|
17.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 423/1 |
tas-26 ta' Ottubru 2015
MINUTI TAS-SEDUTA TAS-26 TA' OTTUBRU 2015
(2016/C 423/01)
Werrej
|
1. |
Tkomplija tas-sessjoni | 3 |
|
2. |
Dikjarazzjoni tal-Presidenza | 3 |
|
3. |
Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti | 3 |
|
4. |
Avviż mill-Presidenza | 3 |
|
5. |
Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet | 3 |
|
6. |
Rettifika (Artikolu 231 tar-Regoli ta' Proċedura) | 4 |
|
7. |
Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura) | 4 |
|
8. |
Azzjonijiet meħuda dwar ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament | 4 |
|
9. |
Mistoqsijiet orali għal tweġiba orali (tressiq) | 4 |
|
10. |
Dokumenti mressqa | 5 |
|
11. |
Ordni tal-ħidma | 8 |
|
12. |
Skambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni *- Ftehim Svizzera-UE dwar l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji * — Taxxa fuq id-dħul mit-tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta' interessi: it-tħassir tad-Direttiva dwar it-Tfaddil * (dibattitu) | 9 |
|
13. |
Il-vjaġġi kollox kompriż (package travel) u arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti ***II (dibattitu) | 10 |
|
14. |
Il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra ***I (dibattitu) | 10 |
|
15. |
Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (dibattitu) | 11 |
|
16. |
Il-Kriżi tal-Ebola: it-tagħlimiet fit-tul (dibattitu) | 12 |
|
17. |
Avviż mill-Presidenza | 12 |
|
18. |
Kwittanza 2013: L-impriża konġunta ARTEMIS — Kwittanza 2013: L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) — Kwittanza 2013: L-Impriża Konġunta ENIAC — Kwittanza 2013: Baġit ġenerali tal-UE — Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (dibattitu) | 12 |
|
19. |
Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika | 13 |
|
20. |
L-aġenda tas-seduta li jmiss | 13 |
|
21. |
Għeluq tas-seduta | 13 |
| REĠISTRU TAL-ATTENDENZA | 14 |
Minuti tas-seduta tas-26 ta' Ottubru 2015
PRESIDENZA: Martin SCHULZ
President
1. Tkomplija tas-sessjoni
Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 17.05.
2. Dikjarazzjoni tal-Presidenza
Il-President għamel dikjarazzjoni dwar l-inċident bil-karozza li seħħ f'Puisseguin (Franza), il-Ġimgħa, 23 ta' Ottubru 2015, u li fih mietu 43 persuna. Il-President ta l-kondoljanzi tal-Parlament lill-familjari tal-vittmi.
3. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
Alberto Cirio kien preżenti fis-seduta tal-14 ta' Ottubru 2015, iżda ismu ma jidhirx fil-lista tal-attendenza.
Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.
Siôn Simon kien preżenti fis-seduti tat-28/01/2015, tal-25/03/2015 u tal-15/04/2015 iżda ismu ma jidhirx fil-lista tal-attendenza.
Siôn Simon informa li kien preżenti fis-seduti tat-12/01/2015 u tal-25/02/2015 iżda li ismu ma jidhirx fil-lista tal-attendenza.
4. Avviż mill-Presidenza
Il-President jikkomunika li ddeċieda jimponi sanzjonijiet fuq Janusz Korwin-Mikke u fuq Gianluca Buonanno peress li xekklu x-xogħlijiet tal-Parlament, rispettivament fis-7 ta' Lulju 2015 u fit-8 ta' Settembru 2015, u fis-6 u fis-7 ta' Ottubru 2015. Is-sanzjonijiet jikkonsistu, l-ewwel nett, fit-telf tad-dritt għall-allowance tas-sussistenza għal perjodu ta' 10 ijiem u, it-tieni nett, f'sospensjoni tal-parteċipazzjoni fl-attivitajiet kollha tal-Parlament u tal-organi tiegħu, ukoll għal perjodu ta' għaxart ijiem, b'mod konformi mal-Artikolu 166 tar-Regolament. Id-deċiżjoni ġiet notifikata lill-partijiet ikkonċernati.
Il-President jippreċiża li Janusz Korwin-Mikke u Gianluca Buonanno ppreżentaw rikors intern b'mod konformi mal-Artikolu 167 tar-Regoli ta' Proċedura. Il-Bureau ser jiddeċiedi illejla dwar l-imsemmi rikors.
5. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
Il-President irċieva mill-Grupp ENF u minn Membri mhux affiljati t-talbiet ta ħatra li ġejjin:
|
— |
Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Euronest: Béla Kovács ħalla s-siġġu tiegħu |
|
— |
Kumitat DEVE: Nicolas Bay. |
Dawn il-ħatriet ser jitqiesu ratifikati jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta' dawn il-Minuti.
6. Rettifika (Artikolu 231 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-Kumitat IMCO bagħat din ir-rettifika ta' test adottat mill-Parlament Ewropew:
Rettifika (P6_TA(2009)0092(COR1)) għar-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1) (pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta' Marzu 2009 bil-ħsieb tal-adozzjoni għar-Regolament P6_TA(2009)0092 (ĠU C 87 E, 1.4.2010, p. 190) (COM(2008)0316 — C6-0210/2008 — 2008/0100(COD))
Ir-rettifika hija disponibbli fuq is-sit Europarl għal kemm iddum din is-sessjoni parzjali.
Bi qbil mal-Artikolu 231(4) tar-Regoli ta' Proċedura, din ir-rettifika titqies approvata sakemm fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa, grupp politiku jew grupp ta' mill-inqas erbgħin Membru ma jitlobx li ssir votazzjoni dwarha.
7. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar mercredi 28 octobre 2015 se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:
|
— |
Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1343/2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) (00060/2015/LEX — C8-0318/2015 — 2014/0213(COD)) |
|
— |
Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (00043/2015/LEX — C8-0311/2015 — 2014/0180(COD)). |
Intervent ta': Matt Carthy dwar l-inċendju li kkawża għaxart imwiet f'żona ta' waqfien għall-vjaġġaturi qrib Dublin fl-10 ta' Ottubru 2015, u dwar il-mewt ta' Tony Golden, membru tal-forzi tal-pulizija Irlandiżi, waqt il-qadi ta' dmiru fil-11 ta' Ottubru 2015. Matt Carthy jitlob li l-kondoljanzi tal-istituzzjoni lill-familji tal-vittmi jiddaħħlu fil-minuti preżenti (Il-President ħa nota ta' dan).
Intervent ta': João Ferreira biex isaqsi dwar il-kriterji użati bħala bażi għad-deċiżjonijiet tas-servizzi tal-Parlament rigward ir-raġuni għall-urġenza ta' mistoqsijiet b'talba għal tweġiba bil-miktub supplimentari mressqa mill-Membri (Il-President jirreferi għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 130 tar-Regoli ta' Proċedura, approvata mill-plenarja, u jippreċiża li bħalissa għaddejja analiżi tal-mistoqsija).
8. Azzjonijiet meħuda dwar ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament
Il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda fir-rigward tar-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament matul is-sessjonijiet parzjali ta' April II 2015 u Mejju I 2015 hija disponibbli fuq is-sit Europarl.
9. Mistoqsijiet orali għal tweġiba orali (tressiq)
Il-mistoqsijiet orali għal tweġiba orali li ġejjin tressqu mill-Membri (Artikolu 128 tar-Regoli ta Proċedura):
|
— |
(O-000106/2015) mressqa minn Claude Moraes, f'isem il-Kumitat LIBE, lill-Kunsill: Pakkett Fruntieri Intelliġenti (2015/2868(RSP)) (B8-0766/2015) |
|
— |
(O-000107/2015) mressqa minn Claude Moraes, f'isem il-Kumitat LIBE, lill-Kummissjoni: Fruntieri Intelliġenti (2015/2868(RSP)) (B8-0767/2015) |
|
— |
(O-000111/2015) mressqa minn Pavel Svoboda, f'isem il-Kumitat JURI u Michael Cramer f'isem il-Kumitat TRAN, lill-Kummissjoni: Seduta ta' smigħ dwar il-bidliet fil-ħin tas-sajf fl-Ewropa (2015/2722(RSP)) (B8-0768/2015) |
|
— |
(O-000114/2015) mressqa minn Claude Moraes, f'isem il-Kumitat LIBE, lill-Kunsill: Is-segwitu għar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2014 dwar is-sorveljanza elettronika tal-massa taċ-ċittadini tal-UE (2015/2635(RSP)) (B8-0769/2015) |
