8.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 457/15


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8319 — CEFCI/JSC KazMunaiGaz/Rompetrol France)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 457/13)

1.

Fl-1 ta’ Diċembru 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża CEFC International Limited (“CEFCI”, Singapor) u JSC National Company KazMunaiGaz (“NC KMG”, il-Każakhstan) takkwista l-kontroll konġunt fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet ta’ Rompetrol France SAS (“Rompetrol France”, Franza) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

CEFCI hija kumpanija ta’ investiment azzjonarja kkwotata fil-Main Board tal-Borża ta’ Singapor u hija primarjament involuta fil-kummerċ ta’ petrokimiċi, żejt tal-karburant u prodotti taż-żejt. CEFCI għandha operazzjonijiet f’Singapor, Ħong Kong, il-Ġappun, il-Malasja, u ċ-Ċina.

NC KMG hija attiva fir-raffinar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti taż-żejt mhux maħdum kif ukoll fl-esplorazzjoni, l-iżvilupp, il-produzzjoni, l-ipproċessar, it-trasport u l-esportazzjoni ta’ żejt mhux maħdum u ta’ gass. Il-kumpanija hija proprjetà tar-Repubblika tal-Każakhstan.

Rompetrol Franza hija l-kumpanija azzjonarja ta’ Dyneff SAS (“Dyneff”). Dyneff timporta, taħżen, u tqassam prodotti tal-petroleum lin-negozji, kemm individwali kif ukoll pubbliċi, u lill-awtoritajiet lokali. Il-kumpanija toffri prodotti tad-diesel, żjut tal-karburanti, bijokarburanti, prodotti tal-etanol, gass naturali u żjut għat-tisħin domestiku. Hija sservi lill-klijenti permezz ta’ netwerk ta’ stazzjonijiet tal-gass, aġenziji tad-distribuzzjoni bl-ingrossa, u aġenziji bl-imnut fi Franza u Spanja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza l-Każ M.8319 — CEFCI/JSC KazMunaiGaz/Rompetrol France, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussels

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.