|
23.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 200/27 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8484 — Gasunie/Vopak/Oiltanking/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 200/10)
|
1. |
Fl-14 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Gasunie LNG Holding B.V, kumpanija sussidjarja ta’ N.V. Nederlandse Gasunie (“Gasunie”, in-Netherlands); Vopak LNG Holding B.V., sussidjarja ta’ Koninlijke Vopak N.V. (“Vopak”, in-Netherlands); u Oiltanking GmbH (“Oiltanking”, il-Ġermanja), sussidjarja ta’ Marquard & Bahls AG (“M&B”) jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ kumpanija ġdida li tikkostitwixxi f’intrapriża konġunta (joint venture, JV) permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — Gasunie: Kumpanija Ewropea tal-infrastruttura tal-gass li hija proprjetarja u li tħaddem l-operatur Olandiż tas-sistema tat-trasmissjoni u terminal tal-gass naturali likwifikat (liquefied natural gas, “LNG”) fin-Netherlands; — Vopak: fornitur indipendenti ta’ tankijiet tal-ħażna, li jħaddem żewġ terminals tal-importazzjoni tal-LNG fin-Netherlands u fil-Messiku; — Oiltanking: fornitur indipendenti ta’ servizzi ta’ ħażna għal prodotti petroliferi, gassijiet kimiċi u prodotti dry bulk. Il-bqija, M&B mhijiex attiva fis-swieq relatati mal-LNG; — il-Joint Venture: hija l-proprjetarja u topera terminal tal-LNG fit-Tramuntana tal-Ġermanja. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.8484 — Gasunie/Vopak/Oiltanking/JV, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.