|
— |
(O-000115/2015) mressqa minn Claude Moraes, f'isem il-Kumitat LIBE, lill-Kummissjoni: Is-segwitu għar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2014 dwar is-sorveljanza elettronika tal-massa taċ-ċittadini tal-UE (2015/2635(RSP)) (B8-0770/2015) |
|
— |
(O-000118/2015) mressqa minn Michael Cramer, f'isem il-Kumitat TRAN, lill-Kummissjoni: Żvilupp ta' teknoloġija bbażata fuq is-satellita għall-possibilità ta' sistemi globali ta' traċċar ta' titjiriet (2015/2857(RSP)) (B8-1101/2015) |
|
— |
(O-000121/2015) mressqa minn Thomas Händel, f'isem il-Kumitat EMPL, lill-Kunsill: Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-integrazzjoni tal-persuni qiegħda fit-tul fis-suq tax-xogħol (2015/2820(RSP)) (B8-1102/2015) |
|
— |
(O-000127/2015) mressqa minn Iskra Mihaylova, f'isem il-Kumitat REGI, lill-Kummissjoni: Lejn orjentazzjoni simplifikata u ta' prestazzjoni fil-politika ta' koeżjoni għall-2014-2020 (2015/2772(RSP)) (2015/2772(RSP)) (B8-1103/2015) |
10. Dokumenti mressqa
Tressqu d-dokumenti segwenti:
|
1) |
mill-Kunsill u mill-Kummissjoni
|
|
2) |
mill-kumitati parlamentari
|
11. Ordni tal-ħidma
L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' Ottubru III (PE 570.418/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 152 tar-Regoli ta' Proċedura):
It-Tnejn
Ma ġiet proposta l-ebda bidla.
It-Tlieta u L-Erbgħa
Bi qbil mal-gruppi politiċi, il-President jipproponi ż-żewġ emendi segwenti:
Id-dikjarazzjonijiet tal-Viċi President tal-Kummissjoni u Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar is-sitwazzjoni fl-Iżrael u fil-Palestina (punt 105 tal-Abbozz definittiv tal-aġenda), u fuq is-sitwazzjoni fin-Nofsinhar tas-Sudan (punt 93 tal-Abbozz definittiv tal-aġenda), ser jitressqu mill-Erbgħa wara nofsinhar sal-Ħamis wara nofsinhar, wara d-dibattitu tal-baġit.
Id-dibattiti fuq id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-“Prospettivi u rieżami tal-istrateġija UE 2020”(punt 96 tal-Abbozz definittiv tal-aġenda) u fuq ir-rapport Renato Soru fuq “It-trasparenza ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli” (A8-0120/2015) (punt 53 tal-Abbozz definittiv tal-aġenda) ser jiġu posposti mit-Tlieta wara nofsinhar għal Erbgħa filgħaxija, sa qabel id-dibattitu fuq id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fuq l-“Aċċess għall-finanzjament għall-SMEs”(punt 94 tal-Abbozz definittiv tal-aġenda).
Il-Parlament approva l-modifiki.
Intervent ta': Paul Rübig, biex jitlob li l-ħin tal-votazzjoni tal-Ħamis jitmexxa “l quddiem b'”nofs siegħa.
Talba tal-grupp PPE biex tiġi inkluża fl-aġenda ta' wara nofsinħar, dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar il-Georgia, partikolarment is-sitwazzjoni tal-istazzjon televiżiv Rustavi 2, bit-tressiq tal-mozzjonijiet għal reżoluzzjoni.
Interventi ta': Elmar Brok f'isem il-Grupp PPE, li mmotiva t-talba, u Heidi Hautala, kontra t-talba.
B'VE (122 favur, 168 kontra, 35 astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.
Talba tal-grupp GUE/NGL biex tiġi inkluża fl-aġenda ta' wara nofsinħar, dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar “Il-Mixja l-Ħadra fil-Punent tas-Saħara, erbgħin sena wara”.
Interventi ta': Lola Sánchez Caldentey f'isem il-Grupp GUE/NGL, li mmotivat it-talba, Philippe Lamberts, li jipproponi li dan id-dibattitu jseħħ fis-sessjoni parzjali li jmiss f'Brussell, u Cristian Dan Preda, kontra t-talba tal-GUE/NGL.
Lola Sánchez Caldentey taqbel mal-proposta ta' Philippe Lamberts. Il-President stieden lill-Gabriele Zimmer, kap tal-grupp GUE/NGL, biex tressaq proposta f'dan is-sens fil-Konferenza tal-presidenti li jmiss.
