28.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/4


Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont l-Artikolu 5(2)

Twaqqif ta’ Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT)

(Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 19))

(2017/C 368/04)

I.1)   Isem, indirizz u punt ta’ kuntatt

Isem reġistrat: MURABA Korlátolt Felelősségű Európai Területi Társulás

Uffiċċju reġistrat:

Punt ta’ kuntatt: Veronika Huszár

Tel. +36 694553074

Indirizz elettroniku: palyazat3@szentgotthard.hu

Indirizz elettroniku tar-Raggruppament:

I.2)   Tul ta’ żmien tar-Raggruppament

Tul ta’ żmien tar-Raggruppament: perjodu mhux definit

Data tar-reġistrazzjoni: il-15 ta’ Awwissu 2017

Data tal-pubblikazzjoni:

II.   Objettivi

1.1

Il-promozzjoni tal-kooperazzjoni ekonomika u soċjali transkonfinali u t-tisħiħ tal-koeżjoni territorjali fir-reġjuni b’popolazzjoni mħallta magħmula minn komunitajiet nazzjonali Ungeriżi u Sloveni;

1.2

It-titjib tal-benesseri u l-kwalità tal-ħajja fir-reġjuni tar-REKT;

1.3

L-iffaċilitar tal-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet tal-minoranzi nazzjonali Ungeriżi u Sloveni fir-reġjuni tar-REKT; iż-żamma tal-identità nazzjonali tal-membri tagħhom kif ukoll tar-relazzjonijiet tagħhom ma’ pajjiżhom, b’mod partikolari fir-rigward tas-salvagwardja u l-preservazzjoni tal-lingwa u l-kultura; it-teħid ta’ pożizzjoni u t-tfassil ta’ opinjoni f’dan il-qasam; it-tħejjija u t-tressiq ta’ rakkomandazzjonijiet lill-korpi kompetenti;

1.4

Il-mobilizzazzjoni u l-użu tar-riżorsi lokali u oħrajn aċċessibbli, kemm umani jew materjali, sabiex jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet imsemmija fit-Taqsimiet 1.1 sa 1.3 ta’ hawn fuq.

III.   DETTALJI ADDIZZJONALI DWAR ISEM IR-RAGGRUPPAMENT

L-isem bl-Ingliż : MURABA European Grouping of Territorial Cooperation Limited

L-isem bil-Franċiż : Groupement européen de coopération territoriale à responsabilité limitée MURABA

IV.   Membri

IV.1)   Numru totali ta’ membri fir-Raggruppament: 4

IV.2)   Nazzjonalitajiet tal-membri tar-Raggruppament: Sloveni u Ungeriżi

IV.3)   Informazzjoni dwar il-membri*

Isem uffiċjali: Szentgotthárd Város Önkormányzata

Indirizz postali:

Indirizz elettroniku:

Tip ta’ membri: Awtorità lokali

Isem uffiċjali: Országos Szlovén Önkormányzat

Indirizz postali:

Indirizz elettroniku:

Tip ta’ membru: Gvern awtonomu ta’ minoranza nazzjonali

Isem uffiċjali: Muniċipalità ta’ Lendava (občina Lendava)

Indirizz postali:

Indirizz elettroniku:

Tip ta’ membru: awtorità lokali

Isem uffiċjali: Komunità nazzjonali awtonoma Ungeriża ta’ Pomurje (Pomurska madžarska samoupravna narodna skupnost)

Indirizz postali:

Indirizz elettroniku:

Tip ta’ membru: Gvern awtonomu ta’ minoranza nazzjonali