26.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 362/1


AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONIJIET ĠENERALI

EPSO/AD/348/17 — ĠURISTI LINGWISTI TAL-LINGWA DANIŻA (DA) (AD7)

EPSO/AD/349/17 — ĠURISTI LINGWISTI TAL-LINGWA ESTONJANA (ET) (AD7)

EPSO/AD/350/17 — ĠURISTI LINGWISTI TAL-LINGWA IRLANDIŻA (GA) (AD7)

EPSO/AD/351/17 — ĠURISTI LINGWISTI TAL-LINGWA KROATA (HR) (AD7)

EPSO/AD/352/17 — ĠURISTI LINGWISTI TAL-LINGWA LATVJANA (LV) (AD7)

EPSO/AD/353/17 — ĠURISTI LINGWISTI TAL-LINGWA SLOVENA (SL) (AD7)

(2017/C 362 A/01)

Id-data tal-għeluq għar-reġistrazzjoni: it-28 ta’ Novembru 2017 f’12.00 (nofsinhar), CET

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza kompetizzjonijiet ġenerali, ibbażati fuq testijiet, sabiex jinħolqu listi ta’ riserva u li minnhom il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jistgħu jirreklutaw membri ġodda tas-servizz pubbliku bħala “ġuristi lingwisti” (grupp ta’ funzjoni AD).

Dan l-avviż ta’ kompetizzjonijiet u l-annessi tiegħu jifformaw il-qafas legalment vinkolanti għal dawn il-proċeduri tal-għażla.

Ara l-ANNESS II biex taqra r-regoli ġenerali li jirregolaw il-kompetizzjonijiet ġenerali.

Numru ta’ kandidati magħżula għal kull kompetizzjoni:

EPSO/AD/348/17 — DA: 7

EPSO/AD/351/17 — HR: 7

EPSO/AD/349/17 — ET: 7

EPSO/AD/352/17 — LV: 7

EPSO/AD/350/17 — GA: 8

EPSO/AD/353/17 — SL: 7

Dan l-avviż jirrigwarda diversi kompetizzjonijiet. Tista’ tapplika għal waħda biss. Din l-għażla trid issir fil-ħin tal-applikazzjoni elettronika u ma tistax tinbidel ladarba tkun ivvalidajt l-applikazzjoni tiegħek b’mod elettroniku.

LIEMA KOMPITI GĦANDI NISTENNA LI NWETTAQ?

L-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jirreklutaw ġuristi bi kwalifiki għoljin ħafna, li jridu jkunu kapaċi jirrevedu testi ġuridiċi tal-Unjoni Ewropea fil-lingwa tal-kompetizzjoni, minn tal-inqas żewġ lingwi oħra u jipprovdu pariri dwar l-abbozzar leġiżlattiv sabiex jiżguraw il-kwalità tal-abbozzar ta’ atti ġuridiċi tal-Unjoni Ewropea. Sabiex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom, il-ġuristi lingwisti jużaw għodda standard tal-informatika kif ukoll għodda tal-uffiċċju.

Il-ġuristi-lingwisti jsegwu l-proċeduri leġiżlattivi matul il-proċess kollu u jaġixxu bħala konsulenti, jivverifikaw il-kontroll tal-kwalità tal-abbozzar u l-konformità mar-regoli formali dwar il-preżentazzjoni ta’ testi leġiżlattivi. Barra minn hekk, jikkontrollaw li hemm konsistenza lingwistika u ġuridika tat-testi leġiżlattivi (li diġà ġew tradotti u riveduti) fil-lingwa tal-kompetizzjoni mal-verżjonijiet lingwistiċi l-oħrajn ta’ dawn it-testi. In-natura tad-dmirijiet tagħhom tfisser li hemm il-kuntatt frekwenti mal-atturi differenti kkonċernati fil-proċedura leġiżlattiva.

JIEN ELIĠIBBLI BIEX NAPPLIKA?

Trid tissodisfa dawn il-kundizzjonijiet KOLLHA meta tivvalida l-applikazzjoni tiegħek:

(1)    Kundizzjonijiet ġenerali:

Tkun tgawdi mid-drittijiet kollha bħala ċittadin ta’ Stat Membru tal-UE

Tkun wettaqt kull obbligu impost mil-liġijiet nazzjonali dwar is-servizz militari

Tkun tissodisfa r-rekwiżiti tal-karattru mitluba għat-twettiq tad-dmirijiet involuti

(2)    Kundizzjonijiet speċifiċi — lingwi:

Irid ikollok għarfien ta’ mill-inqas tliet (3) lingwi uffiċjali tal-UE :

livell C2 (għarfien perfett) tal-lingwa tal-kompetizzjoni magħżula

livell minimu C1 (għarfien tajjeb ħafna) tal-Ingliż, u

livell minimu C1 (għarfien tajjeb ħafna) tal-Franċiż, il-Ġermaniż, it-Taljan, il-Pollakk, jew l-Ispanjol.

Il-livelli minimi meħtieġa hawn fuq għandhom japplikaw għal kull abilità lingwistika (taħdit, kitba, qari u smigħ) mitluba fil-formola ta’ applikazzjoni. Dawn l-abilitajiet jirriflettu dawk tal-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi: https://europass.cedefop.europa.eu/mt/resources/european-language-levels-cefr.

F’dan l-avviż ta’ kompetizzjoni nagħmlu referenza għal-lingwi bħala:

Il-Lingwa 1 tal-kompetizzjoni għandha tintgħażel mill- Kroat, id-Daniż, l-Estonjan, l-Irlandiż, il-Latvjan jew is-Sloven. Il-lingwa użata għal ċerti mistoqsijiet b’għażla multipla u testijiet f’ċentru ta’ valutazzjoni u t-test tat-traduzzjoni

Lingwa 2 ( l-Ingliż ): il-lingwa użata għall-formola tal-applikazzjoni, ċerti mistoqsijiet b’għażla multipla u t-testijiet taċ-ċentru ta’ valutazzjoni, għat-test tat-traduzzjoni u l-komunikazzjoni bejn l-EPSO u l-kandidati li jkunu ppreżentaw applikazzjoni valida;

Lingwa 3: għandha tintgħażel mill- Franċiż, il-Ġermaniż, it-Taljan, il-Pollakk, jew l-Ispanjol : il-lingwa użata għal wieħed mit-testijiet taċ-ċentru ta’ valutazzjoni.

Il-lingwa 2 trid tkun l-Ingliż.

Il-verżjonijiet oriġinali ta’ dokumenti mmaniġġjati mis-servizzi kkonċernati huma mfassla kważi esklużivament bl-Ingliż u jintużaw bħala bażi għar-reviżjoni ġuridika-lingwistika fil-lingwi l-oħra.

Għaldaqstant il-kandidati li jgħaddu u jiġu rreklutati minn dawn il-kompetizzjonijiet se jaħdmu prinċipalment b’dokumenti bil-lingwa Ingliża. L-għażliet l-oħra tal-lingwi għal-lingwa 3 jirriflettu l-ħtiġijiet operattivi tas-servizz.

(3)    Kundizzjonijiet speċifiċi — kwalifiki:

Ara l-ANNESS I għall-kwalifiki speċifiċi meħtieġa għal kull kompetizzjoni.

L-ebda esperjenza professjonali mhi meħtieġa.

KIF NINTGĦAŻEL?

(1)    Il-proċess ta’ applikazzjoni

Il-formola tal-applikazzjoni tiegħek trid timliha bl-Ingliż (ara t-Taqsima “Kundizzjonijiet speċifiċi — lingwi”).

Biex timla l-applikazzjoni tiegħek, se tintalab tikkonferma l-eliġibbiltà tiegħek għall-kompetizzjoni u tagħti aktar informazzjoni rilevanti għall-kompetizzjoni magħżula (pereżempju: diplomi). Ikollok tagħżel ukoll il-lingwi 1, 2 u 3 tiegħek.

Bil-validazzjoni tal-formola tal-applikazzjoni tiegħek, tkun qed tiddikjara fuq l-unur tiegħek li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha msemmija taħt it-taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?” Meta tivvalida l-formola ta’ applikazzjoni tiegħek, ma tkunx tista’ tibqa’ tagħmel bidliet oħra. Hija r-responsabbiltà tiegħek li tara li timla u tivvalida l-applikazzjoni tiegħek sad-data tal-għeluq.

