|
12.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 9/1 |
AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONIJIET MIFTUĦA
EUIPO/AD/01/17 — Amministraturi (AD 6) u
EUIPO/AST/02/17 — Assistenti (AST 3)
fil-qasam tal-proprjetà intellettwali
(2017/C 009 A/01)
Id-data tal-għeluq għar-reġistrazzjoni: l-14 ta’ Frar 2017 f’12:00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza kompetizzjonijiet miftuħa, ibbażati fuq kwalifiki u testijiet, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva li minnha l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) se jirrekluta membri ġodda tas-servizz ċivili bħala “amministraturi” u “assistenti” (gruppi ta’ funzjoni AD u AST, rispettivament) f’Alicante fi Spanja.
L-għadd mixtieq ta’ kandidati magħżula:
|
|
|
|
EUIPO/AD/01/17: |
70 |
|
EUIPO/AST/02/17: |
75 |
Dan l-avviż ta’ kompetizzjonijiet u l-annessi tiegħu jifformaw il-qafas legalment vinkolanti għal dawn il-proċeduri tal-għażla.
Ara l-ANNESS III għar-regoli ġenerali li jirregolaw il-kompetizzjonijiet ġenerali.
LIEMA KOMPITI GĦANDI NISTENNA LI NAGĦMEL?
L-uffiċjali reklutati se jieħdu sehem, jew jagħtu s-sostenn tagħhom bħala assistenti, f’attivitajiet ta’ protezzjoni tat-trademarks tal-Unjoni Ewropea (European Union trade marks, EUTM) u tad-disinni Komunitarji rreġistrati (registered Community designs, RCD). Huma jistgħu wkoll jintalbu jikkontribwixxu f’miżuri ta’ kooperazzjoni u ta’ armonizzazzjoni mal-uffiċċji nazzjonali jew reġjonali tal-proprjetà intellettwali fl-Unjoni Ewropea, jaħdmu mal-uffiċċji prinċipali tal-proprjetà intellettwali barra l-UE kif ukoll mal-awtoritajiet simili u s-sħab internazzjonali. Fl-Osservatorju Ewropew tal-Ksur tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali, stabbilit fl-EUIPO, huma jistgħu jikkontribwixxu f’kompiti intenzjonati li jiffaċilitaw u jappoġġaw l-attivitajiet immexxija mill-awtoritajiet nazzjonali, mis-settur privat u mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni involuti fil-ġlieda kontra l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.
Ara l-ANNESS I għal aktar informazzjoni dwar id-dmirijiet tipiċi li jiġu mwettqa.
JIEN ELIĠIBBLI BIEX NAPPLIKA?
Trid tissodisfa dawn il-kundizzjonijiet KOLLHA meta tivvalida l-applikazzjoni tiegħek:
|
Kundizzjonijiet ġenerali |
|
||||||
|
Kundizzjonijiet speċifiċi: lingwi |
Il-Lingwa 2 trid tkun Franċiż, Ġermaniż, Ingliż, Spanjol jew Taljan. Il-formola ta’ applikazzjoni onlajn tiegħek trid timlieha bil-Lingwa 2 tiegħek. Il-Franċiż, il-Ġermaniż, l-Ingliż, l-Ispanjol, jew it-Taljan huma l-lingwi ta’ ħidma uffiċjali tal-EUIPO. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea, kif emendat bir-Regolament (UE) 2015/2424 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2015, stabbilixxa l-EUIPO bħala aġenzija tal-Unjoni, li għandha awtonomija legali, amministrattiva u finanzjarja. Fl-Artikolu 119(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 jistipula l-arranġamenti lingwistiċi speċifiċi tal-Uffiċċju: il-lingwa tal-Uffiċċju huma l-Ingliż, il-Franċiż, l-Ġermaniż, it-Taljan, u l-Ispanjol. L-Artikli 97 u 98 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta’ Diċembru 2001 dwar id-disinji Komunitarji bl-istess mod jikkonfermaw l-użu ta’ dawn il-lingwi bħala l-lingwi ta’ proċedura fl-Uffiċċju. Il-kandidati għaldaqstant huma infurmati li l-għażliet tat-tieni lingwa f’dawn il-kompetizzjonijiet ġew meqjusa b’mod konformi ma’ dawn ir-Regolamenti u mal-interess tas-servizz li maħluq minnhom. |
||||||
|
Kundizzjonijiet speċifiċi: kwalifiki u esperjenza ta’ xogħol |
Għal EUIPO/AD/01/17 – ADMINISTRATORS (AD 6)
Għal EUIPO/AST/02/17 – ASSISTANTS (AST 3)
Ara l-ANNESS IV għal eżempji ta’ kwalifiki minimi |
KIF NINTGĦAŻEL?
1) Selezzjoni preliminari bbażata fuq il-kwalifiki:
L-ewwel, ir-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà għal kull kompetizzjoni se jiġu ċċekkjati fuq il-bażi ta’ informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni online tal-kandidati kollha.
It-tieni nett, għall-kandidati eliġibbli magħżula biss ; is-selezzjoni fuq il-bażi tal-kwalifiki ssir biss bl-użu tal-informazzjoni pprovduta mill-kandidati fit-Talent Screener tab (DE:Talentfilter/ES: Evaluador de talentos/FR: Evaluateur de talent/IT: Valutazione dei talenti) tal-formola tal-applikazzjoni. Il-bord tas-selezzjoni jassenja piż lil kull kriterju tas-selezzjoni li jirrifletti l-importanza relattiva tiegħu (minn 1 sa 3) u t-tweġibiet ta’ kull kandidat jingħataw bejn 0 u 4 punti.
Imbagħad il-bord tas-selezzjoni jimmultiplika l-punti bil-piż ta’ kull kriterju u jgħoddhom flimkien sabiex jiġu identifikati dawk li l-profil tagħhom jissodisfa l-aħjar id-dmirijiet li se jitwettqu.
Ara l-ANNESS II għal-lista ta' kriterji għal kull kompetizzjoni.
2) Ċentru ta’ Valutazzjoni
Sa massimu ta’ tliet (3) darbiet tal-għadd ta’ kandidati ammessi mfittxija għal kull kompetizzjoni jiġu mistiedna għal din il-fażi. Jekk tikseb waħda mill- ogħla marki totali fis-selezzjoni fuq il-bażi tal-kwalifiki, tkun mistieden tattendi f’ċentru ta’ valutazzjoni għal jum jew tnejn, x’aktarx fi Brussell , fejn isiru t-testijiet bil- lingwi 1 u 2 tiegħek.
Iċ-ċentru ta’ valutazzjoni jikkonsisti minn sensiela ta’ mistoqsijiet b’għażla multipla (MCQ, multiple choice question) fuq il-kompjuter u testijiet ibbażati fuq il-kompetenza kif indikat hawn taħt:
It-testijiet MCQ bil-kompjuter ikunu organizzati kif ġej:
|
Test |
Lingwa |
Mistoqsijiet |
Tul ta’ ħin |
Marka minima meħtieġa |
|
Raġunament verbali |
Lingwa 1 |
20 mistoqsijiet |
35 minuta |
10/20 |
|
Raġunament numeriku |
Lingwa 1 |
10 mistoqsijiet |
20 minuta |
Numeriku + astratt flimkien: 10/20 |
|
Raġunament astratt |
Lingwa 1 |
10 mistoqsijiet |
10 minuti |
Dawn it-testijiet huma eliminatorji u ma jgħoddux għat-testijiet l-oħrajn li jsiru fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni.
Seba’ kompetenzi ġenerali għall-kompetizzjoni AST u tmien kompetenzi ġenerali għall-kompetizzjoni AD, kif ukoll il-kompetenzi speċifiċi meħtieġa għal kull kompetizzjoni, jiġu ttestjati fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni permezz ta’ ħames (5) testijiet li jkun fil- lingwa 2 tiegħek (intervisti ġenerali u speċifiċi fuq il-bażi tal-kompetenzi, test e-tray, eżerċizzju fi grupp u test bil-miktub) kif deskritt fil-matriċi li ġejjin:
|
Kompetenzi |
It-testijiet |
|||
|
e-tray |
Eżerċizzju fi grupp |
||
|
Eżami bil-miktub |
Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali |
||
|
e-tray |
Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali |
||
|
Eżerċizzju fi grupp |
Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali |
||
|
e-tray |
Eżerċizzju fi grupp |
||
|
Eżerċizzju fi grupp |
Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali |
||
|
e-tray |
Eżerċizzju fi grupp |
||
|
Eżerċizzju fi grupp |
Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali |
||
|
Marki minimi meħtieġa għall-EUIPO/AST/02/17 |
3/10 għal kull kompetenza u 35/70 b’kollox |
|||
|
Marki minimi meħtieġa għall-EUIPO/AST/01/17 |
3/10 għal kull kompetenza u 40/80 b’kollox |
|||
|
Kompetenzi |
Test |
|
Kompetenzi f’oqsma speċifiċi |
Intervista bbażata fuq il-kompetenzi speċifiċi |
|
Marka minima meħtieġa |
50/100 |
3) Lista ta’ riżerva
Wara li jiġu ċċekkjati d-dokumenti ta’ prova tal-kandidati, il-bord tas-selezzjoni joħloq lista ta’ riserva tal-kandidati eliġibbli li kisbu l-ogħla marki globali wara ċ-ċentru ta’ valutazzjoni għal kull kompetizzjoni u għażla sakemm in-numru ta’ kandidati ammessi mixtieq jintlaħaq. L-ismijiet jiġu elenkati f’ordni alfabetiku.
FEJN U META NISTA’ NAPPLIKA?
Applika onlajn fuq is-sit tal-EPSO http://jobs.eu-careers.eu sa:
l-14 ta’ Frar 2017 f’12:00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell.
