|
27.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/22 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8315 — Siemens/Mentor Graphics)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 27/16)
|
1. |
Fit-23 ta' Jannar 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Siemens AG (“Siemens”, il-Ġermanja) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku permezz tax-xiri ta' ishma tal-impriża Mentor Graphics Corporation (“Mentor”, l-Istati Uniti tal-Amedrika). |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Siemens: korporazzjoni tal-istokks Ġermaniża mhux ikkontrollata, li hija attiva f’għadd ta’ żoni industrijali differenti, inkluż software ta' Product Lifecycle Management (PLM), — għal Mentor: kumpanija pubblika, attiva fin-negozju tal-PLM u li tipprovdi soluzzjonijiet ta’ disinn ta’ ħardwer u softwer elettroniċi, jiġifieri software, servizzi ta' konsulenza u appoġġ għal kumpaniji elettroniċi, semikondutturi u tas-sistemi. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8315 — Siemens/Mentor Graphics, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).