(2)    Testijiet ta’ mistoqsijiet b’għażla multipla (multiple-choice question, MCQ) fuq il-kompjuter

Jekk tivvalida l-formola tal-applikazzjoni tiegħek fi żmien id-data tal-għeluq, tiġi mistieden sabiex tagħmel serje ta’ testijiet ta’ mistoqsijiet b’għażla multipla fuq il-kompjuter f’wieħed miċ-ċentri akkreditati tal-EPSO.

Sakemm ma jkunx avżat mod ieħor, trid tibbukkja appuntament għat-testijiet MCQ skont l-istruzzjonijiet mill-EPSO. Tipikament, tiġi offrut diversi dati li fihom inti tista’ tagħmel it-testijiet, f’diversi postijiet. Il-perjodi tal-ibbukkjar u l-ittestjar huma limitati .

It-testijiet MCQ bil-kompjuter ikunu organizzati kif ġej:

Testijiet

Lingwa

Mistoqsijiet

Durata

Marka minima meħtieġa

Raġunament verbali

Lingwa 1

20 mistoqsija

35 minuta

10/20

Raġunament numeriku

Lingwa 1

10 mistoqsijiet

20 minuta

Numeriku + astratt flimkien: 8/20

Raġunament astratt

Lingwa 1

10 mistoqsijiet

10 minuti

Fehim Lingwistiku

Lingwa 2

12-il mistoqsija

25 minuta

7/12

Dawn it-testijiet huma eliminatorji u ma jgħoddux għat-testijiet l-oħrajn li jsiru fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni.

(3)    Kontrolli tal-eliġibbiltà

Il-kundizzjonijiet kollha msemmija taħt it-Taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?” hawn fuq jiġu ċċekkjati mad-data pprovduta fl-applikazzjonijiet onlajn tal-kandidati. L-EPSO jiċċekkja jekk tissodisfax il-kundizzjonijiet ġenerali tal-eliġibbiltà filwaqt li l-bord tas-selezzjoni jivverifika l-konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi tal-eliġibbiltà.

L-applikazzjonijiet tal-kandidati jiġu ċċekkjati għall-eliġibbiltà f’ordni li jiċkien tal-marki totali miksuba fit-testijiet MCQ sakemm l-għadd ta’ kandidati eliġibbli għal kull kompetizzjoni jilħaq l-għadd ta’ kandidati li għandhom jiġu mistiedna biex jagħmlu t-test tat-traduzzjoni. Il-fajls l-oħrajn ma jiġux iċċekkjati.

(4)    Test tat-traduzzjoni

Bejn wieħed u ieħor seba’ (7) darbiet, iżda mhux aktar minn tmien (8) darbiet , in-numru ta’ kandidati ta’ suċċess meħtieġa għal kull kompetizzjoni u għażla jiġu mistiedna jagħmlu t-test tat-traduzzjoni. Jekk int tissodisfa r-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà skont id-dejta fl-applikazzjoni onlajn tiegħek, u jekk inti ġibt waħda mill- ogħla marki totali għat-testijiet MCQ bil-kompjuter, int tiġi mistieden għal test tat-traduzzjoni f’wieħed miċ-ċentri akkreditati tal-EPSO.

Test

Lingwa

Durata

Marka minima meħtieġa

Traduzzjoni ta’ test ġuridiku (mingħajr dizzjunarju)

Mil-lingwa 2 għal-lingwa 1

Sagħtejn

40/80

Il-marka miksuba għat-test ta’ traduzzjoni se tkun ikkombinata mal-marki miksuba fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni biex il-kandidati jingħataw il-punteġġ globali tagħhom.

Trid tikseb waħda mill- ogħla marki totali f’dan it-test sabiex tikkwalifika għall-fażi li jmiss tal-kompetizzjoni.

(5)    Iċ-ċentru ta’ valutazzjoni

Sa massimu ta’ erba’ (4) darbiet tal-għadd ta’ kandidati ammessi mfittxija għal kull kompetizzjoni jiġu mistiedna għal din il-fażi. Jekk ġibt waħda mill- ogħla marki totali fit-testijiet tat-traduzzjoni, tiġi mistieden sabiex tagħmel ġurnata u nofs (1,5) fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni, x’aktarx fi Brussell , sabiex tagħmel testijiet fil- lingwi 1, 2 u 3 tiegħek.

Sakemm ma jkunx avżat mod ieħor, trid iġġib miegħek id-dokumenti ta’ sostenn (oriġinali jew kopji ċċertifikati) għaċ-ċentru ta’ valutazzjoni. L-EPSO jiskennjahom matul it-testijiet fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni tiegħek u jagħtihomlok lura fl-istess ġurnata.

Tmien kompetenzi ġenerali u l-kompetenzi speċifiċi meħtieġa għal kull kompetizzjoni se jiġu ttestjati fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni permezz ta’ erba’ (4) testijiet (intervista ġenerali bbażata fuq il-kompetenza (fil-lingwa 2 tiegħek) u eżerċizzju fi grupp (fil-lingwa 2 tiegħek), preżentazzjoni orali segwita minn sessjoni ta’ mistoqsijiet u tweġibiet relatati mal-kompetenzi speċifiċi għall-impjieg tiegħek u l-għarfien tal-liġi tal-Unjoni Ewropea, sabiex jiġu vvalutati l-kompetenzi ġenerali u speċifiċi tiegħek (fil-lingwa 1 tiegħek) u sommarju ta’ test (mil-lingwa 3 għal-lingwa 1)) kif deskritt fil-matriċi li ġejjin:

Kompetenza

Testijiet

1.

Analiżi u soluzzjoni tal-problemi

Preżentazzjoni orali

Eżerċizzju fi grupp

2.

Komunikazzjoni

Preżentazzjoni orali

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

3.

Kwalità u riżultati

Preżentazzjoni orali

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

4.

Tagħlim u żvilupp

Eżerċizzju fi grupp

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

5.

Prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni

Preżentazzjoni orali

Eżerċizzju fi grupp

6.

Reżiljenza

Preżentazzjoni orali

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

7.

Ħidma ma’ oħrajn

Eżerċizzju fi grupp

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

8.

Ħiliet ta’ tmexxija

Eżerċizzju fi grupp

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

Marka minima meħtieġa

3/10 għal kull kompetenza u 40/80 b’kollox


Kompetenza

Test

Kompetenzi f’oqsma speċifiċi

Preżentazzjoni orali

Sommarju fil-lingwa 1 ta’ test fil-lingwa 3

Marki minimi meħtieġa

20/40

30/60

(6)    Lista ta’ riżerva

Wara li jiċċekkja l-eliġibbiltà tal-kandidati mad-dokumenti ta’ sostenn tagħhom, il-bord tas-selezzjoni jistabbilixxi lista ta’ riżerva għal kull kompetizzjoni – sakemm jintlaħaq l-għadd meħtieġ ta’ kandidati li għaddew – minn dawk il-kandidati eliġibbli li jkunu kisbu l-marki minimi meħtieġa kollha kif ukoll l-ogħla marki wara ċ-ċentru ta’ valutazzjoni. L-ismijiet jiġu elenkati f’ordni alfabetiku.

Il-listi ta’ riżerva u l-passaporti ta’ kompetenza, li jagħtu rispons kwalitattiv mill-bord tas-selezzjoni, tal-kandidati ta’ suċċess jkunu disponibbli għall-istituzzjonijiet tal-UE fil-proċeduri ta’ reklutaġġ u l-iżvilupp futur tal-karriera. L-inklużjoni f’lista ta’ riżerva ma tfissirx li għandek xi dritt jew garanzija ta’ reklutaġġ.

FEJN U META NISTA’ NAPPLIKA?

Applika onlajn fuq is-sit tal-EPSO http://jobs.eu-careers.eu sa:

It-28 ta’ Novembru 2017 f’12.00 (nofsinhar), CET.


