15.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 168/1 |
Sejħiet għal applikazzjonijiet għall-inizjattiva WiFi4EU (il-promozzjoni tal-konnettività tal-internet fil-komunitajiet lokali), bil-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa fil-qasam tan-netwerks tat-telekomunikazzjoni trans-Ewropej
(Il-Programm ta' Ħidma tat-Telekomunikazzjonijiet CEF tal-2017 Emendat — Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2017) 7732)
(2018/C 168/01)
Id-Direttorat Ġenerali għan-Netwerks tal-Komunikazzjonijiet, il-Kontenut u t-Teknoloġija tal-Kummissjoni Ewropea b'dan qed iniedi s-sejħa għall-proposti li ġejja għall-inizjattiva WiFi4EU sabiex jingħataw għotjiet għal proġetti skont il-prijoritajiet u l-għanijiet definiti fil-Programm ta' Ħidma tal-2017 emendat fil-qasam tan-netwerks tat-telekomunikazzjoni trans-Ewropej bil-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa.
Qed jintlaqgħu applikazzjonijiet għal din l-ewwel sejħa (WIFI4EU-2017-1) għall-promozzjoni tal-konnettività tal-Internet fil-komunitajiet lokali.
Il-baġit indikattiv totali disponibbli għall-proposti magħżula skont din is-sejħa huwa ta' EUR 17 745 000.
L-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-proposti hija l-15 ta' Ġunju 2018.
L-applikazzjonijiet għas-sejħa għandhom jiġu ppreżentati permezz tal-Portal WiFi4EU: https://www.wifi4eu.eu/
Id-dokumentazzjoni rispettiva tas-sejħa tinsab fuq is-sit web tal-INEA: https://ec.europa.eu/inea/en/connecting-europe-facility/cef-telecom/wifi4eu