ANNESS I
KOMPITI
EUIPO/AD/01/17 – AMMINISTRATURI (AD 6)
Id-dmirijiet ewlenin involuti jistgħu jinkludu:
|
— |
l-eżaminar ta’ dokumenti relatati mal-liġi tal-proprjetà intellettwali, l-aktar il-liġi Ewropea dwar it-trademark u d-disinn, skont ir-regoli, il-proċeduri u l-istandards ta’ kwalità attwali, li jinterpretaw politiki eżistenti u japplikaw il-liġi; |
|
— |
l-abbozzar ta’ deċiżjonijiet dwar proċeduri u sustanza fl-ewwel istanza jew l-istanza ta’ appell, inklużi xogħol ta’ tħejjija bħal riċerka u analiżi tal-każistika; |
|
— |
l-analiżi, il-preparazzjoni u l-abbozzar ta’ dokumenti ta’ politika, linji gwida u testi kumplessi oħra relatati prinċipalment mal-proprjetà intellettwali; |
|
— |
l-għoti ta’ pariri fil-qasam tal-proprjetà intellettwali biex jappoġġaw l-attivitajiet ewlenin tal-EUIPO; |
|
— |
it-twettiq ta’ attivitajiet relatati mal-Osservatorju Ewropew dwar il-Ksur tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali; |
|
— |
il-ġestjoni ta’ attivitajiet ta’ kooperazzjoni u relazzjonijiet mal-partijiet interessati; |
|
— |
il-ġestjoni ta’ proġetti jew ta’ programmi fil-qasam tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali; |
|
— |
ir-rappreżentazzjoni tal-EUIPO f’tilwim dwar il-proprjetà intellettwali; |
|
— |
il-parteċipazzjoni fis-soluzzjoni tat-tilwim fil-qasam tal-proprjetà intellettwali; |
|
— |
il-ġbir, l-analiżi u t-tixrid ta’ informazzjoni u data dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. |
|
— |
il-kontribuzzjoni għall-koordinazzjoni, is-superviżjoni u l-mentoraġġ ta’ persunal; |
EUIPO/AST/02/17 – ASSISTENTI (AST 3)
Id-dmirijiet ewlenin involuti jistgħu jinkludu:
|
— |
l-eżaminar ta’ applikazzjonijiet għal trademark tal-UE: raġunijiet assoluti għal ċaħda; formalitajiet, inklużi l-klassifikazzjoni ta’ oġġetti u servizzi skont il-Klassifikazzjoni Nice; anzjanitajiet u prijoritajiet; emendi; u l-preparazzjonijiet ta’ deċiżjonijiet relatati; |
|
— |
il-ġestjoni ta’ proċeduri relatati ma’ każijiet ta’ oppożizzjoni u kanċellazzjoni: mill-ammissibbiltà sa tmiem il-fażi kontradittorja; restrizzjonijiet u rtirar; u l-preparazzjonijiet ta’ deċiżjonijiet relatati; |
|
— |
l-eżaminar tal-applikazzjonijiet tad-disinji Komunitarji: formalitajiet, inklużi l-klassifikazzjoni ta’ prodotti skont il-Klassifikazzjoni Locarno; il-prijoritajiet; l-emendi; u l-preparazzjonijiet ta’ deċiżjonijiet relatati; |
|
— |
il-ġestjoni ta’ proċeduri relatati ma’ każijiet ta’ invalidità tad-disinji; |
|
— |
l-eżaminazzjoni ta’ applikazzjonijiet u reġistrazzjonijiet internazzjonali għal trademark jew disinji; u l-preparazzjonijiet ta’ deċiżjonijiet relatati; |
|
— |
il-ġestjoni ta’ proċeduri relatati ma’ każijiet ta’ appell; |
|
— |
il-ġestjoni ta’ entrati fir-Reġistru ta’ trademark tal-UE u disinn Komunitarju, u l-preparazzjoni ta’ deċiżjonijiet relatati; |
|
— |
l-għoti ta’ appoġġ għal attivitajiet relatati mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali: loġistika, servizzi lingwistiċi inklużi l-qari tal-provi, il-pubblikazzjoni, ir-reġistrazzjoni, l-ispezzjoni ta’ dokumenti, il-manutenzjoni tal-bażijiet tad-data; it-tiftix; il-ġestjoni tal-ħlasijiet tal-miżati; |
|
— |
l-għoti ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni u konverġenza fil-qasam tal-proprjetà intellettwali; |
|
— |
l-għoti ta’ appoġġ għal attivitajiet relatati mal-Osservatorju Ewropew dwar il-Ksur ta’ Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali; |
|
— |
l-għoti ta’, kif ukoll rapportar dwar, tagħrif għall-utenti dwar tat-trademarks tal-UE u d-disinji tal-Komunità. |
Ta’ min jinnota li minħabba li żdiedet l-awtomazzjoni tal-proċeduri, kompiti amministrattivi jsiru gradwalment inqas importanti fil-proċessi kollha, filwaqt li l-ħidma fuq is-sustanza tieħu prominenza dejjem aktar.
Tmiem tal-ANNESS I, ikklikkja hawnhekk biex tmur lura għat-test prinċipali
ANNESS II
KRITERJI TA’ GĦAŻLA
Il-bord tas-selezzjoni jikkunsidra l-kriterji li ġejjin għas-selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki:
EUIPO/AD/01/17 – AMMINISTRATURI (AD 6)
|
1. |
Esperjenza professjonali fit-tfassil ta’ deċiżjonijiet fuq raġunijiet assoluti għal ċaħda ta’ trademarks, inklużi deċiżjonijiet minn korpi ta’ appell. |
|
2. |
Esperjenza professjonali fit-tfassil tad-deċiżjonijiet fuq raġunijiet assoluti għal ċaħda (oppożizzjoni) ta’ trademarks, inklużi deċiżjonijiet minn korpi ta’ appell. |
|
3. |
Esperjenza professjonali fit-tfassil ta’ deċiżjonijiet dwar il-kanċellazzjoni ta’ trademarks, inklużi deċiżjonijiet minn korpi ta’ appell. |
|
4. |
Esperjenza professjonali fit-tfassil ta’ deċiżjonijiet dwar każijiet ta’ invalidità tad-disinn, inklużi deċiżjonijiet minn korpi ta’ appell. |
|
5. |
Esperjenza professjonali fl-għoti ta’ pariri legali dwar drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u rappreżentanza tal-partijiet/il-klijenti f’tilwim dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (esklużi litigazzjoni quddiem qrati). |
|
6. |
Esperjenza professjonali f’litigazzjoni quddiem il-qrati fil-qasam tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. |
|
7. |
Esperjenza professjonali fil-ġbir, l-analiżi u t-tqassim ta’ informazzjoni u data, it-tfassil jew l-iżvilupp ta’ għodod u sistemi ta’ teknoloġija tal-informatika fil-qasam tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. |
|
8. |
Esperjenza professjonali fit-tħejjija u l-abbozzar ta’ linji gwida u dokumenti ta’ politika u/jew fil-koordinazzjoni ta’ attivitajiet bħal dawn. |
|
9. |
Esperjenza professjonali fis-soluzzjoni tat-tilwim fil-qasam tal-proprjetà intellettwali. |
|
10. |
Esperjenza professjonali fl-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-ġestjoni ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni tal-UE jew internazzjonali u/jew programmi fil-qasam tal-proprjetà intellettwali, inklużi l-infurzar u s-sensibilizzazzjoni. |
|
11. |
Esperjenza professjonali fis-superviżjoni, il-mentoraġġ u l-gwida. |
|
12. |
Esperjenza professjonali f’ambjent multikulturali jew internazzjonali. |
|
13. |
Għarfien ippruvat ta’ lingwa jew aktar mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE minbarra ż-żewġ lingwi meħtieġa għall-aċċess għall-kompetizzjoni (livell minimu meħtieġ: B2 tal-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi (http://europass.cedefop.europa.eu/mt/resources/european-language-levels-cefr). |
EUIPO/AST/02/17 – ASSISTENTI (AST 3)
|
1. |
Esperjenza professjonali fl-eżaminar ta’ applikazzjonijiet għal trademark, inkluża t-tħejjija tad-deċiżjonijiet relatati. |
|
2. |
Esperjenza professjonali fl-eżaminar ta’ applikazzjonijiet għal disinn, inkluża t-tħejjija tad-deċiżjonijiet relatati. |
|
3. |
Esperjenza professjonali fil-ġestjoni tal-oppożizzjoni u/jew kanċellazzjoni u/jew proċeduri ta’ invalidità u/jew ta’ appell, inkluża t-tħejjija tad-deċiżjonijiet relatati. |
|
4. |
Esperjenza professjonali fl-eżaminar tal-formalitajiet u l-proċeduri tal-ipproċessar fir-rigward tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali minbarra t-trademarks u d-disinji, inkluża t-tħejjija tad-deċiżjonijiet relatati. |
|
5. |
Esperjenza professjonali fil-ġestjoni ta’ entrati f’reġistru uffiċjali tal-Proprjetà Intellettwali, inkluża t-tħejjija ta’ deċiżjonijiet relatati. |
|
6. |
Esperjenza professjonali fl-appoġġ ta’ attivitajiet relatati mad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali: loġistika, servizzi lingwistiċi inklużi l-qari tal-provi, il-pubblikazzjoni, ir-reġistrazzjoni, l-ispezzjoni ta’ dokumenti, il-manutenzjoni tal-bażijiet tad-data; it-tiftix; it-trattament tal-ħlasijiet tal-miżati. |
|
7. |
Esperjenza professjonali fl-għoti ta’ appoġġ lil proġetti ta’ kooperazzjoni tal-UE jew internazzjonali u/jew programmi fil-qasam tal-proprjetà intellettwali, inklużi l-infurzar u s-sensibilizzazzjoni. |
|
8. |
Esperjenza professjonali fl-għoti ta’ għajnuna u l-ġestjoni ta’ dokumenti għal partijiet/klijenti dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. |
|
9. |
Esperjenza professjonali fl-abbozzar dwar kwistjonijiet ta’ proprjetà intellettwali (minbarra l-kompiti imsemmija fil-kriterji 1 – 5). |
|
10. |
Esperjenza professjonali fit-tweġib ta’ mistoqsijiet u l-għoti ta’ informazzjoni dwar il-proprjetà intellettwali lill-utenti/klijenti. |
|
11. |
Esperjenza professjonali f’ambjent multikulturali jew internazzjonali. |
|
12. |
Għarfien ippruvat ta’ lingwa jew aktar mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE minbarra ż-żewġ lingwi meħtieġa għall-aċċess għall-kompetizzjoni (livell minimu meħtieġ: B2 tal-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi (http://europass.cedefop.europa.eu/mt/resources/european-language-levels-cefr). |
Tmiem tal-ANNESS II, ikklikkja hawn biex tmur lura għat-test prinċipali
ANNESS III
REGOLI ĠENERALI LI JIRREGOLAW IL-KOMPETIZZJONIJIET ĠENERALI
Kull referenza, fil-qafas ta’ proċeduri ta’ selezzjoni organizzati mill-EPSO, għal persuna ta’ sess maskil għandha tkun ikkunsidrata wkoll li tikkostitwixxi referenza għal persuna ta’ sess femminil.
