|
8.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 180/38 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8382 — VINCI/DUFRY/LFP)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 180/09)
|
1. |
Fit-30 ta’ Mejju 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi VINCI Airports International, S.A., (“VINCI Airports International”, il-Belġju), kumpanija sussidjarja li tappartjeni totalment lil VINCI GROUP, u DUFRY AG (“DUFRY”, l-Isvizzera), jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża LFP — Lojas Francas de Portugal, S.A. (“LFP”, il-Portugall) permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal VINCI: konċessjonijiet i infrastrutturi (awtostradi prinċipalment fi Franza u ajruporti fi Franza, il-Portugall, il-Kambodja, il-Ġappun, ir-Repubblika Dominikana u ċ-Ċilì), bini, xogħlijiet pubbliċi u xogħlijiet ta’ inġinerija ċivili, xogħlijiet fit-toroq, l-enerġija u servizzi tat-teknoloġija tal-informazzjoni (inġinerija elettrika, inġinerija klimatika u inġinerija mekkanika, ġestjoni tal-faċilitajiet u s-servizzi tal-IT); — għal DUFRY: Operazzjoni ta’ postijiet ta’ bejgħ bl-imnut f’ajruporti u f’ċentri tat-trasport oħra fl-Amerika ta’ Fuq, l-Amerika ta’ Isfel, l-Ewropa, l-Asja / il-Paċifiku, il-Lvant Nofsani u l-Afrika; — għal LFP: industrija ta’ bejgħ bl-imnut tal-vjaġġi fil-Portugall. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8382 — VINCI/DUFRY/LFP, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).