9.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 412/27


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8249 — SHV/Deli Home and Garden)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 412/08)

1.

Fil-31 ta’ Ottubru 2016, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża SHV Holdings (“SHV”, il-Pajjiżi l-Baxxi) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-impriża N.V. Deli Home and Garden kollha kemm hi (“Deli”, il-Pajjiżi l-Baxxi) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal SHV: il-kummerċ u d-distribuzzjoni tal-LPG, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt u tal-gass, bejgħ bl-imnut self-service, trasport tqil, servizzi industrijali, nutrizzjoni tal-annimali u għalf tal-ħut, u attivitajiet ta’ ekwità prfivata,

—   għal Deli: fornitur ta’ materjal kostruttiv u dekorattiv għall-bini tad-djar u l-ġonna lil katini tad-Do-It-Yourself (“DIY”) u ċentri ta’ ġonna madwar l-Ewropa. Deli tissupplixxi wkoll lir-rivendituri (resellers) minn negozju għal negozju (business to business, “B2B”) bħan-negozjanti tal-bennejja, bejjiegħa mill-ġdid ta’ provvisti għat-tisbiħ tal-pajsaġġ (landscaping) u ħwienet speċjalizzati.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8249 — SHV/Deli Home and Garden, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.