7.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/6


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8465 — Vivendi/Telecom Italia)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 109/06)

1.

Fil-31 ta’ Marzu 2017, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Vivendi SA (“Vivendi”, Franza) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ ta’ Telecom Italia SpA (“Telecom Italia”, l-Italja).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Vivendi: attiva fil-mużika, it-televiżjoni, iċ-ċinema, in-negozju tat-tqassim ta’ materjal viżiv u ta’ logħob tal-vidjo,

—   għal Telecom Italia: il-forniment ta’ (i) servizzi ta’ vuċi u ta’ data permezz ta’ teknoloġiji tal-mobajl u fissi; (ii) servizzi ta’ kontenut diġitali; u (iii) servizzi tal-IT lil impriżi fl-Italja

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) jew bl-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bir-referenza M.8465 — Vivendi/Telecom Italia, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).