25.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/8


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8497 — Sibur/TechnipFMC/Linde)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 167/07)

1.

Fid-19 ta’ Mejju 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Research and Design Institute on Gas Processing Joint Stock Company (“NIPIgaspererabotka”, ir-Russja), TechnipFMC plc (“TechnipFMC”, ir-Renju Unit) u Linde AG, Engineering Division (“Linde”, il-Ġermanja) jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ kumpanija ġdida li tikkostitwixxi f’impriża konġunta (joint venture, JV).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

NIPIgaspererabotka, ikkontrollata mill-grupp SIBUR, hija kumpanija privata li tipprovdi firxa wiesgħa ta’ servizzi għall-katina taż-żejt u l-gass, petrokimiċi u industriji oħra fis-suq Russu.

TechnipFMC hija attur dinji fi proġetti, teknoloġiji, sistemi u servizzi taż-żejt u tal-gass fi tliet segmenti distinti: għal taħt il-baħar, fuq l-art/fil-baħar, u l-proġetti fuq l-art.

Linde hija kumpanija dinjija tal-gass industrijali u tal-inġinerija attiva fil-gassijiet industrijali, fil-gassijiet mediċi, fit-tagħmir, fis-setturi tal-inġinerija u tas-servizzi.

Il-JV se tkun attiva fil-provvista ta’ Inġinerija u Disinn mill-bidu sal-aħħar, ta’ Dokumentazzjoni tal-Proġetti u tal-estimi CAPEX, flimkien ma’ inġinerija u servizzi għall-Akkwist, il-Kostruzzjoni, l-Istallazzjoni u l-Ikkummissjonar ta’ impjanti ta’ Gass Naturali Likwidu fuq strutturi fuq bażi tal-konkos. L-attivitajiet ser ikunu limitati lejn ir-Russja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8497 — Sibur/TechnipFMC/Linde, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.