7.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 39/1


UFFIĊĊJU KOMUNITARJU TAL-VARJETAJIET TAL-PJANTI

Sejħa għal espressjoni ta’ interess fir-rigward tal-ħatra tal-President tal-Bord tal-Appell

(COM/2017/20018)

(2017/C 039 A/01)

 

L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti qed ifittex li jaħtar il-President tal-Bord tal-Appell tiegħu.

L-applikanti jridu jkunu ċittadini ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

Il-President għandu jinħatar mill-Kunsill minn lista ta’ kandidati li għandha tiġi proposta mill-Kummissjoni wara li tkun inkisbet l-opinjoni tal-Kunsill Amministrattiv tal-Uffiċċju. Informazzjoni dwar ir-remunerazzjoni tista’ tiġi akkwistata fuq talba lis-segretarjat tal-Bord tal-Appell (Community Plant Variety Office, 3, boulevard Maréchal-Foch, BP 10121, F-49101 Angers Cedex 02). L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti u l-Kummissjoni japplikaw politika ta’ opportunitajiet ugwali.

Is-sejħa sħiħa għal espressjoni ta’ interess u l-link għall-formula tal-applikazzjoni online jinsabu f’dan l-indirizz: https://ec.europa.eu/dgs/human-resources/seniormanagementvacancies/

L-applikazzjonijiet jibqgħu jintlaqgħu sat-8 ta’ Marzu 2017 (ara d-dettalji fl-istruzzjonijiet tal-applikazzjoni).