|
18.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 350/34 |
SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET GĦAL KAPITALI EWROPEA TAL-KULTURA — EAC/A01/2017
(2017/C 350/08)
|
1. |
Skont id-Deċiżjoni 445/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) kif emendata bid-Deċiżjoni (UE) 2017/1545 (2), id-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ u l-Kultura tal-Kummissjoni qiegħed joħroġ sejħa għat-tressiq ta’ applikazzjonijiet għall-Azzjoni tal-Unjoni “Kapitali Ewropea tal-Kultura” għas-sena 2024, għal bliet f’pajjiżi tal-EFTA/ŻEE, f’pajjiżi kandidati jew f’pajjiżi potenzjalment kandidati, u li jieħdu sehem fil-Programm Ewropa Kreattiva fid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ din is-sejħa. |
|
2. |
L-għan ta’ din is-sejħa huwa li twassal għall-ħatra ta’ waħda minn dawn il-bliet bħala l-Kapitali Ewropea tal-Kultura tal-2024. |
|
3. |
L-għanijiet tal-azzjoni tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura huma li tissalvagwardja u tippromwovi d-diversità tal-kulturi fl-Ewropa filwaqt li tissottolinja l-karatteristiċi komuni tagħhom, kif ukoll li jiżdied is-sens ta’ appartenenza taċ-ċittadini għal żona kulturali komuni, u li titrawwem il-kontribuzzjoni tal-kultura għall-iżvilupp fit-tul tal-bliet. Il-belt li tinħatar Kapitali Ewropea tal-Kultura għandha tagħmel ħilitha biex ittella’ attivitajiet li jsaħħu l-firxa, id-diversità u d-dimensjoni Ewropea tal-offerta kulturali tagħha; biex twessa’ l-aċċess għall-kultura u l-parteċipazzjoni fiha; biex issaħħaħ il-kapaċità tas-settur kulturali tagħha u r-rabtiet ma’ setturi oħra, u biex tkabbar il-profil internazzjonali tagħha permezz tal-kultura. |
|
4. |
Għal tagħrif iddettaljat, il-kundizzjonijiet ta’ finanzjament u l-formola ta’ applikazzjoni, it-test sħiħ tas-sejħa jinsab fuq il-paġna: https://ec.europa.eu/programmes/creative-europe/calls/2017-eac-a01_en It-test sħiħ jagħti ħarsa lejn il-kriterji tal-eliġibbiltà, il-kriterji għall-esklużjoni u l-kriterji għall-għoti li se jiġu applikati fl-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet, u fih ukoll tagħrif dwar il-proċedura tal-għażla. L-applikazzjonijiet għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti kollha stipulati fit-test sħiħ tas-sejħa. |
|
5. |
L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu lill-indirizz mogħti fit-test sħiħ tas-sejħa, sa mhux aktar tard mill-10 ta’ Ottubru 2018. |
(2) ĠU L 237, 15.9.2017, p. 1.