18.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/9


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8292 — Sumitomo Rubber Industries/Micheldever Group)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 16/07)

1.

Fil-5 ta’ Jannar 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Sumitomo Rubber Industries Limited (“Sumitomo”, il-Ġappun) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-impriża Micheldever Group Ltd kollha kemm hi (“Micheldever”, ir-Renju Unit) permezz tax-xiri tal-ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Sumitomo: il-manifattura u l-produzzjoni ta’ tajers u l-bejgħ ta’ tajers lill-OEMs u lil ħwienet li jbiegħu bl-ingrossa. Sumitomo timmanifattura wkoll ċerti prodotti għall-isports u l-industrija,

—   għal Micheldever: bejgħ bl-ingrossa u bejgħ bl-imnut tat-tajers. Micheldever toffri wkoll tiswijiet tal-karozzi u servizzi fil-livell ta' ħwienet.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8292 — Sumitomo Rubber Industries/Micheldever Group, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.