Il-Ħamis
Il-Parlament qabel mal-proposta ta' Paul Rübig. Il-ħin tal-votazzjoni tal-Ħamis b'hekk ser jitressqu b'nofs siegħa, u d-dibattiti li jippreċeduh ser jitnaqqsu b'dan l-ammont ta' ħin.
Interventi ta': Fabio Massimo Castaldo u Anne Sander.
L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.
12. Skambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni *- Ftehim Svizzera-UE dwar l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji * — Taxxa fuq id-dħul mit-tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta' interessi: it-tħassir tad-Direttiva dwar it-Tfaddil * (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni [COM(2015)0135 — C8-0085/2015 — 2015/0068(CNS)] — Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Markus Ferber (A8-0306/2015)
Rapport dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jipprovdi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni fuq id-dħul mit-tfaddil taħt forma ta' imgħaxijiet [08266/2015 — C8-0169/2015 — 2015/0076(NLE)] — Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Jeppe Kofod (A8-0271/2015)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE [COM(2015)0129 — C8-0086/2015 — 2015/0065(CNS)] — Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Molly Scott Cato (A8-0299/2015)
Markus Ferber (rapporteur) ippreżenta r-rapport.
PRESIDENZA: Anneli JÄÄTTEENMÄKI
Viċi President
Elisa Ferreira (sostituta tar-rapporteur Jeppe Kofod) u Molly Scott Cato, li wieġbet ukoll mistoqsija “karta blu” ta' Tibor Szanyi, ippreżentaw ir-rapporti.
Intervent ta': Pierre Moscovici (Membru tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Andreas Schwab f'isem il-Grupp PPE, Peter Simon f'isem il-Grupp S&D, Sander Loones f'isem il-Grupp ECR, Petr Ježek f'isem il-Grupp ALDE, Marisa Matias f'isem il-Grupp GUE/NGL, Eva Joly f'isem il-Grupp Verts/ALE, Marco Zanni f'isem il-Grupp EFDD, Barbara Kappel f'isem il-Grupp ENF, Ivana Maletić, Hugues Bayet, Bernd Lucke, Michael Theurer, Miguel Viegas, li wieġeb ukoll mistoqsija “karta blu” ta' Bill Etheridge, Patrick O'Flynn, Luděk Niedermayer, Olle Ludvigsson, Pirkko Ruohonen-Lerner, Sylvie Goulard u Fabio De Masi.
PRESIDENZA: Antonio TAJANI
Viċi President
Interventi ta': Theodor Dumitru Stolojan, Othmar Karas u Tom Vandenkendelaere.
Interventi skont il-proċedura “catch the eye” ta': Nicola Caputo, Romana Tomc, Notis Marias, Ivan Jakovčić, Igor Šoltes, Maria Spyraki u Doru-Claudian Frunzulică.
Interventi ta': Pierre Moscovici, Markus Ferber, Peter Simon (sostitut tar-rapporteur Jeppe Kofod) u Molly Scott Cato.
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: punt 5.10 tal-Minuti ta' 27.10.2015, punt 5.2 tal-Minuti ta' 27.10.2015 u punt 5.3 tal-Minuti ta' 27.10.2015.
13. Il-vjaġġi kollox kompriż (package travel) u arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti ***II (dibattitu)
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li tiġi adottata direttiva tal-Parlement Ewropew u tal-Kunsill dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE [09173/3/2015 — C8-0281/2015 — 2013/0246(COD)] — Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Birgit Collin-Langen (A8-0297/2015)
Birgit Collin-Langen ippreżentat ir-rakkomandazzjoni għat-tieni qari.
Intervent ta': Pierre Moscovici (Membru tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Andreas Schwab f'isem il-Grupp PPE, li wieġeb ukoll mistoqsija “karta blu” ta' Paul Rübig, Sergio Gaetano Cofferati f'isem il-Grupp S&D, Anneleen Van Bossuyt f'isem il-Grupp ECR, Dita Charanzová f'isem il-Grupp ALDE, Igor Šoltes f'isem il-Grupp Verts/ALE, Margot Parker f'isem il-Grupp EFDD, Franz Obermayr f'isem il-Grupp ENF, Ildikó Gáll-Pelcz, Evelyne Gebhardt, Daniel Dalton, Carlos Coelho, Catherine Stihler, Maria Grapini u Bogusław Liberadzki.
