30.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/9


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8272 — CVC/Cinven/Newday)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 445/06)

1.

Fit-22 ta’ Novembru 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha CVC Capital Partners SICAV-FIS S.A. (“CVC”, il-Lussemburgu) u Cinven Capital Management (VI) General Partner Limited (“Cinven (VI) GP”, Guernsey) jakkwsitaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ NewDay Group Holdings Sàrl (“NewDay”, il-Lussemburgu) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

CVC hija fond ta’ investiment dinji ta’ ekwita privata li għandha interessi f’diversi industriji fosthom tal-kimiċi, tal-utilitajiet, tal-manifattura, tal-bejgħ u tad-distribuzzjoni,

Cinven (VI) GP hija fond ta’ investiment dinji ta’ ekwita privata li għandha interessi fin-negozji tal-inġinerija, tal-konsumatur u tal-bejgħ, tal-kura tas-saħħa u tat-telekomunikazzjonijiet,

NewDay hija fornitur fir-Renju Unit ta’ finanzi għall-konsumatur li toffri karti tal-kreditu, speċifikament karti tal-kreditu near-prime u karti tal-kreditu co brand tal-konsumatur, u karti tal-klijenti tal-ħwienet.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.8272 — CVC/Cinven/Newday, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.