26.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 394/7 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8177 — AMC UK/Odeon and UCI Cinemas)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 394/06)
1. |
Fid-19 ta' Ottubru 2016, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża AMC Entertainment Holdings Inc. (l-Istati Uniti), proprjetà ta' Dalian Wanda Group (ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta' Odeon and UCI Cinemas (ir-Renju Unit) permezz tax-xiri ta' ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal AMC: AMC hija attiva fis-servizzi ta' wirjiet ċinematografiċi fl-Istati Uniti tal-Amerika u r-Renju Unit. Hija topera 386 ċinema, li l-biċċa l-kbira minnhom jinsabu fl-Istati Uniti u wieħed biss jinsab fl-Ewropa. Hija għandha wkoll interessi fir-reklamar fuq l-iskrin taċ-ċinema u f'attivitajiet ta' distribuzzjoni tal-films fl-Istati Uniti, għalkemm hija stess ma tidħolx f'dan in-negozju b'mod dirett. — għal Odeon and UCI Cinemas: Odeon and UCI Cinemas topera 242 ċinema taħt l-ismijiet kummerċjalli Odeon, UCI, UCI Kinowelt u Cinesa fir-Renju Unit, l-Irlanda, Spanja, il-Portugall, l-Italja, il-Ġermanja u l-Awstrija. Odeon għandha wkoll numru ta’ impriżi konġunti f'oqsma anċillari għal servizzi ta’ wirjiet ċinematografiċi, inkluża kumpanija tar-reklamar fuq l-iskrin taċ-ċinema u impriża konġunta tad-distribuzzjoni tal-films ibbażata fir-Renju Unit u pjattaforma ta' bejgħ ta' biljetti online fil-Ġermanja. Odeon għandha interess limitat f'servizzi ta' wirjiet ċinematografiċi fiċ-Ċina. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'din in-Notifika. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jippreżentaw il-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) bl-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bir-referenza M.8177 — AMC UK/Odeon and UCI Cinemas, f'dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.