WERREJ
|
1. |
MIN JISTA’ JAPPLIKA? | 10 |
|
1.1. |
Kompetenzi ġenerali | 10 |
|
1.2. |
Kundizzjonijiet ġenerali | 11 |
|
1.3. |
Kundizzjonijiet speċifiċi | 11 |
|
1.4. |
Għarfien ta’ lingwi | 12 |
|
2. |
KIF TAPPLIKA? | 12 |
|
2.1. |
Agħmel it-testijiet interattivi | 12 |
|
2.2. |
Oħloq kont tal-EPSO | 12 |
|
2.3. |
Applika onlajn | 12 |
|
2.4. |
Opportunitajiet indaqs u aġġustamenti speċjali | 13 |
|
3. |
PROĊEDURA TAS-SELEZZJONI | 13 |
|
3.1. |
Il-bord tas-selezzjoni | 13 |
|
3.2. |
Mistoqsijiet b’għażla multipla (MCQ) fuq il-kompjuter u testijiet ta’ preselezzjoni | 14 |
|
3.3. |
Kontrolli tal-eliġibbiltà | 14 |
|
3.4. |
Selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki – (Talent Screener) | 15 |
|
3.5. |
Testijiet intermedji | 15 |
|
3.6. |
Fażi/ċentru ta’ Valutazzjoni | 15 |
|
3.7. |
Konferma tal-eliġibbiltà | 16 |
|
4. |
KANDIDATI LI GĦADDEW/REKLUTAĠĠ | 16 |
|
4.1. |
Lista ta’ riserva | 16 |
|
4.2. |
Passaport ta’ kompetenza | 17 |
|
5. |
KOMUNIKAZZJONI | 17 |
|
5.1. |
Komunikazzjoni mal-EPSO | 17 |
|
5.2. |
Komunikazzjoni mal-bordijiet tas-selezzjoni | 17 |
|
5.3. |
Protezzjoni tad-data | 17 |
|
5.4. |
Aċċess għall-informazzjoni | 17 |
|
5.5. |
Żvelar awtomatiku | 18 |
|
5.6. |
Informazzjoni wara talba | 18 |
|
6. |
ILMENTI | 18 |
|
6.1. |
Biex tikkuntattja lill-EPSO | 18 |
|
6.2. |
Kwistjonijiet tekniċi | 19 |
|
6.3. |
Żball fil-mistoqsijiet b’għażla multipla bbażati fuq il-kompjuter (MCQs) | 19 |
|
6.4. |
Talbiet għal reviżjoni | 19 |
|
6.5. |
Ilmenti amministrattivi | 20 |
|
6.6. |
Appelli ġudizzjarji | 20 |
|
6.7. |
Ombudsman Ewropew | 21 |
|
6.8. |
Skwalifika | 21 |
INTRODUZZJONI
L-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (UE) jirreklutaw uffiċjali permezz tal-kompetizzjonijiet ġenerali abbażi ta’ eżamijiet kompetittivi li jiżguraw it-trattament ugwali u s-selezzjoni bbażata fuq il-mertu u li l-kandidati eliġibbli kollha jingħataw l-opportunità li juru l-ħiliet tagħhom.
L-għażla tal-uffiċjali ġodda hija kondiviża bejn l-EPSO (l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal), li huwa responsabbli għall-aspetti kollha tal-organizzazzjoni ta’ kompetizzjonijiet ġenerali, u l-bordijiet tas-selezzjoni, li jistabbilixxu u japprovaw it-testijiet, u jivvalutaw il-kandidati. Il-prinċipju ġenerali li fuqu hija bbażata din is-sistema huwa li d-deċiżjonijiet ta’ selezzjoni għandhom jittieħdu b’mod indipendenti, ħielsa minn kull forma ta’ influwenza mhux xierqa.
1. MIN JISTA’ JAPPLIKA?
1.1. Kompetenzi ġenerali
L-istituzzjonijiet tal-UE jfittxu kandidati b’talenti, motivati u kkwalifikati ħafna fil-qasam tagħhom, u li jistgħu juru li għandhom dawn il-kompetenzi ġenerali li ġejjin:
|
— |
analiżi u soluzzjoni tal-problemi: jidentifikaw il-fatti kritiċi fi kwistjonijiet kumplessi u jiżviluppaw soluzzjonijiet kreattivi u prattiċi; |
|
— |
komunikazzjoni: jikkomunikaw b’mod ċar u preċiż, kemm verbalment kif ukoll bil-miktub; |
|
— |
kwalità u riżultati: jieħdu r-responsabbiltà personali u juru inizjattiva sabiex jipprovdu xogħol ta’ kwalità għolja fi proċeduri stabbiliti; |
|
— |
tagħlim u żvilupp: jiżviluppaw u jtejbu l-kompetenzi personali tagħhom u l-għarfien tagħhom tal-organizzazzjoni u l-ambjent tagħha; |
|
— |
prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni: jipprijoritizzaw il-kompiti l-aktar importanti, jaħdmu b’mod flessibbli u jorganizzaw b’mod effiċjenti x-xogħol tagħhom; |
|
— |
reżiljenza: jibqgħu effettivi f’każ ta’ pressjoni għolja ta’ xogħol, jegħlbu d-diffikultajiet marbutin mal-organizzazzjoni b’mod pożittiv u jadattaw ruħhom għal ambjent tax-xogħol li jinbidel; |
|
— |
ħidma ma’ oħrajn: jaħdmu b’kooperazzjoni mal-oħrajn f’timijiet u lil hinn mill-fruntieri tal-organizzazzjoni u jirrispettaw id-differenzi bejn il-persuni; kif ukoll |
|
— |
tmexxija (għall-amministraturi biss): imexxu, jiżviluppaw u jimmotivaw lin-nies biex jiksbu r-riżultati. |
1.2. Kundizzjonijiet ġenerali
Dawn il-kundizzjonijiet ġenerali tal-eliġibbiltà huma komuni għall-kompetizzjonijiet ġenerali kollha, sakemm ma jkunux imsemmija eżenzjonijiet speċifiċi fl-avviż tal-kompetizzjoni, pereżempju għall-pajjiżi li jidħlu fl-UE; il-kandidati għandhom:
|
— |
ikunu jgawdu mid-drittijiet kollha tagħhom bħala ċittadin ta’ Stat Membru tal-UE; |
|
— |
ikunu jissodisfaw kull obbligu impost mil-liġijiet dwar is-servizz militari; kif ukoll |
|
— |
jissodisfaw ir-rekwiżiti dwar il-karattru meħtieġa għall-qadi tad-dmirijiet rilevanti. |
L-uniku limitu tal-età biex tapplika għal kompetizzjoni ġenerali hija l-età tal-irtirar għall-uffiċjali tal-UE stabbilita mir-Regolamenti tal-Persunal (ara s-sit web tal-EPSO: www.eu-careers.eu).
Ikollok tipprovdi dokument uffiċjali li juri ċ-ċittadinanza tiegħek, pereżempju passport jew karta tal-identità, li jrid ikun validu fid-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet. B’mod ġenerali, huma meħtieġa dokumenti ta’ sostenn fir-rigward taż-żewġ punti l-oħra ta’ hawn fuq biss fl-istadju tar-reklutaġġ.
1.3. Kundizzjonijiet speċifiċi
Il-kundizzjonijiet speċifiċi dwar il-kwalifiki u l-esperjenza professjonali jvarjaw skont il-profil meħtieġ u huma stabbiliti fl-avviż tal-kompetizzjoni. Fl-applikazzjoni tiegħek, għandek tinkludi kemm jista’ jkun informazzjoni dwar il-kwalifiki u l-esperjenza professjonali tiegħek (fejn meħtieġ), sabiex il-bord tas-selezzjoni jkun jista’ jevalwa r-rilevanza tagħhom għad-dmirijiet speċifiċi.
|
(a) |
Diplomi u/jew ċertifikati: Diplomi maħruġa f’pajjiżi li mhumiex fl-UE għandhom ikunu rikonoxxuti minn korp uffiċjali ta’ Stat Membru tal-UE, pereżempju l-Ministeru tal-Edukazzjoni ta’ pajjiżek. Se jsiru konċessjonijiet għad-differenzi bejn is-sistemi edukattivi. Għall-edukazzjoni postsekondarja u taħriġ tekniku, professjonali jew speċjalizzat, indika s-suġġetti koperti, it-tul ta’ żmien u jekk dan kienx kors full-time, kors part-time jew kors ta’ filgħaxija. |
|
(b) |
L-esperjenza professjonali (jekk meħtieġa), titqies biss jekk tkun rilevanti għall-funzjonijiet meħtieġa u:
|
Il-perjodi kollha ta’ attività professjonali għandhom ikunu koperti minn oriġinali jew fotokopji ċċertifikati ta’:
|
— |
referenzi minn impjegatur(i) fil-passat kif ukoll mill-impjegatur(i) attwali li jiddikjaraw in-natura u l-livell tad-dmirijiet imwettqa, id-dati tal-bidu u tat-tmiem, it-timbru uffiċjali tal-kumpanija u l-isem u l-firma tal-persuna responsabbli; jew |
|
— |
(jekk ma tistax tehmeż referenzi) il-kuntratt(i) tax-xogħol flimkien mal-ewwel u l-aħħar irċevuta tal-paga, b’deskrizzjoni dettaljata tad-dmirijiet imwettqa; |
|
— |
(għal xogħol mingħajr paga fissa pereżempju impjieg għal rasek jew professjonijiet liberali) fatturi jew formoli ta’ ordnijiet li jiddeskrivu x-xogħol imwettaq jew kull dokument uffiċjali ta’ prova ieħor rilevanti; |
|
— |
(għall-interpreti ta’ konferenzi, fejn l-esperjenza professjonali hija meħtieġa) dokumenti li juru l-għadd ta’ jiem, u l-lingwi interpretati minn u lejn, relatati speċifikament mal-interpretazzjoni ta’ konferenzi. |
1.4. Għarfien ta’ lingwi
F’konformità mar-Regolamenti tal-Persunal, ikollok bżonn tal-anqas għarfien profond (livell C1 tal-QKERL (1)) ta’ lingwa uffiċjali waħda tal-UE u għarfien sodisfaċenti (livell B2 tal-QKERL) ta’ lingwa oħra.
Il-ħtiġijiet lingwistiċi speċifiċi jvarjaw skont il-profil u se jiġu deskritti fl-avviż ta’ kompetizzjoni. Fil-każ ta’ profili lingwistiċi b’mod partikolari, l-għarfien ta’ lingwi addizzjonali jista’ jkun meħtieġ.
B’mod ġenerali, ma huma meħtieġa l-ebda dokumenti ta’ prova sabiex tipprova l-għarfien tiegħek tal-lingwi, minbarra għal ċerti kompetizzjonijiet għal lingwisti (ara t-Taqsima 1.3) jew speċjalisti.
2. KIF TAPPLIKA?
2.1. Agħmel it-testijiet interattivi
Skont il-kompetizzjoni li tapplika għaliha, tista’ tintalab li tagħmel kwestjonarju interattiv ta’ awto-selezzjoni jew test/ijiet ta’ awto-valutazzjoni. Dawn għandhom jagħtuk idea tal-livell meħtieġ biex tgħaddi mill-eżamijiet ta’ pre-selezzjoni kif ukoll jekk intix adattat għal karriera fl-istituzzjonijiet tal-UE.