ANNESS I

IL-KWALIFIKI MEĦTIEĠA GĦAL KULL KOMPETIZZJONI

EPSO/AD/348/17 — ĠURISTI LINGWISTI TAL-LINGWA DANIŻA (DA) (AD7)

Livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi ma’ ċiklu ta’ studji universitarji konklużi ċċertifikat b’waħda mill-kwalifiki li ġejjin fil-liġi Daniża:

Juridisk kandidateksamen (cand.jur.) eller erhvervsøkonomisk-erhvervsjuridisk kandidateksamen (cand.merc.jur.)

Sabiex jiddetermina jekk il-kandidat kisibx livell li jikkorrispondi ma’ studji universitarji konklużi, il-bord tas-selezzjoni se jikkunsidra r-regoli li kienu fis-seħħ fiż-żmien li fih tkun inkisbet il-lawrija.

Ara l-ANNESS III għal eżempji ta’ kwalifiki minimi

EPSO/AD/349/17 — ĠURISTI LINGWISTI TAL-LINGWA ESTONJANA (ET) (AD7)

Livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi ma’ ċiklu ta’ studji universitarji konklużi ċċertifikat b’waħda mill-kwalifiki li ġejjin fil-liġi Estonjana:

Akadeemiline kõrgharidus Eesti õiguses (s.o endine bakalaureusekraad õigusteaduses (160 ainepunkti) või sellega võrdsustatud diplom või magistrikraad õigusteaduses (3+2 õppekava).

Sabiex jiddetermina jekk il-kandidat kisibx livell li jikkorrispondi ma’ studji universitarji konklużi, il-bord tas-selezzjoni se jikkunsidra r-regoli li kienu fis-seħħ fiż-żmien li fih tkun inkisbet il-lawrija.

Ara l-ANNESS III għal eżempji ta’ kwalifiki minimi

EPSO/AD/350/17 — ĠURISTI LINGWISTI TAL-LINGWA IRLANDIŻA (GA) (AD7)

Livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi ma’ ċiklu ta’ studji universitarji konklużi ċċertifikat b’waħda mid-diplomi jew kwalifiki li ġejjin:

You must have completed a suitable course in law in Ireland or the United Kingdom, i.e. hold a degree in law attesting completion of at least three years’ university study or have obtained a qualification as a barrister, advocate or solicitor in Ireland or the United Kingdom. Candidates who followed a three-year degree course must also have obtained at least one year’s appropriate professional experience.

Ní mór duit cúrsa oiriúnach sa dlí a bheith críochnaithe agat in Éirinn nó sa Ríocht Aontaithe, i.e. céim sa dlí a bheith agat, ar céim í a fhianaíonn go bhfuil staidéar ollscoile trí bliana ar a laghad críochnaithe agat, nó cáilíocht mar abhcóide nó aturnae a bheith bainte amach agat in Éirinn nó sa Ríocht Aontaithe. Maidir le hiarrthóirí a rinne cúrsa céime trí bliana, ní mór dóibh aon bhliain amháin de thaithí ghairmiúil iomchuí ar a laghad a bheith faighte acu freisin.

Sabiex jiddetermina jekk il-kandidat kisibx livell li jikkorrispondi ma’ studji universitarji konklużi, il-bord tas-selezzjoni se jikkunsidra r-regoli li kienu fis-seħħ fiż-żmien li fih tkun inkisbet il-lawrija.

Ara l-ANNESS III għal eżempji ta’ kwalifiki minimi

EPSO/AD/351/17 — ĠURISTI LINGWISTI TAL-LINGWA KROATA (HR) (AD7)

Livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi ma’ ċiklu ta’ studji universitarji konklużi ċċertifikat b’waħda mill-kwalifiki li ġejjin fil-liġi Kroata:

Diploma iz hrvatskog prava stečena na sveučilišnom studiju (magistar/magistra prava ili diplomirani pravnik/diplomirana pravnica).

Sabiex jiddetermina jekk il-kandidat kisibx livell li jikkorrispondi ma’ studji universitarji konklużi, il-bord tas-selezzjoni se jikkunsidra r-regoli li kienu fis-seħħ fiż-żmien li fih tkun inkisbet il-lawrija.

Ara l-ANNESS III għal eżempji ta’ kwalifiki minimi

EPSO/AD/352/17 — ĠURISTI LINGWISTI TAL-LINGWA LATVJANA (LV) (AD7)

Livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi ma’ ċiklu ta’ studji universitarji konklużi ċċertifikat b’waħda mid-diplomi fil-liġi li ġejjin fil-lingwa Latvjana:

Maģistra grāds tiesību zinātnē vai otrā līmeņa profesionālā augstākā izglītība tiesību zinātnē, kas piešķir jurista kvalifikāciju.

Sabiex jiddetermina jekk il-kandidat kisibx livell li jikkorrispondi ma’ studji universitarji konklużi, il-bord tas-selezzjoni se jikkunsidra r-regoli li kienu fis-seħħ fiż-żmien li fih tkun inkisbet il-lawrija.

Ara l-ANNESS III għal eżempji ta’ kwalifiki minimi

EPSO/AD/353/17 — ĠURISTI LINGWISTI TAL-LINGWA SLOVENA (SL) (AD7)

Livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi ma’ ċiklu ta’ studji universitarji konklużi ċċertifikat b’waħda mill-kwalifiki li ġejjin fil-liġi Slovena:

V Sloveniji pridobljena univerzitetna izobrazba pravne smeri s strokovnim naslovom “univerzitetni diplomirani pravnik/univerzitetna diplomirana pravnica” (po študijskem programu za pridobitev univerzitetne izobrazbe, sprejetem pred 11.6.2004) oziroma univerzitetna izobrazba pravne smeri s strokovnim naslovom “diplomirani pravnik (UN)/diplomirana pravnica (UN)”, dopolnjena z magistrsko izobrazbo s strokovnim naslovom “magister prava/magistrica prava” (druga stopnja po bolonjskem programu).

Sabiex jiddetermina jekk il-kandidat kisibx livell li jikkorrispondi ma’ studji universitarji konklużi, il-bord tas-selezzjoni se jikkunsidra r-regoli li kienu fis-seħħ fiż-żmien li fih tkun inkisbet il-lawrija.

Ara l-ANNESS III għal eżempji ta’ kwalifiki minimi

Tmiem tal-ANNESS I, ikklikkja hawnhekk biex tmur lura għat-test prinċipali


ANNESS II

REGOLI ĠENERALI LI JIRREGOLAW IL-KOMPETIZZJONIJIET ĠENERALI

INFORMAZZJONI ĠENERALI

Kull referenza, fil-qafas ta’ proċeduri ta’ selezzjoni organizzati mill-EPSO, għal persuna ta’ ġeneru speċifiku trid tkun ikkunsidrata wkoll li tikkostitwixxi referenza għal persuna ta’ kull ġeneru ieħor.

Jekk kandidati jiksbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli f’kull stadju tal-kompetizzjoni, dawn kollha jgħaddu għall-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni. Kull kandidat imdaħħal mill-ġdid wara appell b’suċċess jiġi mistieden għall-istadju li jmiss.

Jekk kandidati jkunu kisbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli fil-lista ta’ riżerva, dawn jiġu inklużi kollha fil-lista ta’ riżerva. Kull kandidat imdaħħal mill-ġdid wara appell b’suċċess f’dan l-istadju tal-proċedura jiżdied ukoll mal-lista ta’ riżerva.

1.   MIN JISTA’ JAPPLIKA?

1.1.   Kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi

Il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi (inkluż l-għarfien tal-lingwi) għal kull qasam jew profil huma indikati fit-taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?”.

Il-kundizzjonijiet speċifiċi rigward il-kwalifiki, l-esperjenza professjonali u l-għarfien tal-lingwi jvarjaw skont il-profil mitlub. Fl-applikazzjoni tiegħek, jinħtieġ li tinkludi kemm jista’ jkun informazzjoni dwar il-kwalifiki u l-esperjenza professjonali tiegħek (fejn meħtieġ) kif deskritt fit-taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?” ta’ dan l-avviż li hija rilevanti għall-kompiti .