Interventi skont il-proċedura “catch the eye” ta': Othmar Karas, Nicola Caputo, Notis Marias, Ivan Jakovčić, Dubravka Šuica u Doru-Claudian Frunzulică.
Interventi ta': Pierre Moscovici u Birgit Collin-Langen.
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: punt 5.7 tal-Minuti ta' 27.10.2015.
14. Il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra ***I (dibattitu)
Rapport dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra [COM(2014)0001 — C7-0014/2014 — 2014/0005(COD)] — Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Marietje Schaake (A8-0267/2015)
Marietje Schaake ippreżentat ir-rapport.
Intervent ta': Cecilia Malmström (Membru tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Barbara Lochbihler (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AFET), Santiago Fisas Ayxelà f'isem il-Grupp PPE, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández f'isem il-Grupp S&D, Sander Loones f'isem il-Grupp ECR, Lola Sánchez Caldentey f'isem il-Grupp GUE/NGL, Ska Keller f'isem il-Grupp Verts/ALE, Tiziana Beghin f'isem il-Grupp EFDD, Georgios Epitideios Membru mhux affiljat, Jarosław Wałęsa, Alessia Maria Mosca u Pedro Silva Pereira.
Interventi skont il-proċedura “catch the eye” ta': José Inácio Faria, Doru-Claudian Frunzulică, Notis Marias u Nicola Caputo.
Interventi ta': Cecilia Malmström u Marietje Schaake.
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: punt 5.9 tal-Minuti ta' 27.10.2015.
15. Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (dibattitu)
Rapport dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej [2014/2257(INI)] — Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali. Rapporteur: György Schöpflin (A8-0284/2015)
György Schöpflin ippreżenta r-rapport.
Intervent ta': Frans Timmermans (l-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Sylvia-Yvonne Kaufmann (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat JURI), Beatriz Becerra Basterrechea (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat PETI), Pál Csáky f'isem il-Grupp PPE, Mercedes Bresso f'isem il-Grupp S&D, Kazimierz Michał Ujazdowski f'isem il-Grupp ECR, Charles Goerens f'isem il-Grupp ALDE, Barbara Spinelli f'isem il-Grupp GUE/NGL, Josep-Maria Terricabras f'isem il-Grupp Verts/ALE, Fabio Massimo Castaldo f'isem il-Grupp EFDD, u Gerolf Annemans f'isem il-Grupp ENF.
PRESIDENZA: Rainer WIELAND
Viċi President
Interventi ta': Zoltán Balczó Membru mhux affiljat, li wieġeb ukoll mistoqsija “karta blu” ta' David Coburn, Dubravka Šuica, Claudia Tapardel, Notis Marias, Pascal Durand, Milan Zver, Marlene Mizzi u Arne Gericke.
Interventi skont il-proċedura “catch the eye” ta': Anna Záborská, Ramón Jáuregui Atondo, Branislav Škripek, João Ferreira, Igor Šoltes, Jonathan Arnott u Franz Obermayr.
Interventi ta': Frans Timmermans u György Schöpflin.
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: punt 7.8 tal-Minuti ta' 28.10.2015.
16. Il-Kriżi tal-Ebola: it-tagħlimiet fit-tul (dibattitu)
Rapport dwar il-Kriżi tal-Ebola: it-tagħlimiet fit-tul u kif jistgħu jisssaħħu s-sistemi tas-saħħa fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jiġu evitati kriżijiet futuri [2014/2204(INI)] — Kumitat għall-Iżvilupp. Rapporteur: Charles Goerens (A8-0281/2015)
Charles Goerens ippreżenta r-rapport.
Intervent ta': Christos Stylianides (Membru tal-Kummissjoni).
Intervent ta': Josu Juaristi Abaunz (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ENVI).
PRESIDENZA: Ioan Mircea PAȘCU
Viċi President
Interventi ta': Maurice Ponga f'isem il-Grupp PPE, Norbert Neuser f'isem il-Grupp S&D, Arne Gericke f'isem il-Grupp ECR, Lola Sánchez Caldentey f'isem il-Grupp GUE/NGL, Maria Heubuch f'isem il-Grupp Verts/ALE, Nathan Gill f'isem il-Grupp EFDD, Jean-Luc Schaffhauser f'isem il-Grupp ENF, Bogdan Brunon Wenta, Linda McAvan u Cristian Dan Preda.