2.2. Oħloq kont tal-EPSO
Tista’ toħloq il-kont tiegħek permezz tas-sit web tal-EPSO (www.eu-careers.eu). Dan jintuża għal:
|
— |
l-applikazzjoni u l-monitoraġġ tal-applikazzjoni(jiet) tiegħek; |
|
— |
biex tirċievi l-komunikazzjonijiet mill-EPSO; kif ukoll |
|
— |
il-ħażna tad-data personali. |
Tista’ toħloq kont tal-EPSO wieħed biss għal kull applikazzjoni. Tista’ tiġi skwalifikat f’kull fażi tal-proċedura tas-selezzjoni jekk l-EPSO jiskopri li għandek aktar minn kont wieħed (ara t-Taqsima 6.8).
2.3. Applika onlajn
Għandek tapplika permezz tas-sit web tal-EPSO fil-lingwi speċifikati fl-avviż tal-kompetizzjoni. Għal xi oqsma jew profili ppubblikati fl-istess ħin, tista’ tapplika biss għal qasam jew profil wieħed. Dan huwa indikat b’mod ċar fl-avviż tal-kompetizzjoni.
Skont il-kompetizzjoni, tista’ tintalab għal informazzjoni dwar:
|
— |
id-diplomi/il-kwalifiki; |
|
— |
l-esperjenza professjonali (jekk meħtieġa); |
|
— |
il-motivazzjoni għall-applikazzjoni; |
|
— |
l-għarfien ta’ lingwi uffiċjali tal-UE; |
|
— |
l-esperjenza u l-kwalifiki speċifiċi (ara t-Taqsima 3.4); jew |
|
— |
l-aġġustamenti speċjali meħtieġa biex tagħmel it-testijiet (ara t-Taqsima 2.4). |
Il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi ta’ eliġibbiltà kollha jridu jiġu ssodisfati sad-data/i ta’ skadenza speċifikat/i fl-avviż tal-kompetizzjoni. Huwa permezz tal-validazzjoni tal-applikazzjoni tiegħek li tiċċertifika fuq l-unur tiegħek li tissodisfa dawn il-kundizzjonijiet. Meta tivvalida l-applikazzjoni tiegħek, ma tkunx tista’ tibqa’ tagħmel bidliet oħra. Hija r-responsabbiltà tiegħek li tara li timla u tivvalida l-applikazzjoni tiegħek sal-iskadenza.
2.4. Opportunitajiet indaqs u aġġustamenti speċjali
L-EPSO konsistentement japplika politika ta’ opportunitajiet indaqs fil-proċeduri tas-selezzjoni tiegħu sabiex jiġi żgurat trattament ugwali tal-kandidati kollha.
L-EPSO jieħu l-miżuri raġjonevoli kollha biex jiżgura li kandidati b’diżabilità jew bi bżonnijiet speċjali jkunu jistgħu jieħdu sehem fil-kompetizzjonijiet fuq bażi ugwali mal-kandidati l-oħra.
Jekk għandek diżabbiltà jew kundizzjoni medika li tista’ tfixkel l-abbiltà tiegħek li tagħmel it-testijiet, indika dan fl-applikazzjoni tiegħek u għarrafna bit-tip ta’ aġġustamenti speċjali li għandek bżonn. Jekk diżabilità jew kundizzjoni tiżviluppa wara l-iskadenza għall-applikazzjonijiet, għandek tinforma lill-EPSO malajr kemm jista’ jkun billi tuża l-informazzjoni indikata hawn taħt.
Innota li se jkollok tibgħat ċertifikat mill-awtorità nazzjonali tiegħek jew ċertifikat mediku lill-EPSO sabiex it-talba tiegħek tittieħed inkunsiderazzjoni. Id-dokumenti ta’ prova tiegħek se jiġu eżaminati, b’tali mod li l-akkomodazzjoni raġonevoli tista’ ssir meta dan ikun meħtieġ.
Għandek issib l-informazzjoni kollha li għandek bżonn fl-applikazzjoni tiegħek u fuq il-websajt tal-EPSO (www.eu-careers.eu).
Għal aktar informazzjoni, ikkuntattja lil EPSO accessibility Team permezz ta’:
|
— |
l-e-Mail (EPSO-accessibility@ec.europa.eu); |
|
— |
il-faks (+ 32 22998081); jew |
|
— |
il-posta:
|
3. PROĊEDURA TAS-SELEZZJONI
3.1. Il-bord tas-selezzjoni
Jiġi maħtur bord tas-selezzjoni biex iqabbel lill-kandidati u jagħżel l-aħjar fosthom fuq il-bażi tal-kompetenzi, il-ħiliet u l-kwalifiki tagħhom fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti fl-avviż tal-kompetizzjoni. Il-bordijiet ta’ selezzjoni huma magħmula minn uffiċjali, nofshom maħtura mill-amministrazzjoni (servizzi tal-HR) u n-nofs l-ieħor mill-kumitati tal-persunal. L-ismijiet tal-membri tal-bord tas-selezzjoni huma ppubblikati fuq il-websajt tal-EPSO (www.eu-careers.eu)
3.2. Mistoqsijiet b’għażla multipla (MCQ) fuq il-kompjuter u testijiet ta’ preselezzjoni
Il-bord tas-selezzjoni jiddetermina l-livell ta’ diffikultà tat-testijiet MCQ u japprova l-kontenut tagħhom abbażi tal-proposti magħmula mill-EPSO. It-testijiet jiġu mmarkati bil-kompjuter.
Fil-kompetizzjonijiet għal profili speċjalizzati, li jinkludu għażla bbażata fuq il-kwalifiki (ara t-Taqsima 3.4), it-testijiet MCQ huma organizzati bħala fażi ta’ preselezzjoni biss jekk l-għadd ta’ kandidati li japplikaw ikun ogħla minn ċertu limitu. Dan il-limitu jkun stabbilit mid-Direttur tal-EPSO, fil-kwalità tiegħu bħala awtorità tal-ħatra wara l-iskadenza għar-reġistrazzjoni tal-applikazzjonijiet u jkun ippubblikat fuq is-sit web tal-EPSO (www.eu-careers.eu). F’kompetizzjonijiet li jkopru diversi oqsma, dan jista’ jvarja minn qasam għall-ieħor. Fejn in-numru ta’ kandidati jibqa’ taħt il-limitu, it-testijiet MCQ se jsiru matul iċ-ċentru/il-fażi tal-valutazzjoni.
Skont il-profil, l-MCQ jistgħu jkopru:
|
— |
ir-raġunament verbali: sabiex jivvaluta l-abbiltà tiegħek li taħseb b’mod loġiku u tifhem l-informazzjoni verbali; |
|
— |
ir-raġunament numeriku: sabiex jivvaluta l-abbiltà tiegħek li taħseb b’mod loġiku u tifhem l-informazzjoni numerika; |
|
— |
ir-raġunament astratt: sabiex jivvaluta l-abbiltà tiegħek li taħseb b’mod loġiku u tifhem ir-relazzjonijiet bejn il-kunċetti li ma jinvolvu l-ebda elementi lingwistiċi, spazjali jew numeriċi; |
|
— |
il-valutazzjoni sitwazzjonali: sabiex jivvaluta l-komportament tipiku tiegħek f’kuntest tax-xogħol: |
|
— |
il-kompetenzi lingwistiċi; kif ukoll |
|
— |
il-kompetenzi professjonali speċifiċi. |
Sakemm ma jkunx avżat mod ieħor, trid tibbukkja appuntament għat-testijiet MCQ skont l-istruzzjonijiet fil-kont tal-EPSO tiegħek u fuq il-websajt tal-EPSO (www.eu-careers.eu).
Normalment tiġi offrut diversi dati li fihom inti tista’ tagħmel it-testijiet, f’diversi postijiet. Il-perjodi tal-prenotazzjoni u l-ittestjar huma limitati. Jekk ma tibbukkjax jew ma tmurx għat-testijiet se tkun skwalifikat mill-kompetizzjoni (ara t-Taqsima 6.8).
3.3. Kontrolli tal-eliġibbiltà
L-EPSO jivverifika jekk int, skont l-informazzjoni mogħtija fl-applikazzjoni tiegħek, tissodisfax il-kundizzjonijiet ġenerali ta’ eliġibbiltà stipulati fl-avviż tal-kompetizzjoni. Il-bord ta’ selezzjoni jivverifika l-konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi tal-eliġibbiltà. L-informazzjoni mogħtija fl-applikazzjoni tiegħek tiġi eżaminata kontra d-dokumenti ta’ sostenn tiegħek fi stadju aktar tard (sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor fl-avviż tal-kompetizzjoni). Il-kandidati li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà kollha indikati fl-avviż tal-kompetizzjoni se jiġu esklużi.
Jekk il-kompetizzjoni tinkludi testijiet ta’ preselezzjoni MCQ (ara t-Taqsima 3.2), il-kontrolli ta’ eliġibbiltà jseħħu wara li jsiru dawk it-testijiet, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor.
L-għadd ta’ kandidati li jkunu mistiedna għall-istadju li jmiss tal-proċess tas-selezzjoni huwa stabbilit fl-avviż tal-kompetizzjoni jew mid-Direttur tal-EPSO li jagixxi bħala l-awtorità tal-ħatra.
Jekk it-testijiet MCQ jiġu organizzati minn qabel, il-fajls tal-kandidati jiġu ċċekkjati għall-eliġibbiltà f’ordni mill-kbir saż-żgħir tal-marki miksuba sakemm jintlaħaq il-limitu għan-numru ta’ kandidati eliġibbli definit għal kull qasam mill-EPSO li taġixxi bħala awtorità tal-ħatra. Il-fajls l-oħrajn ma jiġux iċċekkjati.
Jekk it-testijiet MCQ bil-kompjuter ma jiġux organizzati minn qabel, il-fajls tal-kandidaturi kollha jiġu ċċekkjati għall-eliġibbiltà.
Fejn ikun hemm kandidati li kisbu l-istess marka għall-aħħar post, dawn se jiġu mistiedna t-tnejn/kollha). L-applikazzjonijiet tal-kandidati li jiġu kklassifikati taħt dan il-limitu ma jiġux eżaminati.
3.4. Selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki (Talent Screener)
Għall-biċċa l-kbira tal-profili speċjalisti, trid tgħaddi minn fażi tat-Talent Screener imfassla biex tagħżel il-kandidati li l-kwalifiki tagħhom, speċjalment diplomi u esperjenza professjonali, l-aktar joqorbu lejn id-dmirijiet meħtieġa.
Il-kandidati kollha f’kompetizzjoni jwieġbu l-istess sett ta’ mistoqsijiet fit-taqsima Talent Screener tal-formola ta’ applikazzjoni. B’dan il-mod, il-bord tas-selezzjoni jkun jista’ jwettaq valutazzjoni oġġettiva tal-merti komparattivi tal-kandidati kollha b’mod strutturat.
