|
19.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 351/21 |
Rettifika tas-sejħa għall-proposti skont il-programm ta’ ħidma pluriennali għal għajnuna finanzjarja fil-qasam tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (Connecting Europe Facility/CEF) — Is-settur tat-trasport għall-perjodu 2014–2020 (Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2017) 5437 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2014) 1921)
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 334 tas-6 ta’ Ottubru 2017 )
(2017/C 351/08)
Id-Direttorat Ġenerali għall-Mobilità u t-Trasport tal-Kummissjoni Ewropea qiegħed iħabbar rettifika tas-sejħa għall-proposti biex jingħataw għotjiet skont il-prijoritajiet u l-objettivi ddefiniti fil-programm ta’ ħidma pluriennali għal għajnuna finanzjarja fil-qasam tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) — is-Settur tat-Trasport (il-Pakkett Ġenerali), kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali (2017/C 334/02).
Din is-sejħa għall-proposti tindirizza l-prijorità “Ajru Uniku Ewropew — SESAR”.
Ir-rettifika tas-sejħa għall-proposti tinsab fuq is-sit web:
https://ec.europa.eu/inea/en/connecting-europe-facility/cef-transport/apply-funding/2017-cef-transport-sesar-call-proposals