Interventi skont il-proċedura “catch the eye” ta': Cristian-Silviu Bușoi, Caterina Chinnici, Notis Marias, João Ferreira, Michèle Rivasi u Jonathan Arnott.
Interventi ta': Christos Stylianides u Charles Goerens.
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: punt 5.15 tal-Minuti ta' 27.10.2015.
17. Avviż mill-Presidenza
Kif iddikjarat mill-President meta tkompliet is-sessjoni, (punt 4 tal-Minuti ta' 26.10.2015), il-Bureau eżamina r-rikors ippreżentat minn Janusz Korwin-Mikke u minn Gianluca Buonanno u kkonferma s-sanzjonijiet imposti fuq iż-żewġ Membri. Konsegwentement, l-imsemmija sanzjonijiet japplikaw minn għada.
18. Kwittanza 2013: L-impriża konġunta ARTEMIS — Kwittanza 2013: L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) — Kwittanza 2013: L-Impriża Konġunta ENIAC — Kwittanza 2013: Baġit ġenerali tal-UE — Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (dibattitu)
Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2013 [COM(2014)0510 — C8-0208/2014 — 2014/2132(DEC)] — Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Ryszard Czarnecki (A8-0283/2015)
Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2013 [COM(2014)0510 — C8-0201/2014 — 2014/2125(DEC)] — Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Ryszard Czarnecki (A8-0282/2015)
It-tieni rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013 [COM(2014)0510 — C8-0211/2014 — 2014/2135(DEC)] — Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Ryszard Czarnecki (A8-0285/2015)
Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima II — Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill [COM(2014)0510 — C8-0148/2014 — 2014/2079(DEC)] — Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Ryszard Czarnecki (A8-0269/2015)
Ryszard Czarnecki ippreżenta r-rapporti.
Intervent ta': Christos Stylianides (Membru tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Marian-Jean Marinescu f'isem il-Grupp PPE, Derek Vaughan f'isem il-Grupp S&D, Nedzhmi Ali f'isem il-Grupp ALDE, Igor Šoltes f'isem il-Grupp Verts/ALE, Jonathan Arnott f'isem il-Grupp EFDD, Tomáš Zdechovský, Zigmantas Balčytis, Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle u Franc Bogovič.
Intervent skont il-proċedura “catch the eye” ta': Notis Marias.
Interventi ta': Christos Stylianides u Ryszard Czarnecki.
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: punt 5.11 tal-Minuti ta' 27.10.2015, punt 5.12 tal-Minuti ta' 27.10.2015, punt 5.13 tal-Minuti ta' 27.10.2015 u punt 5.14 tal-Minuti ta' 27.10.2015.
19. Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura:
Claude Rolin, Damian Drăghici, Notis Marias, Neoklis Sylikiotis, Igor Šoltes, Piernicola Pedicini, Laurențiu Rebega, Krisztina Morvai, József Nagy, Clara Eugenia Aguilera García, Marek Jurek, Miguel Viegas, Josep-Maria Terricabras, Fabio Massimo Castaldo, Anna Záborská, Nicola Caputo, Javier Couso Permuy, James Carver, Marijana Petir, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Cristian-Silviu Bușoi, Péter Niedermüller, Milan Zver, Csaba Molnár, Jaromír Štětina, Neena Gill, Franc Bogovič u Ivana Maletić.
20. L-aġenda tas-seduta li jmiss
L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument “Aġenda” PE 570.418/OJMA).
21. Għeluq tas-seduta
Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 23.20.