Il-fażi tat-Talent Screener tiġi wara l-kontrolli tal-eliġibbiltà, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor fl-avviż tal-kompetizzjoni. Il-bord tas-selezzjoni jivvaluta biss dawk il-kandidati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha tal-eliġibbiltà. L-evalwazzjoni ssir biss skont ir-risposti tiegħek għall-mistoqsijiet tat-Talent Screener. Għalhekk għandek tinkludi l-informazzjoni kollha rilevanti hawnhekk, anki jekk tkun diġà semmejtha f’taqsimiet oħra tal-formola tal-applikazzjoni tiegħek.
Il-bord tas-selezzjoni l-ewwel jiddeċiedi dwar il-piż li jagħti (minn 1 sa 3) għal kull mistoqsija skont l-importanza tagħha u mbagħad jagħti marka minn 0 sa 4 għal kull tweġiba tiegħek. Dawn il-punti jiġu mmultiplikati skont il-piż li jingħata lil kull mistoqsija u jingħaddu.
L-għadd ta’ kandidati bl-ogħla marki jgħaddu għall-istadju li jmiss. In-numru ta’ kandidati jiġi speċifikat fl-avviż tal-kompetizzjoni u jiġi ppubblikat fuq is-sit web tal-EPSO. Il-kandidati li jiġu fl-aħħar post disponibbli f’daqqa se jgħaddu t-tnejn/kollha.
3.5. Testijiet intermedji
Il-kontenut ta’ dawn it-testijiet huwa vvalidat mill-bord tas-selezzjoni. Skont il-kompetizzjoni, dawn jistgħu jinkludu:
|
— |
e-tray: test ibbażat fuq il-kompjuter li fih int tintalab twieġeb serje ta’ mistoqsijiet bl-użu tad-dokumentazzjoni pprovduta f’inbox tal-posta elettronika; |
|
— |
test preliminari tal-interpretazzjoni: li jinvolvi l-interpretazzjoni simultanja ta’ diskors irreġistrat, u possibbilment bl-użu ta’ materjal awdjoviżiv; |
|
— |
testijiet tal-interpretazzjoni: testijiet konsekuttivi u simultanji tal-interpretazzjoni; |
|
— |
intervista mill-bogħod: biex tivvaluta l-kompetenzi speċifiċi tiegħek fil-qasam u/jew il-ħila tiegħek li tikkomunika bil-fomm f’lingwa partikolari; |
|
— |
testijiet preliminari tat-traduzzjoni: it-traduzzjoni fil-lingwa tal-kompetizzjoni ewlieni ta’ test abbozzat f’lingwa(i) magħżula oħra/oħrajn; u/jew |
|
— |
testijiet tal-komprensjoni tal-lingwa li jinkludu mistoqsijiet b’għażla multipla. |
3.6. Fażi/Ċentru ta’ Valutazzjoni
Iċ-ċentru/Il-fażi ta’ valutazzjoni normalment isir fi Brussell jew il-Lussemburgu, u jista’ jsir matul jum wieħed jew aktar. Sabiex tirċievi passaport ta’ kompetenza u tkun eliġibbli għal din il-lista, trid tipparteċipa fit-testijiet kollha. Kemm il-kompetenzi ġenerali tiegħek (ara t-Taqsima 1.1) kif ukoll il-kompetenzi speċifiċi (relatati mad-dmirijiet ikkonċernati) se jkunu ttestjati.
Il-kontenut tat-testijiet tal-fażi/taċ-ċentru ta’ valutazzjoni huwa vvalidat mill-bord tas-selezzjoni. Skont il-kompetizzjoni, dawn jistgħu jinkludu:
|
— |
studju ta’ każ partikolari: eżami bil-miktub fuq il-bażi ta’ xenarju rilevanti, fejn għandek tirreaġixxi jew issolvi diversi problemi billi tibbaża biss fuq il-materjal ipprovdut; |
|
— |
preżentazzjoni orali: eżami individwali ta’ analiżi u ta’ preżentazzjoni li fih trid tħejji proposta biex issolvi problema immaġinarja marbuta ma’ sitwazzjoni professjonali. Wara analiżi tad-dokumentazzjoni li tingħatalek, inti tippreżenta l-ideat tiegħek lil grupp żgħir ta’ nies; |
|
— |
intervista/i bbażata/i fuq il-kompetenzi: eżerċizzju individwali mmirat biex jiġbor, b’mod strutturat, informazzjoni rilevanti dwar il-kompetenzi ġenerali u/jew (fil-każ ta’ kompetizzjonijiet speċjalizzati) speċifiċi fuq il-bażi tal-esperjenza tiegħek fil-passat; |
|
— |
eżerċizzju fi grupp: wara li tassorbi ċertu ammont ta’ informazzjoni waħdek, inti titqiegħed fi grupp ma’ numru ta’ parteċipanti oħra biex tiddiskuti magħhom ir-riżultati tiegħek u taslu għal deċiżjoni kollettiva; |
|
— |
e-tray: test ibbażat fuq il-kompjuter li fih int tintalab twieġeb serje ta’ mistoqsijiet bl-użu tad-dokumentazzjoni pprovduta f’inbox tal-posta elettronika; |
|
— |
eżamijiet prattiċi fil-lingwa; |
|
— |
eżerċizzji oħra biex jittestjaw kompetenzi speċifiċi; |
|
— |
testijiet verbali, numeriċi, tar-raġunament astratt u tal-valutazzjoni sitwazzjonali (jekk dawn ma sarux fl-istajdu tal-preselezzjoni); |
3.7. Konferma tal-eliġibbiltà
L-eliġibbiltà tiegħek se tiġi kkonfermata skont id-dokumenti ta’ sostenn tiegħek qabel ma titqiegħed fuq il-lista ta’ riżerva (ara 4.1). Il-lista hija stabbilita billi tiġi ċċekkjata l-eliġibbiltà tal-kandidati f’ordni dixxendenti ta’ mertu, abbażi tal-punteġġi tagħhom wara l-fażi/iċ-ċentru ta’ valutazzjoni, sakemm jintlaħaq in-numru ta’ kandidati li jikkwalifikaw. Il-fajls tal-kandidati li jiġu kklassifikati taħt dan il-limitu ma jiġux eżaminati.
Aħna se ninfurmawk liema dokumenti ta’ sostenn għandek bżonn tipprovdi u meta. Jekk tiġi mistieden fiċ-ċentru/fil-fażi ta’ valutazzjoni fi Brussell, normalment tkun trid iġġib miegħek id-dokumenti oriġinali tiegħek li niskennjawhom u nagħtuhomlok lura fl-istess ġurnata. Għal testijiet taċ-ċentru/tal-fażi ta’ valutazzjoni f’post ieħor, se tirċievi struzzjonijiet dettaljati mal-istedina.
Jekk l-informazzjoni fl-applikazzjoni tiegħek ma tkunx appoġġata mid-dokumenti xierqa, tista’ tiġi eskluż mill-kompetizzjoni. Tista’ tintalab informazzjoni jew dokumenti addizzjonali f’kull stadju tal-proċedura.
4. KANDIDATI LI GĦADDEW/REKLUTAĠĠ
4.1. Lista ta’ riserva
L-għan ta’ kompetizzjoni, mhuwiex li jimtela post speċifiku, iżda li tiġi stabbilita bażi tad-data (“il-lista ta’ riżerva”) li minnha l-istituzzjonijiet tal-UE jistgħu jirreklutaw l-uffiċjali futuri tagħhom.
Il-bord tas-selezzjoni jistabbilixxi lista ta’ riżerva li tiġbor fiha l-ismijiet tal-kandidati eliġibbli li jkunu ġabu l-ogħla punteġġi. L-għadd ta’ kandidati magħżula huwa stabbilit fl-avviż tal-kompetizzjoni. Fejn kandidati jkunu kisbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli, dawn jiġu inklużi t-tnejn/kollha fil-lista ta’ riżerva. Imbagħad, din il-lista tintbagħat lill-istituzzjonijiet tal-UE. L-inklużjoni f’lista ta’ riżerva ma tfissirx li għandek xi dritt jew garanzija ta’ reklutaġġ.
Il-lista ta’ riżerva, kif ukoll id-data tal-iskadenza tagħha jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. F’ċerti każi, huwa possibbli li l-validità tal-lista tiġi estiża. Kull deċiżjoni dwar l-estensjoni ta’ lista tiġi ppubblikata biss fuq is-sit web tal-EPSO.
Il-kandidati magħżula jistgħu jitolbu li isimhom ma jiġix ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali. Din it-talba għandha tasal għand l-EPSO sa mhux iktar tard minn għaxart (10) ijiem kalendarji wara d-data li fiha l-kandidati jiġu notifikati dwar ir-riżultati tagħhom permezz tal-kont tal-EPSO tagħhom.
4.2. Passaport ta’ kompetenza
Il-kandidati kollha li jlestu t-testijiet tal-fażi/taċ-ċentru ta’ valutazzjoni kollha u ma jiġux skwalifikati (ara t-Taqsima 6.8) se jirċievu “passaport ta’ kompetenza”) li jipprovdi informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva dwar kif ikunu marru fil-fażi/fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni.
Il-passaporti ta’ kompetenza tal-kandidati ta’ suċċess se jkunu disponibbli għall-istituzzjonijiet Ewropej fil-proċeduri ta’ reklutaġġ u l-iżvilupp tal-karriera futura.
5. KOMUNIKAZZJONI
5.1. Komunikazzjoni mal-EPSO
Għandek tikkonsulta l-kont tal-EPSO tiegħek tal-inqas darbtejn fil-ġimgħa biex iżżomm kont tal-progress tiegħek matul il-kompetizzjoni. Jekk ma tkunx tista’ tagħmel dan minħabba problema teknika fis-sit web tal-EPSO, għandek tinfurmana immedjatament permezz tat-Taqsima “Contact us” (Ikkuntattjana) fis-sit web tal-EPSO (www.eu-careers.eu).
Aħna nirriżervaw id-dritt li ma nagħtux informazzjoni li diġà hija ddikjarata b’mod ċar fl-avviż tal-kompetizzjoni, fl-annessi tiegħu, u fis-sit web tal-EPSO inkluż fil-“mistoqsijiet li jsiru ta’ spiss”.
F’kull korrispondenza relatata ma’ applikazzjoni, semmi ismek kif mogħti fl-applikazzjoni tiegħek, in-numru tal-applikazzjoni tiegħek u n-numru ta’ referenza tal-proċedura tas-selezzjoni.
L-EPSO japplika l-prinċipji tal-kodiċi ta’ mġiba amministrattiva tajba http://ec.europa.eu/transparency/code/index_mt.htm (kif ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali). Għaldaqstant, aħna nirriservaw id-dritt li nwaqqfu kull korrispondenza mhux xierqa (jiġifieri ripetittiva, abbużiva u/jew irrelevanti).
