28.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 96/5


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8430 — AÜW/Siemens/egrid)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 96/06)

1.

Fis-17 ta’ Mejju 2017, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Permezz tagħha: L-impriża Allgäuer Überlandwerk GmbH (“AÜW”, il-Ġermanja) u l-impriża Siemens AG (“Siemens”, il-Ġermanja) jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża egrid applications & consulting GmbH (“egrid”, il-Ġermanja) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Siemens: impriża globali, f’għadd ta’ oqsma, b’mod partikolari fl-oqsma tad-diġitalizzazzjoni, l-awtomatizzazzjoni u l-elettrifikazzjoni;

—   AÜW: fornitur lokali għall-enerġija u amministratur ta’ netwerk ta’ distribuzzjoni f’Allgäu (il-Ġermanja);

—   egrid: tipprovdi servizzi ta’ pariri u konsulenza fil-qasam tal-kejl, l-analiżi u l-aħjar użu ta’ netwerks ta’ distribuzzjoni.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301) jew permezz tal-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bir-referenza M.8430 — AÜW/Siemens/egrid, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.