27.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 396/2


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2016/C 396/02)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha, bl-iskop li tgħarraf lill-pubbliku u lill-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni, dment li ċerti kundizzjonijiet ikunu ssodisfati, b’mod partikolari li tintuża biss id-denominazzjoni ta’ EUR 2. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ferm f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż tal-ħruġ : Il-Greċja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : 150 sena mill-Għoti tan-Nar lill-Monasteru ta’Arkadi

Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn jinkludi l-Monasteru ta’ Arkadi. Fiċ-ċentru, hemm imnaqqax il-kliem “MONASTERU TA’ ARKADI” u man-naħa tax-xellug tal-bordura ta’ ġewwa “REPUBBLIKA ELLENIKA”, bil-Grieg. Fil-parti ta’ fuq fin-naħa tal-lemin tidher is-sena ta’ ħruġ “2016” u taħt l-iskrizzjoni tan-nofs tidher palmetta (il-marka taz-Zekka tal-Greċja). Fil-parti ta’ isfel fuq il-lemin hemm imnaqqxa l-monogramma tal-artist (George Stamatopoulos).

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita jirraffigura t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu : massimu ta’ 750 000

Data tal-ħruġ : Ir-raba’ trimestru tal-2016


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).