4.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/15


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8242 — Rolls-Royce/ITP)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 69/12)

1.

Fl-24 ta’ Frar 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Rolls-Royce Holdings plc (“Rolls-Royce”, ir-Renju Unit) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll tal-impriża Industria de Turbo Propulsores SA kollha kemm hi (“ITP”, Spanja) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Rolls-Royce: l-iżvilupp u l-manifattura ta’ magni tal-ajruplani u sistemi tal-enerġija għall-ajruspazju ċivili, għall-ajruspazju tad-difiża, għall-applikazzjonijiet marittimi u tal-enerġija.

—   għal ITP: id-disinn u l-manifattura ta’ komponenti għall-magni tal-ajruplani.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8242 — Rolls-Royce/ITP, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).