6.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/19


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8391 — Toyota Industries Europe/Vive)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 108/17)

1.

Fid-29 ta’ Marzu 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Toyota Industries Europe AB, sussidjarja li proprjetà kollha kemm hi ta’ Toyota Industries Corporation (“TICO”, il-Ġappun) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ Vive B.V. kollha kemm hi (“Vive”, il-Pajjiżi l-Baxxi) permezz ta’ xiri ta’ ishma. Vive hija azzjonarja ta’ Vanderlande Industries Holding B.V. (“Vanderlande”).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal TICO: il-manifattura u l-bejgħ ta’ karozzi, magni, kumpressuri għall-air-conditioners tal-karozzi, partijiet tal-funderija, kompenenti eletroniċi, tagħmir li jġorru l-materjal, servizzi ta’ loġistika u makkinarju tat-tessuti,

—   għal Vive/Vanderlande: id-disinn, il-manfattura, il-bejgħ u l-integrazzjoni ta’ tagħmir għall-kontroll tal-proċess industrijali u tagħmir tal-awtomazzjoni għall-ajruporti, il-ħżin u l-ġestjoni tal-pakki.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8391 — Toyota Industries Europe/Vive, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.