(a)

Diplomi u/jew ċertifikati: Diplomi, kemm jekk maħruġa f’pajjiżi tal-UE u kemm jekk le, jinħtieġ li jiġu rikonoxxuti minn korp uffiċjali ta’ Stat Membru tal-UE, pereżempju Ministeru tal-Edukazzjoni ta’ Stat Membru tal-UE. F’dan ir-rigward, il-bord tas-selezzjoni jqis id-differenzi bejn is-sistemi tal-edukazzjoni.

Għall-edukazzjoni postsekondarja u taħriġ tekniku, professjonali jew speċjalizzat, indika s-suġġetti koperti, it-tul ta’ żmien u jekk dan kienx kors full-time, kors part-time jew kors ta’ filgħaxija.

(b)

L-esperjenza professjonali (jekk meħtieġa), titqies biss jekk tkun rilevanti għall-funzjonijiet meħtieġa u:

tikkostitwixxi xogħol ġenwin u effettiv;

tkun imħallsa;

tkun tinvolvi relazzjoni ta’ subordinazzjoni jew il-forniment ta’ servizz; kif ukoll

tkun suġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

ħidma volontarja: jekk imħallsa u tinvolvi ħinijiet fil-ġimgħa u tul bħal impjieg normali;

apprendistati: jekk imħallsa;

servizz militari obbligatorju: magħmul qabel jew wara d-diploma meħtieġa għal perjodu li ma jaqbiżx id-durata statutorja fl-Istat Membru tiegħek;

liv tal-maternità/tal-paternità/tal-adozzjoni: jekk kopert minn kuntratt ta’ impjieg;

dottorat: għal perjodu massimu ta’ tliet snin, bil-kundizzjoni li d-dottorat ikun effettivament inkiseb, u jekk ix-xogħol kienx imħallas jew le; kif ukoll

xogħol part-time: ikkalkulat pro rata skont in-numru ta’ sigħat maħduma, pereżempju half-time għal sitt xhur ikun jiswa daqs tliet xhur.

1.2.   Dokumenti ta’ sostenn

Fl-istadji differenti tal-proċedura tas-selezzjoni, ikollok tipprovdi dokument uffiċjali li juri ċ-ċittadinanza tiegħek (pereżempju passaport jew karta tal-identità) li jrid ikun validu fid-data tal-għeluq tal-applikazzjoni tiegħek (id-data tal-għeluq tal-ewwel parti tal-applikazzjoni tiegħek fil-każ ta’ xenarju ta’ applikazzjoni b’żewġ partijiet).

Il-perjodi kollha ta’ attività professjonali jridu jkunu koperti minn oriġinali jew fotokopji ċċertifikati ta’:

dokumenti minn impjegatur(i) fil-passat kif ukoll mill-impjegatur(i) attwali li jiddikjaraw in-natura u l-livell tad-dmirijiet imwettqa, id-dati tal-bidu u tat-tmiem, it-timbru uffiċjali tal-kumpanija u l-isem u l-firma tal-persuna responsabbli; jew

il-kuntratt(i) tax-xogħol flimkien mal-ewwel u l-aħħar irċevuta tal-paga, b’deskrizzjoni dettaljata tad-dmirijiet imwettqa;

(għal xogħol mingħajr paga fissa pereżempju impjieg għal rasek jew professjonijiet liberali) fatturi jew formoli ta’ ordnijiet li jiddeskrivu x-xogħol imwettaq jew kull dokument uffiċjali ta’ prova ieħor rilevanti;

(għall-interpreti ta’ konferenzi, fejn l-esperjenza professjonali hija meħtieġa) dokumenti li juru l-għadd ta’ jiem, u l-lingwi interpretati minn u lejn, relatati speċifikament mal-interpretazzjoni ta’ konferenzi.

B’mod ġenerali, ma huma meħtieġa l-ebda dokumenti ta’ prova sabiex tipprova l-għarfien tiegħek tal-lingwi, minbarra għal ċerti kompetizzjonijiet għal lingwisti jew speċjalisti.

Tista’ tintalab informazzjoni jew dokumenti addizzjonali f’kull stadju tal-proċedura. L-EPSO jinfurmak liema dokumenti ta’ sostenn għandek bżonn tipprovdi u meta.

1.3.   Opportunitajiet indaqs u aġġustamenti speċjali

Jekk għandek diżabbiltà jew kundizzjoni medika li tista’ tfixkel l-abbiltà tiegħek li tagħmel it-testijiet, indika dan fl-applikazzjoni tiegħek u għarrafna bit-tip ta’ aġġustamenti speċjali li għandek bżonn. Jekk diżabbiltà jew kundizzjoni tiżviluppa wara l-iskadenza għall-applikazzjonijiet, trid tinforma lill-EPSO malajr kemm jista’ jkun billi tuża l-informazzjoni indikata hawn taħt.

Innota li jkollok tibgħat ċertifikat mill-awtorità nazzjonali tiegħek jew ċertifikat mediku lill-EPSO sabiex it-talba tiegħek tittieħed inkunsiderazzjoni. Id-dokumenti ta’ sostenn tiegħek jiġu eżaminati, b’tali mod li l-akkomodazzjoni raġonevoli tista’ ssir meta dan ikun meħtieġ.

Għal aktar informazzjoni, ikkuntattja lil EPSO-accessibility team permezz ta’:

posta elettronika (EPSO-accessibility@ec.europa.eu);

faks (+32 22998081); jew

posta:

European Personnel Selection Office (EPSO)

EPSO accessibility

Avenue de Cortenbergh/Kortenberglaan 25

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

2.   MINN MIN NIĠI VVALUTAT?

Jiġi maħtur bord tas-selezzjoni biex iqabbel lill-kandidati u jagħżel l-aħjar fosthom fuq il-bażi tal-kompetenzi, il-ħiliet u l-kwalifiki tagħhom fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-avviż tal-kompetizzjoni. Il-membri tiegħu jiddeterminaw ukoll il-livell ta’ diffikultà tat-testijiet tal-kompetizzjoni u japprovaw il-kontenut tagħhom abbażi tal-proposti magħmula mill-EPSO.

Sabiex tiġi garantita l-indipendenza tal-bord tas-selezzjoni, huwa strettament ipprojbit għall-kandidati jew kull persuna barra mill-bord li tipprova tagħmel kuntatt ma’ wieħed mill-membri tiegħu, ħlief fil-kuntest tat-testijiet li jeħtieġu interazzjoni diretta bejn il-kandidati u l-bord.

Il-kandidati li jixtiequ jesprimu l-fehma tagħhom jew jaffermaw id-drittijiet tagħhom għandhom jagħmlu dan bil-miktub, billi jindirizzaw il-korrispondenza għall-attenzjoni tal-bord tas-selezzjoni lill-EPSO, li mbagħad jgħaddiha lill-bord. L-interventi kollha diretti jew indiretti tal-kandidati li jsiru mingħajr ma jiġu segwiti dawn il-proċeduri huma pprojbiti u jistgħu jwasslu għall-esklużjoni mill-kompetizzjoni.

L-eżistenza ta’ relazzjoni familjari jew rabta ġerarkika bejn kandidat u membru tal-bord tas-selezzjoni, b’mod partikolari, tagħti lok għal konflitt ta’ interess. Il-bordijiet tas-selezzjoni huma mitluba jiddikjaraw kull sitwazzjoni bħal din lill-EPSO immedjatament meta jsiru jafu bihom. L-EPSO jevalwa kull każ individwalment u jieħu l-miżuri xierqa. In-nuqqas ta’ rispett tar-regoli msemmija hawn fuq jista’ jagħmel lill-membri tal-ġurija suġġetti għal azzjoni dixxiplinarja u jirriżulta fi skwalifika mill-kompetizzjoni għall-kandidati (ara t-Taqsima 4.4).

L-ismijiet tal-membri tal-ġurija huma ppubblikati fuq is-sit web tal-EPSO (www.eu-careers.eu) qabel il-bidu taċ-ċentru/fażi ta’ valutazzjoni.