5.2. Komunikazzjoni mal-bordijiet tas-selezzjoni
Sabiex tiġi garantita l-indipendenza tal-bord tas-selezzjoni, huwa strettament ipprojbit għal kull persuna barra mill-bord tas-selezzjoni, inklużi l-kandidati, li tipprova tagħmel kuntatt ma’ wieħed mill-membri tiegħu, ħlief fil-kuntest tat-testijiet li jeħtieġu interazzjoni diretta bejn il-kandidati u l-bord.
Il-kandidati li jixtiequ jesprimu l-fehma tagħhom jew jaffermaw id-drittijiet tagħhom għandhom jagħmlu dan bil-miktub, billi jindirizzaw il-korrispondenza għall-attenzjoni tal-bord tas-selezzjoni lill-EPSO, li mbagħad jgħaddiha lill-bord. L-interventi kollha diretti jew indiretti tal-kandidati li jsiru mingħajr ma jiġu segwiti dawn il-proċeduri huma pprojbiti u jistgħu jwasslu għall-esklużjoni mill-kompetizzjoni.
L-eżistenza ta’ relazzjoni familjari bejn kandidat u membru tal-bord tas-selezzjoni, b’mod partikolari, tagħti lok għal konflitt ta’ interess. Il-bordijiet tas-selezzjoni huma mitluba jiddikjaraw kull sitwazzjoni bħal din lill-EPSO immedjatament meta jsiru jafu bihom. L-EPSO se jevalwa kull każ individwalment u jieħu l-miżuri xierqa. In-nuqqas ta’ rispett tar-regoli msemmija hawn fuq jista’ jagħmel lill-membri tal-ġurija suġġetti għal azzjoni dixxiplinarja u jirriżulta fi skwalifika mill-kompetizzjoni għall-kandidati (ara t-taqsima 6.8).
5.3. Protezzjoni tad-data
L-EPSO jiggarantixxi l-kunfidenzjalità u s-sigurtà tad-data personali tal-kandidati f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data personali. Id-data anonimizzata tat-testijiet tista’ tintuża għar-riċerka xjentifika. Aktar tagħrif jista’ jinstab fid-dikjarazzjoni ta’ privatezza tal-protezzjoni tad-data fil-kont tal-EPSO tiegħek.
5.4. Aċċess għall-informazzjoni
Il-kandidati għandhom drittijiet speċifiċi ta’ aċċess għal ċertu informazzjoni personali, mogħtija fid-dawl tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sabiex ikun jista’ jsir appell jekk deċiżjoni ta’ rifjut ma tkunx fondata.
Dan l-obbligu ta’ motivazzjoni għandu jkun ibbilanċjat mal-kunfidenzjalità tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni, li jiżgura l-indipendenza u l-oġġettività. Bħala riżultat, l-attitudnijiet adottati mill-membri individwali tal-bordijiet tas-selezzjoni jew il-valutazzjonijiet komparattivi tal-kandidati ma jistgħux jiġu żvelati.
Dawn id-drittijiet huma speċifiċi għall-kandidati f’kompetizzjoni ġenerali u l-leġiżlazzjoni dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tista’ ma tagħtix lok għal drittijiet minbarra dawk speċifikati f’din it-taqsima.
5.5. Żvelar awtomatiku
Se tirċievi awtomatikament l-informazzjoni li ġejja permezz tal-kont tiegħek tal-EPSO wara kull stadju tal-proċess ta’ selezzjoni:
|
— |
It-testijiet MCQ: Ir-riżultati tiegħek u tabella bit-tweġibiet tiegħek u t-tweġibiet korretti skont in-numru ta’ referenza/l-ittra. L-aċċess għat-test tal-mistoqsijiet u t-tweġibiet huwa eskluż espliċitament; |
|
— |
eliġibbiltà: jekk ġejtx ammess; jekk le, il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà li ma kinux issodisfati. |
|
— |
Talent Screener: ir-riżultati tiegħek u tabella bil-piżijiet tal-mistoqsijiet, il-punti mogħtija għat-tweġibiet tiegħek u l-punteġġ totali tiegħek; |
|
— |
testijiet preliminari: ir-riżultati tiegħek; |
|
— |
testijiet intermedji: ir-riżultati tiegħek; |
|
— |
fażi/ċentru ta’ Valutazzjoni: ir-riżultati tiegħek u l-passaport tal-kompetenza tiegħek li juri l-marki globali tiegħek għal kull kompetenza u l-kummenti tal-bord tas-selezzjoni. |
Bħala regola, l-EPSO ma jikkomunikax lil kandidati l-ebda testi sors jew eżerċizzji tat-test, peress li dawn huma intiżi biex jintużaw mill-ġdid f’kompetizzjonijiet futuri. Għal ċerti testijiet, madankollu, f’ċerti eċċezzjonijiet ikun jista’ jippubblika t-testi sors jew eżerċizzji fuq is-sit web tiegħu jekk:
|
— |
it-testijiet ikunu tlestew; |
|
— |
ir-riżultati jkunu ġew stabbiliti u kkomunikati lill-kandidati; kif ukoll |
|
— |
it-testi sors/l-eżerċizzji mhumiex intiżi biex jintużaw mill-ġdid f’kompetizzjonijiet futuri. |
5.6. Informazzjoni wara talba
Tista’ titlob kopja mhux ikkoreġuta tat-tweġibiet tiegħek fit-testijiet bil-miktub fejn il-kontenut mhux maħsub biex jerġa’ jintuża f’kompetizzjonijiet futuri. Dan jeskludi b’mod espliċitu tweġibiet għal studji ta’ każijiet.
Il-karti tat-tweġibiet ikkoreġuti u d-dettalji tal-immarkar, b’mod partikolari, huma koperti mis-segretezza tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni u ma jiġux żvelati.
L-EPSO jagħmel l-almu tiegħu biex jagħmel l-iżjed informazzjoni possibbli disponibbli għall-kandidati kollha, skont l-obbligu ta’ motivazzjoni, in-natura kunfidenzjali tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali. It-talbiet kollha għall-informazzjoni se jiġu evalwati fid-dawl ta’ dawn l-obbligi.
Kull talba għal informazzjoni għandha tkun mibgħuta permezz tat-taqsima “Contact us” (Ikkuntattjana) tas-sit web tal-EPSO (www.eu-careers.eu) fi żmien għaxart (10) ijiem kalendarji mill-jum li fih ir-riżultati tiegħek jiġu ppubblikati fuq il-kont EPSO tiegħek.
6. ILMENTI
6.1. Biex tikkuntattja lill-EPSO
Jekk, f’kull stadju tal-proċedura tas-selezzjoni, tiltaqa’ ma’ problema teknika jew organizzattiva serja, sabiex inkunu nistgħu ninvestigaw il-kwistjoni u nieħdu miżuri korrettivi, informa lill-EPSO immedjatament:
|
— |
preferibbilment permezz tal-formola ta’ kuntatt onlajn fuq is-sit web tal-EPSO (www.eu-careers.eu — ara “Contact us” (Ikkuntattjana)); jew |
|
— |
bil-posta:
|
F’kull korrispondenza, jekk jogħġbok indika ismek (kif mogħti fl-applikazzjoni tiegħek), in-numru tal-applikazzjoni tiegħek u n-numru tal-proċedura tas-selezzjoni.
6.2. Kwistjonijiet tekniċi
Għal problemi li jseħħu barra miċ-ċentri tat-testijiet (pereżempju dwar il-proċess ta’ applikazzjoni jew tal-ibbukkjar), ikkuntattja lill-EPSO (ara t-Taqsima 6.1) b’deskrizzjoni qasira tal-problema.
Jekk il-problema sseħħ f’ċentru tat-testijiet:
|
— |
informa lill-inviġilaturi u itlobhom jirreġistraw l-ilment tiegħek bil-miktub; kif ukoll |
|
— |
ikkuntattja lill-EPSO (ara t-Taqsima 6.1) b’deskrizzjoni qasira tal-problema. |
6.3. Żball fil-mistoqsijiet b’għażla multipla bbażati fuq il-kompjuter (MCQs)
Il-bażi tad-data MCQ hija suġġetta għal kontroll ta’ kwalità fil-fond permanenti mill-EPSO u l-bordijiet tas-selezzjoni.
Jekk temmen li żball f’waħda jew aktar MCQs affettwa l-abbiltà tiegħek li twieġeb, għandek id-dritt li titlob li l-mistoqsija/ijiet tiġi/jiġu rieżaminata/i mill-bord tas-selezzjoni (bil-proċedura ta’ “newtralizzazzjoni”).
Il-bord tas-selezzjoni jista’ jiddeċiedi li jannulla l-mistoqsija li fiha l-iżball u li jqassam il-punti mal-mistoqsijiet l-oħra tat-test. Dawk il-kandidati li jkunu rċevew din il-mistoqsija biss se jiġu affettwati minn dan il-kalkolu mill-ġdid. L-immarkar tat-testijiet jibqa’ kif imsemmi fl-avviż tal-kompetizzjoni.
L-arranġamenti għal ilmenti huma kif ġej:
|
— |
proċedura: ikkuntattja lill-EPSO (ara t-Taqsima 6.1) biss permezz tal-formola ta’ kuntatt onlajn; |
|
— |
data ta’ skadenza: fi żmien għaxart (10) ijiem kalendarji mid-data tat-testijiet tiegħek ibbażati fuq il-kompjuter; |
|
— |
referenza:“Ilmenti”; |
|
— |
tagħrif addizzjonali: iddeskrivi fuqiex kienet il-mistoqsija (il-kontenut) sabiex tiġi/jiġu identifikata/i l-mistoqsija/ijiet ikkonċernata/i, u spjega n-natura tal-iżball allegat b’mod ċar kemm jista’ jkun. |
Kull ilment li jindika biss problemi allegati ta’ traduzzjoni, pereżempju, mingħajr aktar dettalji mhux se jiġi aċċettat.
It-talbiet li jaslu wara l-iskadenza, jew li ma jiddeskrivux b’mod ċar il-mistoqsija(ijiet) ikkontestata/i u l-allegat żball mhux se jiġu kkunsidrati.
6.4. Talbiet għal reviżjoni
Tista’ titlob reviżjoni ta’ kull deċiżjoni meħuda mill-bord tas-selezzjoni jew mill-EPSO li tistabbilixxi r-riżultati tiegħek u/jew tiddetermina jekk tistax tipproċedi għall-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni jew tiġix eskluż.
