29.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/59


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8500 — Central/SIGNA Prime/JVCo)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 205/10)

1.

Fl-20 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Harng Central Department Store Ltd (“Central”, it-Tajlandja) u Berlin, Tauentzienstraße 21–24 Beteiligung A Sàrl, sussidjarja ta’ SIGNA Prim Selection AG (“SIGNA”, l-Awstrija) jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Berlin, Passauer Straße 1–3 Immobilien GmbH & Co. KG (“JVCo”, il-Ġermanja), permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Central: kumpanija azzjonarja proprjetà tal-familja li hija attiva permezz tas-sussidjarji f’attivitajiet ta’ merchandising, proprjetà immobbli, bejgħ bl-imnut, lukandi u ristoranti primarjament fl-Asja tax-Xlokk, inklużi t-Tajlandja, l-Indoneżja u l-Vjetnam,

—   għal SIGNA: involuta f’attivitajiet marbuta mal-proprjetà immobbli, jiġifieri x-xiri, il-kiri, il-kiri u l-ġestjoni ta’ art u ta’ bini kif ukoll l-iżvilupp tal-proġetti. Il-grupp assoċjat taħt il-kontroll ta’ SIGNA Retail GmbH huwa attiv fil-bejgħ bl-imnut u jħaddem, b’mod partikolari, il-katina ta’ kumplessi kummerċjali Karstad,

—   għal JVCo: is-sid ta’ biċċa art f’Berlin li bħalissa hija okkupata minn parkeġġ tal-karozzi b’ħafna sulari.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8500 — Central/SIGNA Prime/JVCo, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.