3.   KOMUNIKAZZJONI

3.1.   Komunikazzjoni mal-EPSO

Jinħtieġ li tikkonsulta l-kont tal-EPSO tiegħek tal-inqas darbtejn fil-ġimgħa biex iżżomm kont tal-progress tiegħek matul il-kompetizzjoni. Jekk ma tkunx tista’ tagħmel dan minħabba problema teknika min-naħa tal-EPSO, għandek tinnotifika lill-EPSO immedjatament.

preferibbilment permezz tat-taqsima “ikkuntattjana” tas-sit web tal-EPSO (www.eu-careers.eu); jew

bit-telefown lil Europe Direct (+ 800 67 89 10 11); jew

bil-posta:

European Personnel Selection Office (EPSO)

Avenue de Cortenbergh/Kortenberglaan 25

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

L-EPSO jirriżerva d-dritt li ma jagħtix informazzjoni li diġà hija ddikjarata b’mod ċar f’dan l-avviż tal-kompetizzjoni, fl-annessi tiegħu jew fis-sit web tal-EPSO inkluż fil-“mistoqsijiet li jsiru ta’ spiss”.

F’kull korrispondenza relatata ma’ applikazzjoni, semmi ismek kif mogħti fil-kont EPSO tiegħek, in-numru tal-applikazzjoni tiegħek u n-numru ta’ referenza tal-proċedura tas-selezzjoni.

L-EPSO japplika l-prinċipji tal-kodiċi ta’ mġiba amministrattiva tajba https://ec.europa.eu/info/about-european-union/principles-and-values/ethics-and-integrity/code-conduct-eu-staff_mt (kif ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali). Għaldaqstant, l-EPSO jirriżerva d-dritt li jwaqqaf kull korrispondenza mhux xierqa (jiġifieri ripetittiva, abbużiva u/jew irrelevanti).

3.2.   Aċċess għall-informazzjoni

Il-kandidati għandhom drittijiet speċifiċi ta’ aċċess għal ċerta informazzjoni li tikkonċerna lilhom personali, mogħtija fid-dawl tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sabiex ikun jista’ jsir appell kontra deċiżjoni ta’ rifjut.

Dan l-obbligu ta’ motivazzjoni jrid ikun ibbilanċjat mal-kunfidenzjalità tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni, li jiżgura l-indipendenza tal-bord u l-oġġettività tas-selezzjoni. Minħabba l-kunfidenzjalità, l-attitudnijiet adottati mill-membri tal-bordijiet tas-selezzjoni dwar il-valutazzjonijiet individwali jew komparattivi tal-kandidati ma jistgħux jiġu żvelati.

Dawn id-drittijiet ta’ aċċess huma speċifiċi għall-kandidati f’kompetizzjoni ġenerali u l-leġiżlazzjoni dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tista’ ma tagħtihomx drittijiet usa’ minn dawk speċifikati f’din it-taqsima.

3.2.1.   Żvelar awtomatiku

Se tirċievi awtomatikament l-informazzjoni li ġejja permezz tal-kont tiegħek tal-EPSO wara kull stadju tal-proċess ta’ selezzjoni organizzat għal kompetizzjoni partikolari:

it-testijiet MCQ: ir-riżultati tiegħek u tabella bit-tweġibiet tiegħek u t-tweġibiet korretti skont in-numru ta’ referenza/l-ittra. L-aċċess għat-test tal-mistoqsijiet u t-tweġibiet huwa eskluż espliċitament;

eliġibbiltà: jekk ġejtx ammess; jekk le, il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà li ma kinux issodisfati;

Talent Screener (Evalwatur tat-Talenti): ir-riżultati tiegħek u tabella bil-piżijiet tal-mistoqsijiet, il-punti mogħtija għat-tweġibiet tiegħek u l-punteġġ totali tiegħek;

testijiet preliminari: ir-riżultati tiegħek;

testijiet intermedji: ir-riżultati tiegħek jekk ma tkunx fost il-kandidati mistiedna għall-fażi li jmiss;

fażi/ċentru ta’ valutazzjoni: jekk ma tkunx skwalifikat, il-passaport tal-kompetenza tiegħek li juri l-marki globali tiegħek għal kull kompetenza u l-kumment tal-bord tas-selezzjoni li jipprovdi rispons kwantitattiv u kwalitattiv dwar il-prestazzjoni tiegħek fiċ-ċentru/fażi ta’ valutazzjoni.

Bħala regola, l-EPSO ma jikkomunika lil kandidati l-ebda test sors jew eżerċizzju tat-test, peress li dawn huma intiżi biex jintużaw mill-ġdid f’kompetizzjonijiet futuri. Għal ċerti testijiet, madankollu, f’ċerti eċċezzjonijiet ikun jista’ jippubblika t-testi sors jew eżerċizzji fuq is-sit web tiegħu jekk:

it-testijiet ikunu tlestew;

ir-riżultati jkunu ġew stabbiliti u kkomunikati lill-kandidati; kif ukoll

it-testi sors/l-eżerċizzji mhumiex intiżi biex jintużaw mill-ġdid f’kompetizzjonijiet futuri.

3.2.2.   Informazzjoni fuq talba

Tista’ titlob kopja mhux ikkoreġuta tat-tweġibiet tiegħek fit-testijiet bil-miktub fejn il-kontenut mhux maħsub biex jerġa’ jintuża f’kompetizzjonijiet futuri. Dan jeskludi b’mod espliċitu tweġibiet għal studji ta’ każijiet.

Il-karti tat-tweġibiet ikkoreġuti u d-dettalji tal-immarkar, b’mod partikolari, huma koperti mis-segretezza tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni u ma jiġux żvelati.

L-EPSO jagħmel l-almu tiegħu biex jagħmel l-iżjed informazzjoni possibbli disponibbli għall-kandidati kollha, skont l-obbligu ta’ motivazzjoni, in-natura kunfidenzjali tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali. It-talbiet kollha għall-informazzjoni jiġu evalwati fid-dawl ta’ dawn l-obbligi.

Kull talba għal informazzjoni jinħtieġ li tkun mibgħuta permezz tat-taqsima “ikkuntattjana” tas-sit web tal-EPSO (www.eu-careers.eu) fi żmien għaxart (10) ijiem kalendarji mill-jum li fih ir-riżultati tiegħek jiġu ppubblikati fuq il-kont EPSO tiegħek.

4.   ILMENTI U KWISTJONIJIET

4.1.   Kwistjonijiet tekniċi

Jekk, fi kwalunkwe stadju tal-proċedura tas-selezzjoni, tiltaqa’ ma’ problema teknika jew organizzattiva serja, sabiex inkunu nistgħu ninvestigaw il-kwistjoni u nieħdu miżuri korrettivi, informa lill-EPSO immedjatament:

preferibbilment permezz tat-taqsima “ikkuntattjana” tas-sit web tal-EPSO (www.eu-careers.eu); jew

bil-posta:

European Personnel Selection Office (EPSO)

Avenue de Cortenbergh/Kortenberglaan 25

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

F’kull korrispondenza, indika ismek (kif mogħti fil-kont tal-EPSO tiegħek), in-numru tal-applikazzjoni tiegħek u n-numru tal-proċedura tas-selezzjoni.

Għal problemi li jseħħu barra miċ-ċentri tat-testijiet (pereżempju dwar il-proċess ta’ applikazzjoni jew tal-ibbukkjar), ikkuntattja lill-EPSO (ara t-Taqsima 3.1) b’deskrizzjoni qasira tal-problema.

Jekk il-problema sseħħ f’ċentru tat-testijiet:

informa lill-inviġilaturi u itlobhom jirreġistraw l-ilment tiegħek bil-miktub; kif ukoll

ikkuntattja lill-EPSO permezz tat-taqsima “ikkuntattjana” tas-sit web tal-EPSO (www.eu-careers.eu) b’deskrizzjoni qasira tal-problema.

4.2.   Proċeduri ta’ reviżjoni interna

4.2.1.   Żball fil-mistoqsijiet b’għażla multipla bbażati fuq il-kompjuter (MCQs)

Il-bażi tad-data MCQ hija suġġetta għal kontroll ta’ kwalità fil-fond permanenti mill-EPSO u l-bordijiet tas-selezzjoni.

Jekk temmen li żball f’waħda jew aktar MCQs affettwa l-abbiltà tiegħek li twieġeb, għandek id-dritt li titlob li l-mistoqsija/ijiet tiġi/jiġu rieżaminata/i mill-bord tas-selezzjoni (bil-proċedura ta’ “newtralizzazzjoni”).