It-talbiet għal reviżjoni jistgħu jkunu bbażati fuq:
|
— |
irregolarità materjali fil-proċess tal-kompetizzjoni; u/jew |
|
— |
nuqqas ta’ konformità, mill-bord tas-selezzjoni jew l-EPSO, mar-Regolamenti tal-Persunal, l-avviż tal-kompetizzjoni, l-annessi tiegħu u/jew il-ġurisprudenza. |
Innota li ma tistax tikkontesta l-validità tal-valutazzjoni tal-bord tas-selezzjoni dwar il-kwalità tal-ħidma tiegħek fit-test jew ir-rilevanza tal-kwalifiki u l-esperjenza professjonali tiegħek. Din il-valutazzjoni hija ġudizzju ta’ valur magħmul mill-bord u jekk ma taqbilx ma’ din l-evalwazzjoni tat-testijiet, l-esperjenza u/jew il-kwalifiki tiegħek ma jfissirx li hija għamel żball. It-talbiet għal rieżami sottomessi fuq din il-bażi ma jwasslux għal riżultat pożittiv.
L-arranġamenti għal talbiet għal rieżami huma kif ġej:
|
— |
proċedura: ikkuntattja lil EPSO (ara t-Taqsima 6.1); |
|
— |
data ta’ skadenza: fi żmien għaxart (10) ijiem kalendarji mid-data li fiha d-deċiżjoni kkontestata ġiet ippubblikata fil-kont EPSO tiegħek; |
|
— |
referenza:“Ilmenti”; |
|
— |
tagħrif addizzjonali: indika b’mod ċar id-deċiżjoni li tixtieq tikkontesta, u fuq liema bażi. |
Għandek tirċievi rikonoxximent tal-irċevuta fi żmien 15-il jum tax-xogħol. Skont id-deċiżjoni kkontestata, jew il-bord tas-selezzjoni jew l-EPSO se janalizzaw it-talba tiegħek u tirċievi tweġiba motivata malajr kemm jista’ jkun.
Jekk ir-riżultat ikun pożittiv, se terġa’ tiddaħħal fil-proċess tas-selezzjoni fl-istadju li fih ġejt eskluż.
6.5. Ilmenti amministrattivi
Bħala kandidat f’kompetizzjoni ġenerali, għandek id-dritt li tindirizza lment amministrattiv lid-Direttur tal-EPSO bħala l-awtorità tal-ħatra.
Tista’ tippreżenta lment kontra deċiżjoni, jew in-nuqqas tagħha, li direttament u immedjatament taffettwa l-istatus legali tiegħek bħala kandidat, biss jekk ir-regoli li jirregolaw il-proċedura tas-selezzjoni ġew miksura b’mod ċar. Id-Direttur tal-EPSO ma jistax ibiddel ġudizzju ta’ valur magħmul minn bord tas-selezzjoni (ara t-Taqsima 6.4).
L-arranġamenti għal ilmenti amministrattivi huma kif ġej:
|
— |
proċedura: ikkuntattja lil EPSO (ara t-Taqsima 6.1); |
|
— |
data ta’ skadenza: fi żmien tliet xhur min-notifika tad-deċiżjoni kkontestata jew mid-data li fiha d-deċiżjoni suppost saret; |
|
— |
referenza:“Ilmenti”. |
6.6. Appelli ġudizzjarji
Bħala kandidat f’kompetizzjoni ġenerali, għandek id-dritt li tippreżenta appell ġudizzjarju quddiem il-Qorti Ġenerali.
Jekk tixtieq tappella kontra deċiżjoni meħuda mill-EPSO, l-ewwel għandek tagħmel ilment amministrattiv (ara t-Taqsima 6.5).
L-arranġamenti għal appelli ġudizzjarji huma kif ġej:
proċedura: Jekk jogħġbok ikkonsulta l-websajt tal-Qorti Ġenerali (http://curia.europa.eu/jcms/).
6.7. Ombudsman Ewropew
Iċ-ċittadini u r-residenti kollha tal-UE jistgħu jagħmlu lment għand l-Ombudsman Ewropew.
Qabel ma tippreżenta lment lill-Ombudsman, l-ewwel għandek tieħu l-passi amministrattivi xierqa mal-istituzzjonijiet u l-korpi kkonċernati (ara t-Taqsimiet 6.1–6.5).
L-ilment lill-Ombudsman ma jestendix l-iskadenzi għat-tressiq ta’ ilmenti jew appelli ġudizzjarji amministrattivi.
L-arranġamenti għall-ilmenti lill-Ombudsman huma kif ġej:
|
— |
proċedura: Jekk jogħġbok ikkonsulta l-websajt tal-Ombudsman Ewropew (http://www.ombudsman.europa.eu/). |
6.8. Skwalifika
Tista’ tiġi skwalifikat f’kull stadju tal-proċedura tas-selezzjoni jekk l-EPSO jiskopri li int:
|
— |
ħloqt iktar minn kont tal-EPSO wieħed; |
|
— |
applikajt għal oqsma jew profili inkompatibbli (ara t-Taqsima 2.3); |
|
— |
għamilt dikjarazzjonijiet foloz jew mingħajr sostenn; |
|
— |
ma bbukkjajtx jew ma għamiltx it-testijiet tiegħek; |
|
— |
qarraqt waqt it-testijiet; |
|
— |
ippruvajt tikkuntattja membru tal-bord tas-selezzjoni b’mod mhux awtorizzat; |
|
— |
inqast milli tinnotifika lill-EPSO b’possibilità ta’ kunflitt ta’ interess ma’ membru tal-bord tas-selezzjoni; |
|
— |
bgħatt l-applikazzjoni tiegħek b’lingwa differenti minn dik/dawk speċifikati fl-avviż tal-kompetizzjoni; u/jew |
|
— |
iffirmajt jew ktibt marka distintiva fuq testijiet immarkati b’mod anonimu bil-miktub jew prattiċi. |
Il-kandidati għar-reklutaġġ mill-istituzzjonijiet tal-UE għandhom juru l-ogħla livell possibbli ta’ integrità. Il-frodi jew it-tentattivi ta’ frodi jistgħu jesponuk għal penalitajiet u jippreġudikaw l-eliġibbiltà tiegħek għal kompetizzjonijiet futuri.
Tmiem tal-ANNESS III, ikklikkja hawn biex tmur lura għat-test prinċipali
(1) Il-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi; https://europass.cedefop.europa.eu/mt/resources/european-language-levels-cefr
ANNESS IV
EŻEMPJI TA’ KWALIFIKI MINIMI LI, FIL-PRINĊIPJU, JIKKORRISPONDU GĦAL DAWK MITLUBA MILL-AVVIŻI TA’ KOMPETIZZJONIJIET
|
|
minn AST-SC 1 sa AST-SC 6 minn AST 1 sa AST 7 |
minn AST 3 sa AST 11 |
minn AD 5 sa AD 16 |
|||||||||||||
|
PAJJIŻ |
Edukazzjoni sekondarja (li tagħti aċċess għall-edukazzjoni postsekondarja) (1) |
Edukazzjoni postsekondarja (kors postsekondarju iżda mhux universitarju jew kors universitarju qasir ta’ perjodu ta’ mill-inqas sentejn) (1) |
Edukazzjoni ta’ livell Universitarju (mill-anqas 3 snin (2) |
Edukazzjoni ta’ livell Universitarju (4 snin jew aktar) (2) |
||||||||||||
|
Belgique — België — Belgien |
Certificat de l’enseignement secondaire supérieur (CESS)/Diploma secundair onderwijs Diplôme d’aptitude à accéder à l’enseignement supérieur (DAES)/ Getuigschrift van hoger secundair onderwijs Diplôme d’enseignement professionnel Getuigschrift van het beroepssecundair onderwijs |
Candidature — Kandidaat Graduat — Gegradueerde Bachelor/Professioneel gerichte Bachelor |
Bachelor académique (180 crédits) Academisch gerichte Bachelor (180 ECTS) |
Licence/Licentiaat Master Diplôme d’études approfondies (DEA) Diplôme d’études spécialisées (DES) Diplôme d’études supérieures spécialisées (DESS) Gediplomeerde in de Voortgezette Studies (GVS) Gediplomeerde in de Gespecialiseerde Studies (GGS) Gediplomeerde in de Aanvullende Studies (GAS) Agrégation/Aggregaat Ingénieur industriel/Industrieel ingenieur Doctorat/Doctoraal diploma |
||||||||||||
|
България |
Диплома за завършено средно образование |
Специалист по … |
|
Диплома за висше образование Бакалавър Магистър |
||||||||||||
|
Česká republika |
Vysvědčení o maturitní zkoušce |
Vysvědčení o absolutoriu (Absolutorium) + diplomovaný specialista (DiS.) |
Diplom o ukončení bakalářského studia (Bakalář) |
Diplom o ukončení vysokoškolského studia Magistr Doktor |
||||||||||||
|
Danmark |
Bevis for: Studentereksamen Højere Forberedelseseksamen (HF) Højere Handelseksamen (HHX) Højere Afgangseksamen (HA) Bac pro: Bevis for Højere Teknisk Eksamen (HTX) |
Videregående uddannelser = Bevis for = Eksamensbevis som (erhversakademiuddannelse AK) |
Bachelorgrad (BA or BS) Professionsbachelorgrad Diplomingeniør |
Kandidatgrad/Candidatus Master/Magistergrad (mag.art) Licenciatgrad ph.d.-grad |
||||||||||||
|
Deutschland |
Abitur/Zeugnis der allgemeinen Hochschulreife Fachabitur/Zeugnis der Fachhochschulreife |
|
Fachhochschulabschluss Bachelor |
Hochschulabschluss/ Fachhochschulabschluss/ Master Magister Artium/Magistra Artium Staatsexamen/Diplom Erstes Juristisches Staatsexamen Doktorgrad |
||||||||||||
|
Eesti |
Gümnaasiumi lõputunnistus + riigieksamitunnistus Lõputunnistus kutsekeskhariduse omandamise kohta |
Tunnistus keskhariduse baasil kutsekeskhariduse omandamise kohta |
Bakalaureusekraad (min 120 ainepunkti) Bakalaureusekraad (< 160 ainepunkti) |
Rakenduskõrghariduse diplom Bakalaureusekraad (160 ainepunkti) Magistrikraad Arstikraad Hambaarstikraad Loomaarstikraad Filosoofiadoktor Doktorikraad (120–160 ainepunkti) |
||||||||||||
|
Éire/Ireland |
Ardteistiméireacht, Grád D3, i 5 ábhar Leaving Certificate Grade D3 in 5 subjects Gairmchlár na hArdteistiméireachta (GCAT) Leaving Certificate Vocational Programme (LCVP) |
Teastas Náisiúnta National Certificate Gnáthchéim bhaitsiléara Ordinary bachelor degree Dioplóma náisiunta (ND, Dip.) National diploma (ND, Dip.) Ardteastas (120 ECTS) Higher Certificate (120 ECTS) |
Céim onóracha bhaitsiléara (3 bliana/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng) Honours bachelor degree (3 years/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng) |
Céim onórach bhaitsiléara (4 bliana/240 ECTS) Honours bachelor degree (4 years/240 ECTS) Céim ollscoile University degree Céim mháistir (60-120 ECTS) Master’s degree (60-120 ECTS) Dochtúireacht Doctorate |
||||||||||||
|
Ελλάδα |
