5.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/3


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8385 — Pillarstone/Famar)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 107/03)

1.

Fis-27 ta’ Marzu 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Pillarstone Europe LLP (“Pillarstone”, ir-Renju Unit) ikkontrollata indirettament minn KKR & Co L.P. (“KKR”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ Famar SA (“Famar”, il-Lussemburgu) permezz ta’ kuntratt ta’ ġestjoni.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Pillarstone hija pjattafoma stabbilita fl-2015 minn KKR Credit biex tissieħeb ma’ banek Ewropej fil-ġestjoni ta’ assi mhux ċentrali u bi prestazzjoni baxxa. Il-pjattaforma tipprovdi kapital fuq medda twila ta’ żmien u esperti operazzjonali lin-negozji li jagtu spinta lis-self li mhux qed jipprestita u espożizzjonijiet mhux ċentrali.

Famar hija kumpanija azzjonarja ta’ grupp internazzjonali ta’ kumpaniji attivi fis-swieq tal-manifattura tal-farmaċewtiċi b’kuntratt.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8385 — Pillarstone/Famar, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).