4.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/10


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8258 — Advent International/Morpho)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 69/07)

1.

Fl-24 ta’ Frar 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Advent International Corporation (“Advent International” tal-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Safran Identity and Security SAS kollha kemm hi (Franza) u Morpho USA (l-Istati Uniti tal-Amerika), permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Advent International: investiment f’ekwità privata f’diversi setturi, bħas-servizzi bankarji, servizzi ta’ pagamenti, l-identità u soluzzjonijiet ta’ sigurtà. B’mod partikolari, Advent International tikkontrolla lil Oberthur Technologies SA, kumpanija li tipprovdi s-sigurtà diġitali attiva fis-setturi tal-pagament, tal-identità u tat-telekomunikazzjonijiet;

—   għal Safran Identity and Security SAS: l-identità u soluzzjonijiet ta’ sigurtà;

—   għal Morpho USA: l-identità u soluzzjonijiet ta’ sigurtà.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8258 — Advent International/Morpho, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).