Taħt din il-proċedura, il-bord tas-selezzjoni jista’ jiddeċiedi li jannulla l-mistoqsija li fiha l-iżball u li jqassam il-punti mal-mistoqsijiet l-oħra tat-test. Dawk il-kandidati li jkunu rċevew din il-mistoqsija biss jiġu affettwati minn dan il-kalkolu mill-ġdid. L-immarkar tat-testijiet jibqa’ kif imsemmi fit-taqsimiet rilevanti ta’ dan l-avviż tal-kompetizzjoni.

L-arranġamenti għall-ilmenti dwar it-testijiet MCQs huma kif ġej:

proċedura: ikkuntattja lill-EPSO (ara t-Taqsima 3.1) biss permezz tal-formola ta’ kuntatt onlajn;

il-lingwa: fil-Lingwa 2 li għażilt għall-kompetizzjoni inkwistjoni;

data ta’ skadenza: fi żmien għaxart (10) ijiem kalendarji mid-data tat-testijiet tiegħek ibbażati fuq il-kompjuter;

tagħrif addizzjonali: iddeskrivi fuqiex kienet il-mistoqsija (il-kontenut) sabiex tiġi/jiġu identifikata/i l-mistoqsija/ijiet ikkonċernata/i, u spjega n-natura tal-iżball allegat b’mod ċar kemm jista’ jkun.

Ma jiġux ikkunsidrati t-talbiet li jaslu wara l-iskadenza, jew li ma jiddeskrivux b’mod ċar il-mistoqsija(ijiet) ikkontestata/i u l-allegat żball.

B’mod partikolari, l-ilmenti li jindikaw biss allegati problemi ta’ traduzzjoni, u li ma jispeċifikawx b’mod ċar il-problema, ma jiġux ikkunsidrati.

4.2.2.   Talbiet għal rieżami

Tista’ titlob rieżami ta’ kull deċiżjoni meħuda mill-bord tas-selezzjoni jew mill-EPSO li tistabbilixxi r-riżultati tiegħek u/jew tiddetermina jekk tistax tipproċedi għall-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni jew tiġix eskluż.

It-talbiet għal rieżami jistgħu jkunu bbażati fuq:

irregolarità materjali fil-proċess tal-kompetizzjoni; u/jew

nuqqas ta’ konformità, mill-bord tas-selezzjoni jew l-EPSO, mar-Regolamenti tal-Persunal, l-avviż tal-kompetizzjoni, l-annessi tiegħu u/jew il-ġurisprudenza.

Innota li ma tistax tikkontesta l-validità tal-valutazzjoni tal-bord tas-selezzjoni dwar il-kwalità tal-ħidma tiegħek fit-test jew ir-rilevanza tal-kwalifiki u l-esperjenza professjonali tiegħek. Din il-valutazzjoni hija ġudizzju ta’ valur magħmul mill-bord u jekk ma taqbilx ma’ din l-evalwazzjoni tat-testijiet, l-esperjenza u/jew il-kwalifiki tiegħek ma jfissirx li huwa għamel żball. It-talbiet għal rieżami sottomessi fuq din il-bażi ma jwasslux għal riżultat pożittiv.

L-arranġamenti għal talbiet għal rieżami huma kif ġej:

proċedura: ikkuntattja lil EPSO (ara t-Taqsima 3.1);

il-lingwa: fil-Lingwa 2 li għażilt għall-kompetizzjoni inkwistjoni;

data ta’ skadenza: fi żmien għaxart (10) ijiem kalendarji mid-data li fiha d-deċiżjoni kkontestata ġiet ippubblikata fil-kont EPSO tiegħek;

tagħrif addizzjonali: indika b’mod ċar id-deċiżjoni li tixtieq tikkontesta, u fuq liema bażi.

It-talbiet li jaslu wara l-iskadenza ma jiġux ikkunsidrati.

Tirċievi rikonoxximent tal-irċevuta fi żmien 15-il jum tax-xogħol. Il-korp li ħa d-deċiżjoni kkontestata (jew il-bord tas-selezzjoni jew l-EPSO) janalizza u jiddeċiedi dwar it-talba tiegħek u tirċievi tweġiba motivata malajr kemm jista’ jkun.

Jekk ir-riżultat ikun pożittiv, terġa’ tiddaħħal fil-proċess tas-selezzjoni fl-istadju li fih ġejt eskluż, irrispettivament minn kemm imxiet il-kompetizzjoni sadanittant.

4.3.   Forom oħra ta’ kontestazzjoni

4.3.1.   Ilmenti amministrattivi

Bħala kandidat f’kompetizzjoni ġenerali, għandek id-dritt li tindirizza lment amministrattiv lid-Direttur tal-EPSO bħala l-awtorità tal-ħatra.

Tista’ tippreżenta lment kontra deċiżjoni, jew in-nuqqas tagħha, li direttament u immedjatament taffettwa l-istatus legali tiegħek bħala kandidat, biss jekk ir-regoli li jirregolaw il-proċedura tas-selezzjoni ġew miksura b’mod ċar. Id-Direttur tal-EPSO ma jistax ibiddel ġudizzju ta’ valur magħmul minn bord tas-selezzjoni (ara t-Taqsima 4.2.2).

L-arranġamenti għal ilmenti amministrattivi huma kif ġej:

proċedura: ikkuntattja lil EPSO (ara t-Taqsima 3.1);

il-lingwa: fil-Lingwa 2 li għażilt għall-kompetizzjoni inkwistjoni;

data ta’ skadenza: fi żmien tliet xhur min-notifika tad-deċiżjoni kkontestata jew mid-data li fiha d-deċiżjoni suppost saret;

tagħrif addizzjonali: indika b’mod ċar id-deċiżjoni li tixtieq tikkontesta, u fuq liema bażi.

It-talbiet li jaslu wara l-iskadenza ma jiġux ikkunsidrati.

4.3.2.   Appelli ġudizzjarji

Bħala kandidat f’kompetizzjoni ġenerali, għandek id-dritt li tippreżenta appell ġudizzjarju quddiem il-Qorti Ġenerali.

Jekk tixtieq tappella kontra deċiżjoni meħuda mill-EPSO, l-ewwel trid tagħmel ilment amministrattiv (ara t-Taqsima 4.3.1).

L-arranġamenti għal appelli ġudizzjarji huma kif ġej:

proċedura: ikkonsulta s-sit web tal-Qorti Ġenerali (http://curia.europa.eu/jcms/).

4.3.3.   L-Ombudsman Ewropew

Iċ-ċittadini u r-residenti kollha tal-UE jistgħu jressqu lment lill-Ombudsman Ewropew.

Qabel ma tippreżenta lment lill-Ombudsman, l-ewwel trid tieħu l-passi amministrattivi xierqa mal-istituzzjonijiet u l-korpi kkonċernati (ara t-Taqsimiet 4.1-4.3).

L-ilment lill-Ombudsman ma jestendix l-iskadenzi għat-tressiq ta’ lmenti amministrattivi jew appelli ġudizzjarji.

L-arranġamenti għall-ilmenti lill-Ombudsman huma kif ġej:

proċedura: ikkonsulta s-sit web tal-Ombudsman Ewropew (http://www.ombudsman.europa.eu/).

