|
30.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 329/10 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(2017/C 329/07)
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni, kemm-il darba jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, waħda minnhom li jintużaw denominazzjonijiet taż-2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Il-pajjiż tal-ħruġ : Il-Belġju
Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : Il-200 anniversarju tal-Università ta’ Ghent
Deskrizzjoni tad-disinn : Il-parti ta’ ġewwa tal-munita tirrappreżenta l-logo tal-Università ta’ Ghent, bid-dati 1817 - 2017 taħt, imdawwrabl-iskrizzjoni 200 JAAR UNIVERSITEIT GENT – 200 YEARS GHENT UNIVERSITY u l-indikazzjoni tal-pajjiż BE. Il-marka taz-zekka ta’ Brussell, ir-ras tal-Arkanġlu Mikiel bl-elmu u l-marka taz-zekka tad-diretturi taz-zekka, l-arma tal-muniċipalità ta’ Herzele, jinsabu rispettivament fuq il-lemin u x-xellug tal-indikazzjoni tal-pajjiż.
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
L-għadd ta’ muniti li se jinħarġu : 200 000 munita
Data tal-ħruġ : Settembru 2017
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).