|
4.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 69/13 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8341 — Lone Star Fund/Xella International)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 69/10)
|
1. |
Fit-22 ta’ Frar 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża LSF10 XL Bidco SCA (il-Lussemburgu), sussidjarja ta’ Lone Star Fund X (US), L.P. u Lone Star Fund X (Bermuda), L.P. (it-tnejn li huma fondi ta’ ekwità privata organizzati minn Lone Star) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku tal-impriża Xella International S.A. kollha kemm hi (il-Lussemburgu), il-kumpanija prinċipali ta’ Xella Group permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Lone Star: kumpanija ta’ ekwità privata li tinvesti mad-dinja kollha fi proprjetà immobbli, ekwità (inkluża l-ekwità ta’ kumpaniji operattivi), kreditu u assi finanzjarji oħra. — għal Xella Group: grupp tal-materjali tal-bini diversifikati organizzat f’(i) Building Materials; (ii) Dry Lining; u (iii) Lime. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+ 32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8341 — Lone Star Fund/Xella International, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).