4.4.   Skwalifika mill-proċedura ta’ selezzjoni

Tista’ tiġi skwalifikat fi kwalunkwe stadju ta’ proċedura tas-selezzjoni jekk l-EPSO jiskopri li int:

ħloqt iktar minn kont tal-EPSO wieħed;

applikajt għal oqsma jew profili inkompatibbli;

ma tissodisfax il-kundizzjonijiet kollha ta’ eliġibbiltà;

għamilt dikjarazzjonijiet foloz jew dikjarazzjonijiet mhux sostnuti minn dokumenti xierqa;

ma bbukkjajtx jew ma għamiltx it-testijiet tiegħek;

qarraqt waqt it-testijiet;

ma ddikjarajtx fil-formola ta’ applikazzjoni tiegħek il-lingwa, jew waħda mil-lingwi, meħtieġa bħala Lingwa 2 jew ma ddikjarajtx il-livell minimu meħtieġ għal-Lingwa 2;

ippruvajt tikkuntattja membru tal-bord tas-selezzjoni b’mod mhux awtorizzat;

inqast milli tinnotifika lill-EPSO b’possibilità ta’ kunflitt ta’ interess ma’ membru tal-bord tas-selezzjoni;

bgħatt l-applikazzjoni tiegħek b’lingwa differenti minn dik/dawk speċifikati fl-avviż tal-kompetizzjoni (jistgħu jsiru konċessjonijiet rigward l-użu ta’ lingwa oħra uffiċjali għal nomi proprji, titoli uffiċjali u titoli tal-impjiegi kif indikat fid-dokumenti ta’ sostenn jew tikketti/titoli ta’ diplomi) u/jew

iffirmajt jew ktibt marka distintiva fuq testijiet immarkati b’mod anonimu bil-miktub jew prattiċi.

Il-kandidati għar-reklutaġġ mill-istituzzjonijiet tal-UE jridu juru l-ogħla livell possibbli ta’ integrità. Il-frodi jew it-tentattivi ta’ frodi jistgħu jesponuk għal penalitajiet u jippreġudikaw l-eliġibbiltà tiegħek għal kompetizzjonijiet futuri.

Tmiem tal-ANNESS II, ikklikkja hawn biex tmur lura għat-test prinċipali


ANNESS III

EŻEMPJI TA’ KWALIFIKI MINIMI SKONT IL-PAJJIŻ U L-GRAD LI, FIL-PRINĊIPJU, JIKKORRISPONDU GĦAL DAWK MITLUBA MILL-AVVIŻI TA’ KOMPETIZZJONIJIET

Ikklikkja hawn għal verżjoni li tinqara faċilment ta’ dawn l-eżempji

 

AST-SC 1 sa AST-SC 6

AST 1 sa AST 7

AST 3 sa AST 11

AD 5 sa AD 16

PAJJIŻ

Edukazzjoni sekondarja (li tagħti aċċess għall-edukazzjoni post sekondarja)

Edukazzjoni post sekondarja (kors post sekondarju iżda mhux Universitarju jew kors Universitarju qasir ta’ perjodu ta’ mill-inqas sentejn)

Edukazzjoni universitarja (mill-anqas tliet (3) snin)

Edukazzjoni universitarja (erba’ snin jew aktar)

Belgique — België — Belgien

Certificat de l’enseignement secondaire supérieur (CESS)/Diploma secundair onderwijs

Diplôme d’aptitude à accéder à l’enseignement supérieur (DAES)/

Getuigschrift van hoger secundair onderwijs

Diplôme d’enseignement professionnel

Getuigschrift van het beroepssecundair onderwijs

Candidature — Kandidaat

Graduat — Gegradueerde

Bachelor/Professioneel gerichte Bachelor

Bachelor académique (180 crédits)

Academisch gerichte Bachelor (180 ECTS)

Licence/Licentiaat

Master

Diplôme d’études approfondies (DEA)

Diplôme d’études spécialisées (DES)

Diplôme d’études supérieures spécialisées (DESS)

Gediplomeerde in de Voortgezette Studies (GVS)

Gediplomeerde in de Gespecialiseerde Studies (GGS)

Gediplomeerde in de Aanvullende Studies (GAS)

Agrégation/Aggregaat

Ingénieur industriel/Industrieel ingenieur

Doctorat/Doctoraal diploma

България

Диплома за завършено средно образование

Специалист по …

 

Диплома за висше образование

Бакалавър

Магистър

Česká republika

Vysvědčení o maturitní zkoušce

Vysvědčení o absolutoriu (Absolutorium) + diplomovaný specialista (DiS.)

Diplom o ukončení

bakalářského studia (Bakalář)

Diplom o ukončení vysokoškolského studia

Magistr

Doktor

Danmark

Bevis for:

Studentereksamen

Højere Forberedelseseksamen (HF)

Højere Handelseksamen (HHX)

Højere Afgangseksamen (HA)

Bac pro: Bevis for Højere Teknisk Eksamen (HTX)

Videregående uddannelser

= Bevis for = Eksamensbevis som (erhversakademiuddannelse AK)

Bachelorgrad (BA or BS)

Professionsbachelorgrad

Diplomingeniør

Kandidatgrad/Candidatus

Master/Magistergrad (mag.art)

Licenciatgrad

ph.d.-grad

Deutschland

Abitur/Zeugnis der allgemeinen Hochschulreife

Fachabitur/Zeugnis der Fachhochschulreife

 

Fachhochschulabschluss

Bachelor

Hochschulabschluss/ Fachhochschulabschluss/ Master

Magister Artium/Magistra Artium

Staatsexamen/Diplom

Erstes Juristisches Staatsexamen

Doktorgrad

Eesti

Gümnaasiumi lõputunnistus + riigieksamitunnistus

Lõputunnistus kutsekeskhariduse omandamise kohta

Tunnistus keskhariduse baasil kutsekeskhariduse omandamise kohta

Bakalaureusekraad (min 120 ainepunkti)

Bakalaureusekraad (< 160 ainepunkti)

Rakenduskõrghariduse diplom

Bakalaureusekraad (160 ainepunkti)

Magistrikraad

Arstikraad

Hambaarstikraad

Loomaarstikraad

Filosoofiadoktor

Doktorikraad (120–160 ainepunkti)

Éire/Ireland

Ardteistiméireacht, Grád D3, i 5 ábhar

Leaving Certificate Grade D3 in 5 subjects

Gairmchlár na hArdteistiméireachta (GCAT)

Leaving Certificate Vocational Programme (LCVP)

Teastas Náisiúnta

National Certificate

Gnáthchéim bhaitsiléara

Ordinary bachelor degree

Dioplóma náisiúnta (ND, Dip.)

National diploma (ND, Dip.)

Ardteastas (120 ECTS)

Higher Certificate (120 ECTS)

Céim onóracha bhaitsiléara (3 bliana/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng)

Honours bachelor degree (3 years/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng)

Céim onóracha bhaitsiléara (4 bliana/240 ECTS)

Honours bachelor degree (4 years/240 ECTS)

Céim ollscoile

University degree

Céim mháistir (60-120 ECTS)

Master’s degree (60-120 ECTS)

Dochtúireacht

Doctorate

Ελλάδα

Απολυτήριο Γενικού Λυκείου Απολυτήριο Κλασικού Λυκείου

Απολυτήριο Τεχνικού Επαγγελματικού Λυκείου

Απολυτήριο Ενιαίου Πολυκλαδικού Λυκείου

Απολυτήριο Ενιαίου Λυκείου

Απολυτήριο Τεχνολογικού Επαγγελματικού Εκπαιδευτηρίου

Δίπλωμα επαγγελματικής κατάρτισης (IΕΚ)

 

Πτυχίο ΑΕI (πανεπιστημίου,

πολυτεχνείου, ΤΕI)

Μεταπτυχιακό Δίπλωμα Ειδίκευσης

(2ος κύκλος)

Διδακτορικό Δίπλωμα (3ος κύκλος)

España

Bachillerato + Curso de Orientación Universitaria (COU)

Bachillerato

BUP

Diploma de Técnico especialista

FP grado superior (Técnico superior)

Diplomado/ Ingeniero técnico

Licenciatura

Máster

Ingeniero

Título de Doctor

France

Baccalauréat

Diplôme d’accès aux études universitaires (DAEU)

Brevet de technicien

Diplôme d’études universitaires générales (DEUG)

Brevet de technicien supérieur (BTS)

Diplôme universitaire de technologie (DUT)

Diplôme d’études universitaires scientifiques et techniques (DEUST)

Licence

Maîtrise

Maîtrise des sciences et techniques (MST), maîtrise des sciences de gestion (MSG), diplôme d’études supérieures techniques (DEST), diplôme de recherche technologique (DRT),

diplôme d’études supérieures

spécialisées (DESS), diplôme

d’études approfondies (DEA),

master 1, master 2 professionnel,

master 2 recherche

Diplôme des grandes écoles

Diplôme d’ingénieur

Doctorat

Italia

Diploma di maturità (vecchio ordinamento)