Klaus Welle
Segretarju Ġenerali
Martin Schulz
President
tas-26 ta' Ottubru 2015
REĠISTRU TAL-ATTENDENZA
Preżenti:
Adaktusson, Adinolfi, Affronte, Agea, Agnew, Aguilera García, Aiuto, Aker, Albrecht, Ali, Alliot-Marie, Anderson Lucy, Anderson Martina, Andersson, Androulakis, Annemans, Arena, Arnautu, Arnott, Arthuis, Ashworth, Assis, Atkinson, Auken, Auštrevičius, Ayuso, van Baalen, Bach, Balas, Balčytis, Balczó, Bashir, Batten, Bay, Bayet, Bearder, Becerra Basterrechea, Becker, Beghin, Belder, Bendtsen, Berès, Bergeron, Bilde, Bizzotto, Blanco López, Blinkevičiūtė, Bocskor, Böge, Bogovič, Boni, Borghezio, Borrelli, Borzan, Boștinaru, Bours, Boutonnet, Bové, Brannen, Bresso, Briano, Briois, Brok, Buchner, Buda, Bullmann, Bușoi, Bütikofer, Cabezón Ruiz, Calvet Chambon, van de Camp, Campbell Bannerman, Caputo, Carthy, Carver, Casa, Caspary, Castaldo, Cavada, Charanzová, Chauprade, Childers, Chinnici, Chountis, Christensen, Christoforou, Chrysogonos, Cicu, Cirio, Coburn, Coelho, Cofferati, Collin-Langen, Collins, Comi, Comodini Cachia, Corbett, Costa, Couso Permuy, Cozzolino, Cramer, Csáky, Czarnecki, Czesak, van Dalen, Dalli, Dalton, D'Amato, Dance, Dăncilă, Danti, (The Earl of) Dartmouth, De Backer, De Castro, Delahaye, Deli, Delli, Delvaux, De Masi, Demesmaeker, De Monte, Denanot, Deprez, de Sarnez, Deß, Deutsch, Deva, Dodds Diane, Dorfmann, D'Ornano, Drăghici, Duncan, Durand, Eck, Eickhout, Engström, Epitideios, Erdős, Eriksson, Ernst, Ertug, Etheridge, Evans, Evi, Fajon, Farage, Faria, Federley, Ferber, Fernandes, Fernández, Ferrand, Ferreira Elisa, Ferreira João, Finch, Fisas Ayxelà, Flanagan, Flašíková Beňová, Fleckenstein, Florenz, Fontana, Ford, Forenza, Foster, Fotyga, Fountoulis, Fox, Freund, Frunzulică, Gabriel, Gahler, Gál, Gáll-Pelcz, García Pérez, Gardiazabal Rubial, Gardini, Gasbarra, Gebhardt, Geier, Gentile, Gerbrandy, Gericke, Geringer de Oedenberg, Giegold, Gierek, Gieseke, Gill Nathan, Gill Neena, Girauta Vidal, Girling, Giuffrida, Goerens, Gomes, González Pons, Gosiewska, Goulard, de Graaff, Grammatikakis, de Grandes Pascual, Grapini, Gräßle, Graswander-Hainz, Griesbeck, Griffin, Grigule, Gróbarczyk, Groote, Grossetête, Grzyb, Gualtieri, Guerrero Salom, Guillaume, Guteland, Gutiérrez Prieto, Gyürk, Hadjigeorgiou, Händel, Hannan, Harkin, Häusling, Hautala, Hayes, Hazekamp, Hedh, Helmer, Henkel, Herranz García, Hetman, Heubuch, Hoffmann, Hökmark, Hölvényi, Honeyball, Hookem, Hortefeux, Howitt, Hübner, Hudghton, Huitema, Hyusmenova, in 't Veld, Iotova, Iturgaiz, Ivan, Iwaszkiewicz, Jaakonsaari, Jäätteenmäki, Jadot, Jahr, Jakovčić, Jalkh, James, Jáuregui Atondo, Jazłowiecka, Ježek, Joly, Jongerius, Juaristi Abaunz, Jurek, Juvin, Kadenbach, Kalinowski, Kallas, Kalniete, Kamall, Kammerevert, Kappel, Karas, Karim, Kariņš, Karlsson, Karski, Kaufmann, Kefalogiannis, Kelam, Keller Jan, Keller Ska, Kelly, Khan, Kirkhope, Kirton-Darling, Koch, Kölmel, Korwin-Mikke, Köster, Köstinger, Kouloglou, Kovács, Kovatchev, Kozłowska-Rajewicz, Krasnodębski, Krehl, Kudrycka, Kuhn, Kukan, Kumpula-Natri, Kuneva, Kuźmiuk, Kyllönen, Kyrkos, Kyrtsos, Kyuchyuk, Lamassoure, Lambert, Landsbergis, Lange, Langen, Lauristin, La