Απολυτήριο Γενικού Λυκείου Απολυτήριο Κλασικού Λυκείου Απολυτήριο Τεχνικού Επαγγελματικού Λυκείου Απολυτήριο Ενιαίου Πολυκλαδικού Λυκείου Απολυτήριο Ενιαίου Λυκείου Απολυτήριο Τεχνολογικού Επαγγελματικού Εκπαιδευτηρίου |
Δίπλωμα επαγγελματικής κατάρτισης (ΙΕΚ) |
|
Πτυχίο ΑΕΙ (πανεπιστημίου, πολυτεχνείου, ΤΕΙ) Μεταπτυχιακό Δίπλωμα Ειδίκευσης (2ος κύκλος) Διδακτορικό Δίπλωμα (3ος κύκλος) |
||||||||||||
|
España |
Bachillerato + Curso de Orientación Universitaria (COU) Bachillerato BUP Diploma de Técnico especialista |
FP grado superior (Técnico superior) |
Diplomado/ Ingeniero técnico |
Licenciatura Máster Ingeniero Título de Doctor |
||||||||||||
|
France |
Baccalauréat Diplôme d’accès aux études universitaires (DAEU) Brevet de technicien |
Diplôme d’études universitaires générales (DEUG) Brevet de technicien supérieur (BTS) Diplôme universitaire de technologie (DUT) Diplôme d’études universitaires scientifiques et techniques (DEUST) |
Licence |
Maîtrise Maîtrise des sciences et techniques (MST), maîtrise des sciences de gestion (MSG), diplôme d’études supérieures techniques (DEST), diplôme de recherche technologique (DRT), diplôme d’études supérieures spécialisées (DESS), diplôme d’études approfondies (DEA), master 1, master 2 professionnel, master 2 recherche Diplôme des grandes écoles Diplôme d’ingénieur Doctorat |
||||||||||||
|
Italia |
Diploma di maturità (vecchio ordinamento) Perito ragioniere Diploma di superamento dell’esame di Stato conclusivo dei corsi di studio di istruzione secondaria superiore |
Diploma universitario (DU) Certificato di specializzazione tecnica superiore/ Attestato di competenza (4 semestri) |
Diploma di laurea – L (breve) |
Diploma di laurea (DL) Laurea specialistica (LS) Master di I livello Dottorato di ricerca (DR) |
||||||||||||
|
Κύπρος |
Απολυτήριο |
Δίπλωμα = Programmes offered by Public/Private Schools of Higher Education (for the latter accreditation is compulsory) Higher Diploma |
|
Πανεπιστημιακό Πτυχίο/Bachelor Master Doctorat |
||||||||||||
|
Latvija |
Atestāts par vispārējo vidējo izglītību Diploms par profesionālo vidējo izglītību |
Diploms par pirmā līmeņa profesionālo augstāko izglītību |
Bakalaura diploms (min. 120 kredīti) |
Bakalaura diploms (160 kredīti) Profesionālā bakalaura diploms Maģistra diploms Profesionālā maģistra diploms Doktora grāds |
||||||||||||
|
Lietuva |
Brandos atestatas |
Aukštojo mokslo diplomas Aukštesniojo mokslo diplomas |
Profesinio bakalauro diplomas Aukštojo mokslo diplomas |
Aukštojo mokslo diplomas Bakalauro diplomas Magistro diplomas Daktaro diplomas Meno licenciato diplomas |
||||||||||||
|
Lussemburgu |
Diplôme de fin d’études secondaires et techniques |
BTS Brevet de maîtrise Brevet de technicien supérieur Diplôme de premier cycle universitaire (DPCU) Diplôme universitaire de technologie (DUT) |
Bachelor Diplôme d’ingénieur technicien |
Master Diplôme d’ingénieur industriel DESS en droit européen |
||||||||||||
|
Magyarország |
Gimnáziumi érettségi bizonyítvány Szakközépiskolai érettségi – képesítő bizonyítvány |
Felsőfokú szakképesítést igazoló bizonyítvány (Higher Vocational Programme) |
Főiskolai oklevél Alapfokozat (Bachelor degree 180 credits) |
Egyetemi oklevél Alapfokozat (Bachelor degree 240 credits) Mesterfokozat (Master degree) (Osztatlan mesterképzés) Doktori fokozat |
||||||||||||
|
Malta |
Advanced Matriculation or GCE Advanced level in 3 subjects (2 of them grade C or higher) Matriculation certificate (2 subjects at Advanced level and 4 at Intermediate level including Systems of Knowledge with overall grade A-C) + Passes in the Secondary Education Certificate examination at Grade 5 2 A Levels (passes A-C) + a number of subjects at Ordinary level, or equivalent |
MCAST diplomas/certificates Higher National Diploma |
Bachelor’s degree |
Bachelor’s degree Master of Arts Doctorate |
||||||||||||
|
Nederland |
Diploma VWO Diploma staatsexamen (2 diploma’s) Diploma staatsexamen voorbereidend wetenschappelijk onderwijs (Diploma staatsexamen VWO) Diploma staatsexamen hoger algemeen voortgezet onderwijs (Diploma staatsexamen HAVO) |
Kandidaatsexamen Associate degree (AD) |
Bachelor (WO) HBO bachelor degree Baccalaureus of “Ingenieur” |
HBO/WO Master’s degree Doctoraal examen/Doctoraat |
||||||||||||
|
Österreich |
Matura/Reifeprüfung Reife- und Diplomprüfung Berufsreifeprüfung |
Kollegdiplom/ Akademiediplom |
Fachhochschuldiplom/Bakkalaureus/Bakkalaurea |
Universitätsdiplom/ Fachhochschuldiplom/ Magister/Magistra Master Diplomprüfung, Diplom-Ingenieur Magisterprüfungszeugnis Rigorosenzeugnis Doktortitel |
||||||||||||
|
Polska |
Świadectwo dojrzałości Świadectwo ukończenia liceum ogólnokształcącego |
Dyplom ukończenia kolegium nauczycielskiego Świadectwo ukończenia szkoły policealnej |
Licencjat/Inżynier |
Magister/Magister inżynier Dyplom doktora |
||||||||||||
|
Portugal |
Diploma de Ensino Secundário/ Certificado de Habilitações do Ensino Secundário |
|
Bacharel Licenciado |
Licenciado Mestre Doutorado |
||||||||||||
|
Repubblika Hrvatska |
Svjedodžba o državnoj maturi Svjedodžba o završnom ispitu |
Stručni pristupnik/pristupnica |
Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica) |
Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica) Stručni specijalist Magistar struke Magistar inženjer/magistrica inženjerka (mag. ing) Doktor struke Doktor umjetnosti |
||||||||||||
|
România |
Diplomă de bacalaureat |
Diplomă de absolvire (Colegiu universitar) învățământ preuniversitar |
Diplomă de licenţă |
Diplomă de licenţă Diplomă de inginer Diplomă de urbanist Diplomă de master Certificat de atestare (studii academice postuniversitare) Diplomă de doctor |
||||||||||||
|
Slovenija |
Maturitetno spričevalo (spričevalo o poklicni maturi) (spričevalo o zaključnem izpitu) |
Diploma višje strokovne šole |
Diploma o pridobljeni visoki strokovni izobrazbi |
Univerzitetna diploma/magisterij/specializacija/doktorat |
||||||||||||
|
Slovensko |
Vysvedčenie o maturitnej skúške |
Absolventský diplom |
Diplom o ukončení bakalárskeho štúdia (Bakalár) |
Diplom o ukončení vysokoškolského štúdia Bakalár (Bc.) Magister Magister/Inžinier ArtD. |
||||||||||||
|
Suomi/Finland |
Ylioppilastutkinto tai peruskoulu + kolmen vuoden ammatillinen koulutus – Studentexamen eller grundskola + treårig yrkesinriktad utbildning (Betyg över avlagd yrkesexamen på andra stadiet) Todistus yhdistelmäopinnoista (Betyg över kombinationsstudier) |
Ammatillinen opistoasteen tutkinto – Yrkesexamen på institutnivå |
Kandidaatin tutkinto – Kandidatexamen/ Ammattikorkeakoulututkinto – Yrkeshögskoleexamen (min. 120 opintoviikkoa – studieveckor) |
Maisterin tutkinto – Magisterexamen/ Ammattikorkeakoulututkinto – Yrkeshögskoleexamen (min. 160 opintoviikkoa – studieveckor) Tohtorin tutkinto (Doktorsexamen) joko 4 vuotta tai 2 vuotta lisensiaatin tutkinnon jälkeen – antingen 4 år eller 2 år efter licentiatexamen Lisensiaatti/Licentiat |
||||||||||||
|
Sverige |
Slutbetyg från gymnasieskolan (3-årig gymnasial utbildning) |
Högskoleexamen (80 poäng) Högskoleexamen, 2 år, 120 högskolepoäng Yrkeshögskoleexamen/ Kvalificerad yrkeshögskoleexamen, 1–3 år |
Kandidatexamen (akademisk examen omfattande minst 120 poäng, varav 60 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 10 poäng) Meriter på grundnivå: Kandidatexamen, 3 år, 180 högskolepoäng (Bachelor) |
Magisterexamen (akademisk examen omfattande minst 160 poäng, varav 80 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 20 poäng eller två uppsatser motsvarande 10 poäng vardera)
Meriter på avancerad nivå:
Meriter på forskarnivå:
|
||||||||||||
|
United Kingdom |
General Certificate of Education Advanced level — 2 passes or equivalent (grades A to E) BTEC National Diploma General National Vocational Qualification (GNVQ), advanced level Advanced Vocational Certificate of Education, A level (VCE A level) |
Higher National Diploma/Certificate (BTEC)/SCOTVEC Diploma of Higher Education (DipHE) National Vocational Qualifications (NVQ) Scottish Vocational Qualifications (SVQ) level 4 |
(Honours) Bachelor degree NB: Master’s degree in Scotland |
Honours Bachelor degree Master’s degree (MA, MB, MEng, MPhil, MSc) Doctorate |
||||||||||||
Tmiem tal-ANNESS IV, ikklikkja hawn biex tmur lura għat-test prinċipali
(1) L-aċċess għall-gruppi tal-funzjoni AST-SC u AST jista’ jkun soġġett għar-rekwiżit addizzjonali li tkun inkisbet esperjenza professjonali adattata ta’ mill-inqas tliet snin.
(2) L-aċċess għall-gradi AD 6 sa AD 16 huwa soġġett għar-rekwiżit addizzjonali li tkun inkisbet esperjenza professjonali xierqa ta’ mill-inqas sena.