Perito ragioniere

Diploma di superamento dell’esame di Stato conclusivo dei corsi di studio di istruzione secondaria superiore

Diploma universitario (DU)

Certificato di specializzazione tecnica superiore/

Attestato di competenza (4 semestri)

Diploma di laurea – L (breve)

Diploma di laurea (DL)

Laurea specialistica (LS)

Master di I livello

Dottorato di ricerca (DR)

Κύπρος

Απολυτήριο

Δίπλωμα = Programmes offered by Public/Private Schools of Higher Education (for the latter accreditation is compulsory)

Higher Diploma

 

Πανεπιστημιακό Πτυχίο/Bachelor

Master

Doctorat

Latvija

Atestāts par vispārējo vidējo izglītību

Diploms par profesionālo vidējo izglītību

Diploms par pirmā līmeņa profesionālo augstāko izglītību

Bakalaura diploms (min. 120 kredītpunktu)

Bakalaura diploms (160 kredītpunktu)

Profesionālā bakalaura diploms

Maģistra diploms

Profesionālā maģistra diploms

Doktora grāds

Lietuva

Brandos atestatas

Aukštojo mokslo diplomas

Aukštesniojo mokslo diplomas

Profesinio bakalauro diplomas

Aukštojo mokslo diplomas

Aukštojo mokslo diplomas

Bakalauro diplomas

Magistro diplomas

Daktaro diplomas

Meno licenciato diplomas

Luxembourg

Diplôme de fin d’études secondaires et techniques

BTS

Brevet de maîtrise

Brevet de technicien supérieur

Diplôme de premier cycle universitaire (DPCU)

Diplôme universitaire de technologie (DUT)

Bachelor

Diplôme d’ingénieur technicien

Master

Diplôme d’ingénieur industriel

DESS en droit européen

Magyarország

Gimnáziumi érettségi bizonyítvány

Szakközépiskolai érettségi – képesítő bizonyítvány

Felsőfokú szakképesítést

igazoló bizonyítvány (Higher

Vocational Programme)

Főiskolai oklevél

Alapfokozat (Bachelor degree 180 credits)

Egyetemi oklevél

Alapfokozat (Bachelor degree 240 credits)

Mesterfokozat (Master degree)

(Osztatlan mesterképzés)

Doktori fokozat

Malta

Advanced Matriculation or GCE Advanced level in 3 subjects (2 of them grade C or higher)

Matriculation certificate (2 subjects at Advanced level and 4 at Intermediate level including Systems of Knowledge with overall grade A-C) + Passes in the Secondary Education Certificate examination at Grade 5

2 A Levels (passes A-C) + a number of subjects at Ordinary level, or equivalent

MCAST diplomas/certificates

Higher National Diploma

Bachelor’s degree

Bachelor’s degree

Master of Arts

Doctorate

Nederland

Diploma VWO

Diploma staatsexamen (2 diploma’s)

Diploma staatsexamen voorbereidend wetenschappelijk onderwijs

(Diploma staatsexamen VWO)

Diploma staatsexamen hoger algemeen voortgezet onderwijs (Diploma staatsexamen HAVO)

Kandidaatsexamen

Associate degree (AD)

Bachelor (WO)

HBO bachelor degree

Baccalaureus of “Ingenieur”

HBO/WO Master’s degree

Doctoraal examen/Doctoraat

Österreich

Matura/Reifeprüfung

Reife- und Diplomprüfung

Berufsreifeprüfung

Kollegdiplom/ Akademiediplom

Fachhochschuldiplom/Bakkalaureus/Bakkalaurea

Universitätsdiplom/ Fachhochschuldiplom/

Magister/Magistra

Master

Diplomprüfung, Diplom-Ingenieur

Magisterprüfungszeugnis Rigorosenzeugnis

Doktortitel

Polska

Świadectwo dojrzałości

Świadectwo ukończenia liceum ogólnokształcącego

Dyplom ukończenia kolegium nauczycielskiego

Świadectwo ukończenia szkoły policealnej

Licencjat/Inżynier

Magister/Magister inżynier

Dyplom doktora

Portugal

Diploma de Ensino Secundário/

Certificado de Habilitações do Ensino Secundário

 

Bacharel Licenciado

Licenciado

Mestre

Doutorado

Republika Hrvatska

Svjedodžba o državnoj maturi

Svjedodžba o završnom ispitu

Stručni pristupnik/pristupnica

Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica)

Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica)

Stručni specijalist

Magistar struke

Magistar inženjer/magistrica inženjerka (mag. ing)

Doktor struke

Doktor umjetnosti

România

Diplomă de bacalaureat

Diplomă de absolvire

(Colegiu universitar)

învățământ preuniversitar

Diplomă de licenţă

Diplomă de licenţă

Diplomă de inginer

Diplomă de urbanist

Diplomă de master

Certificat de atestare (studii academice

postuniversitare)

Diplomă de doctor

Slovenija

Maturitetno spričevalo

(spričevalo o poklicni maturi)

(spričevalo o zaključnem izpitu)

Diploma višje strokovne šole

Diploma o pridobljeni visoki strokovni izobrazbi

Univerzitetna diploma/magisterij/specializacija/doktorat

Slovensko

Vysvedčenie o maturitnej skúške

Absolventský diplom

Diplom o ukončení bakalárskeho štúdia (Bakalár)

Diplom o ukončení vysokoškolského štúdia

Bakalár (Bc.)

Magister

Magister/Inžinier

ArtD.

Suomi/Finland

Ylioppilastutkinto tai peruskoulu + kolmen vuoden ammatillinen koulutus – Studentexamen eller grundskola + treårig yrkesinriktad utbildning

(Betyg över avlagd yrkesexamen på andra stadiet)

Todistus yhdistelmäopinnoista

(Betyg över kombinationsstudier)

Ammatillinen opistoasteen tutkinto – Yrkesexamen på institutnivå

Kandidaatin tutkinto – Kandidatexamen/ Ammattikorkeakoulututkinto –

Yrkeshögskoleexamen (min. 120 opintoviikkoa – studieveckor)

Maisterin tutkinto – Magisterexamen/

Ammattikorkeakoulututkinto –

Yrkeshögskoleexamen (min. 160 opintoviikkoa – studieveckor)

Tohtorin tutkinto (Doktorsexamen) joko 4 vuotta tai 2 vuotta lisensiaatin tutkinnon jälkeen – antingen 4 år eller 2 år efter licentiatexamen

Lisensiaatti/Licentiat

Sverige

Slutbetyg från gymnasieskolan

(3-årig gymnasial utbildning)

Högskoleexamen (80 poäng)

Högskoleexamen, 2 år, 120 högskolepoäng

Yrkeshögskoleexamen/

Kvalificerad yrkeshögskoleexamen, 1–3 år

Kandidatexamen (akademisk examen omfattande minst 120 poäng, varav 60 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 10 poäng)

Meriter på grundnivå:

Kandidatexamen, 3 år, 180 högskolepoäng (Bachelor)

Magisterexamen (akademisk examen omfattande minst 160 poäng, varav 80 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 20 poäng eller två uppsatser motsvarande 10 poäng vardera)

Licentiatexamen

Doktorsexamen

Meriter på avancerad nivå:

Magisterexamen, 1 år, 60 högskolepoäng

Masterexamen, 2 år, 120 högskolepoäng

Meriter på forskarnivå:

Licentiatexamen, 2 år, 120 högskolepoäng

Doktorsexamen, 4 år, 240 högskolepoäng

United Kingdom

General Certificate of Education Advanced level — 2 passes or equivalent (grades A to E)

BTEC National Diploma

General National Vocational Qualification (GNVQ), advanced level

Advanced Vocational Certificate of Education, A level (VCE A level)

Higher National Diploma/Certificate (BTEC)/SCOTVEC

Diploma of Higher Education (DipHE)

National Vocational Qualifications (NVQ)

Scottish Vocational Qualifications (SVQ) level 4

(Honours) Bachelor degree

NB: Master’s degree in Scotland

Honours Bachelor degree

Master’s degree (MA, MB, MEng, MPhil, MSc)

Doctorate

Tmiem tal-ANNESS III, ikklikkja hawn biex tmur lura għat-test prinċipali