Via, Lavrilleux, Lebreton, Le Grip, Legutko, Le Hyaric, Lenaers, Lewandowski, Lewer, Liberadzki, Liese, Lietz, Lins, Lochbihler, Loiseau, Loones, Lope Fontagné, López Aguilar, López Bermejo, López-Istúriz White, Lösing, Lucke, Ludvigsson, Łukacijewska, Lunacek, Lundgren, Łybacka, McAvan, McClarkin, McGuinness, Mach, McIntyre, Macovei, Maletić, Malinov, Maltese, Mamikins, Mănescu, Maňka, Mann, Maragall, Marias, Marinescu, Marinho e Pinto, Martin David, Martin Dominique, Martin Edouard, Martusciello, Marusik, Maštálka, Matias, Maura Barandiarán, Maurel, Mavrides, Mayer, Mazuronis, Meissner, Mélenchon, Melior, Melo, Messerschmidt, Metsola, Michel, Michels, Mikolášik, Millán Mon, van Miltenburg, Mineur, Mizzi, Moi, Moisă, Molnár, Monot, Monteiro de Aguiar, Montel, Moody, Moraes, Morgano, Morin-Chartier, Morvai, Mosca, Müller, Mureșan, Muselier, Mussolini, Nagy, Negrescu, Nekov, Neuser, Nica, Nicholson, Nicolai, Niebler, Niedermayer, Niedermüller, Nilsson, Ní Riada, van Nistelrooij, Noichl, Novakov, Nuttall, Obermayr, O'Flynn, Olbrycht, Omarjee, Ożóg, Pabriks, Paet, Pagazaurtundúa Ruiz, Paolucci, Papadakis Konstantinos, Papadimoulis, Parker, Pașcu, Paunova, Pavel, Pedicini, Peillon, Peterle, Petersen, Petir, Piecha, Pieper, Pietikäinen, Piotrowski, Piri, Pirinski, Pitera, Pittella, Plura, Poc, Pogliese, Ponga, Poręba, Pospíšil, Preda, Pretzell, Preuß, Radoš, Rebega, Reda, Reding, Regner, Reid, Reimon, Reintke, Reul, Ribeiro, Rivasi, Rochefort, Rodrigues Liliana, Rodrigues Maria João, Rodríguez-Piñero Fernández, Rodust, Rohde, Rolin, Ropė, Rosati, Ruas, Rübig, Ruohonen-Lerner, Saïfi, Sakorafa, Salini, Salvini, Sánchez Caldentey, Sander, Sant, Sârbu, Sarvamaa, Saryusz-Wolski, Sassoli, Schaake, Schaffhauser, Schaldemose, Schlein, Schmidt, Scholz, Schöpflin, Schreijer-Pierik, Schulz, Schulze, Schuster, Schwab, Scott Cato, Sebastià, Sehnalová, Selimovic, Senra Rodríguez, Sernagiotto, Serrão Santos, Seymour, Siekierski, Silva Pereira, Simon Peter, Simon Siôn, Sippel, Škripek, Škrlec, Smith, Smolková, Sógor, Šojdrová, Šoltes, Sommer, Spinelli, Spyraki, Staes, Stanishev, Starbatty, Štefanec, Steinruck, Štětina, Stevens, Stihler, Stolojan, von Storch, Stuger, Šuica, Šulin, Svoboda, Swinburne, Sylikiotis, Synadinos, Szájer, Szanyi, Szejnfeld, Tajani, Takkula, Tamburrano, Tănăsescu, Tannock, Tapardel, Tarabella, Tarand, Taylor, Telička, Terricabras, Theocharous, Theurer, Thomas, Thun und Hohenstein, Toia, Tőkés, Tomaševski, Tomc, Torres Martínez, Torvalds, Tošenovský, Trebesius, Troszczynski, Țurcanu, Ujazdowski, Ujhelyi, Ungureanu, Urutchev, Vaidere, Vajgl, Valcárcel Siso, Valero, Valli, Vana, Van Bossuyt, Vandenkendelaere, Van Orden, Vaughan, Vautmans, Väyrynen, Verheyen, Viegas, Vilimsky, Viotti, Virkkunen, Vistisen, Voigt, Voss, Vozemberg-Vrionidi, Wałęsa, Weber Renate, Weidenholzer, von Weizsäcker, Wenta, Werner, Westphal, Wieland, Wikström, Willmott, Winberg, Winkler Iuliu, Wiśniewska, Záborská, Zala, Zanni, Zanonato, Zdechovský, Zdrojewski, Zemke, Zijlstra, Zimmer, Žitňanská, Złotowski, Zoffoli, Żółtek, Zorrinho, Zuber, Zullo, Zver, Zwiefka
Skużati:
Crowley, Konečná, Picierno, Vălean, Winkler Hermann, Woolfe, Zagorakis