jaġixxu b’mod indipendenti fl-interess pubbliku u ta’ kull interess li jista’ jitqies li jippreġudika l-indipendenza tagħhom.
Il-ħatra u l-kundizzjonijiet tal-impjieg
Il-Kummissjoni Ewropea se tagħżel u taħtar id-Direttur skont il-proċeduri ta’ għażla u reklutaġġ tagħha (ara wkoll il-Compilation Document on Senior Officials Policy (4)). Bħala parti minn dan il-proċess tal-għażla, il-kandidati li ġew mistiedna għal intervista mill-Kumitat Konsultattiv tal-Kummissjoni għall-Ħatriet, ikollhom, qabel din l-intervista, jipparteċipaw f’ċentru ta’ valutazzjoni mmexxi minn konsulenti esterni ta’ reklutaġġ.
Għal raġunijiet funzjonali u sabiex il-proċedura tal-għażla titlesta malajr kemm jista’ jkun fl-interess tal-kandidati kif ukoll tal-istituzzjoni, il-proċedura tal-għażla se ssir biss bl-Ingliż u / jew bil-Franċiż (5).
Is-salarji u l-kundizzjonijiet tal-impjieg huma dawk stipulati fir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali fil-grad AD 14 tal-Unjoni Ewropea. Il-kandidati għandhom jinnotaw ir-rekwiżit skont ir-Regolamenti tal-Persunal għall-persunal kollu ġdid li jgħaddi minn perjodu ta’ prova ta’ 9 xhur.
Id-Direttur huwa bbażat fi Brussell.
Opportunitajiet indaqs
Il-Kummissjoni Ewropea timxi b’politika ta’ opportunitajiet indaqs bil-għan li tkompli żżid is-sehem tan-nisa f’pożizzjonijiet maniġerjali u b’mod partikolari tħajjar lin-nisa biex japplikaw.
Proċedura ta’ applikazzjoni
Qabel ma tippreżenta l-applikazzjoni tiegħek, għandek tiċċekkja b’attenzjoni jekk tissodisfax il-kriterji ta’ eliġibbiltà kollha (“Il-kandidati jridu jkunu”), b’mod partikolari dawk rigward it-tip ta’ diplomi u l-esperjenza professjonali meħtieġa, kif ukoll dawk rigward il-kompetenza lingwistika tiegħek. Min ma jissodisfax dawn il-kriterji tal-eliġibbiltà jiġi eskluż awtomatikament mill-proċedura tal-għażla.
Jekk tixtieq tapplika, trid tirreġistra permezz tal-internet billi tmur fis-sit web:
https://ec.europa.eu/dgs/human-resources/seniormanagementvacancies/
u ssegwi l-istruzzjonijiet li ssib hemm dwar id-diversi stadji tal-proċedura.
Irid ikollok indirizz tal-posta elettronika validu. Dan jintuża biex tiġi identifikata r-reġistrazzjoni tiegħek kif ukoll biex jinżamm kuntatt miegħek matul l-istadji differenti tal-proċess tal-għażla. Għaldaqstant, informa lill-Kummissjoni Ewropea b’kull bidla fl-indirizz tal-posta elettronika tiegħek.
Biex l-applikazzjoni tiegħek tkun kompluta, jeħtieġ li ttella’ CV fil-format PDF u li timla ittra ta’ motivazzjoni onlajn (massimu ta’ 8 000 karattru).
Meta tlesti r-reġistrazzjoni onlajn tiegħek, tirċievi ittra elettronika li tikkonferma li l-applikazzjoni tiegħek ġiet irreġistrata. L-ittra elettronika jkun fiha wkoll numru ta’ reġistrazzjoni li jkun in-numru ta’ referenza tiegħek f’kull kwistjoni li tirrigwarda l-applikazzjoni tiegħek. Jekk ma tirċievi l-ebda konferma bil-posta elettronika, l-applikazzjoni tiegħek ma tkunx ġiet irreġistrata!
Kun af li mhuwiex possibbli li timmonitorja l-progress tal-applikazzjoni tiegħek onlajn. Se tiġi kkuntattjat dwar l-istatus tal-applikazzjoni tiegħek direttament mill-Kummissjoni Ewropea.
Għal aktar informazzjoni u/jew fil-każ ta’ problemi tekniċi, ibgħat ittra elettronika lil: HR-MANAGEMENT-ONLINE@ec.europa.eu
Data tal-għeluq
Id-data tal-għeluq għar-reġistrazzjoni hija l-5 ta’ Lulju 2018, f’nofsinhar (12.00) ħin ta’ Brussell, u wara dan ma jkunux jistgħu jsiru aktar reġistrazzjonijiet onlajn.
Hija r-responsabbiltà tiegħek li tlesti r-reġistrazzjoni onlajn tiegħek fil-ħin. Nirrakkomandaw bil-qawwa li ma tistenniex sal-aħħar ftit jiem biex tapplika, peress li traffiku kbir jew xi difett fil-konnessjoni tal-internet tiegħek jistgħu jwasslu biex ir-reġistrazzjoni onlajn tieqaf qabel ma tkun lestejtha, u b’hekk ikollok tirrepeti l-proċess kollu. Ladarba jiskadi ż-żmien għas-sottomissjoni tar-reġistrazzjonijiet, ma tkunx tista’ tibdel jew iżżid xi data. Ir-reġistrazzjonijiet li jaslu tard ma jiġux aċċettati.
Informazzjoni importanti għall-kandidati
Il-kandidati huma mfakkra li l-ħidma tal-kumitati ta’ selezzjoni hija kunfidenzjali. Huwa pprojbit li l-applikanti jagħmlu kuntatt dirett jew indirett mal-membri ta’ dawn il-kumitati, jew li xi ħadd ieħor jagħmel dan f’isimhom.
Protezzjoni tad-data personali
Il-Kummissjoni se tiżgura li d-data personali tal-kandidati tiġi proċessata f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (6).
(1) Fis-CVs tagħhom l-applikanti għandhom jindikaw, għall-inqas għal dawn il-ħames (5) snin li fihom ikunu kisbu l-esperjenza maniġerjali ta’ livell għoli: (1) it-titlu u r-rwol tal-pożizzjonijiet maniġerjali li jkunu okkupaw; (2) l-għadd ta' persunal taħthom f'dawn il-pożizzjonijiet; (3) id-daqs tal-baġits immaniġġjati; u (4) l-għadd ta’ livelli ġerarkiċi 'l fuq u 'l isfel u l-għadd ta' kollegi fl-istess livell ġerarkiku.
(2) http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:01958R0001-20130701&qid=1408533709461&from=EN
(3) http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CONSLEG:1962R0031:20140101:MT:PDF
(4) https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/compilation-of-the-senior-official-policy-at-the-european-commission_en.pdf
(5) Il-bord tal-għażla jiżgura li ma jingħata l-ebda vantaġġ inġust lill-kelliema nattivi ta' dawn il-lingwi.