4.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 412/2


Għażla tal-Awla inkarigata mill-kawżi previsti fl-Artikolu 193 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja

(2017/C 412/04)

Il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-laqgħa tagħha tas-26 ta’ Settembru 2017, għażlet, għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2017 sas-6 ta’ Ottubru 2018 lit-Tieni Awla sabiex, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regoli tal-Proċedura, tkun l-awla inkarigata mill-kawżi previsti fl-Artikolu 193 ta’ dawn ir-regoli.