11.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/11


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8390 — PSPIB/TIAA/Vantage)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 45/11)

1.

Fis-6 ta' Frar 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Public Sector Pension Investment Board (“PSPIB”, il-Kanada), u Teachers Insurance and Annuity Association of America (“TIAA”, l-Istati Uniti tal-Amerka) jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta' Vantage Data Centers Holding Company (“Vantage”, l-Istati Uniti tal-Amerka), permezz ta' xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal PSPIB: ġestjoni tal-investiment tal-pensjonijiet tal-pjanijiet tal-pensjoni tas-Servizz Pubbliku Federali Kanadiż, tal-Forzi Armati Kanadiżi, tal-Pulizija tal-Kavallerija Rjali tal-Kanada u tal-Forza ta’ Riżerva. Hua jamministra portafoll globali diversifikat inklużi stocks, bonds u titoli oħra bi dħul fiss kif ukoll investimenti f’ekwità privata, proprjetà immobbli, infrastruttura, riżorsi naturali u dejn privat.

—   għal TIAA: tipprovdi prodotti u servizzi ta' investiment lil dawk li jaħdmu fil-qasam akkademiku, dak tar-riċerka, dak mediku u dak kulturali fl-Istati Uniti tal-Amerika. Il-prodotti u s-servizzi ta' TIAA jinkludu, fost oħrajn, pjanijiet ta’ rtirar, servizzi bankarji, senserija u servizzi fiduċjarji, assikurazzjoni fuq il-ħajja u ġestjoni tal-assi tal-proprjetà immobbli.

—   għal Vantage: is-sjieda u t-tħaddim ta' ħames ċentri tad-data mikrija totalment f'żewġ campuses (i) f'Santa Clara, California u (ii) fi Quincy, Washington, l-Istati Uniti tal-Amerka, għal kapaċità totali ta' madwar 56 MW.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8390 — PSPIB/TIAA/Vantage, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.