|
23.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 444/7 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(2017/C 444/08)
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti ta’ EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkollu rilevanza simbolika għolja f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita : Is-Slovakkja
Suġġett tal-kommemorazzjoni : Il-25 anniversarju mit-twaqqif tar-Repubblika Slovakka
Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn jissimbolizza d-dħul tas-Slovakkja fl-Unjoni Ewropea u fiż-żona tal-euro billi juri portal stilizzat li jifforma arkata fuq mappa tas-Slovakkja u s-simbolu tal-euro imdawrin bl-istilel tal-Unjoni Ewropea, uħud minnhom mgħottijin bil-mappa. L-istemma araldika tas-Slovakkja tidher fuq ix-xellug tad-disinn. Fuq in-naħa ta’ isfel fix-xellug, fil-forma ta’ nofs tond hemm l-isem tal-pajjiż li qed joħroġ il-munita “SLOVENSKÁ REPUBLIKA”. Id-data tat-twaqqif tal-pajjiż “1.1.1993” u s-sena tal-ħruġ “2018” jidhru, waħda fuq l-oħra, taħt in-naħa tal-lemin tal-mappa. Bejn il-mappa u d-data hemm il-marka taz-zekka taż-Żekka ta’ Kremnica (Mincovňa Kremnica), li tikkonsisti fl-inizjali “MK” bejn iż-żewġ dammi, u l-ittri stilizzati “PK”, l-inizjali tad-diżinjatur Pavel Károly.
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu :
Data tal-ħruġ : Jannar 2018
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).