15.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/17


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8083 — Merck/Sanofi Pasteur MSD)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 382/04)

1.

Fis-7 ta’ Ottubru 2016, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Merck &Co., Inc. (“Merck”, l-Istati Uniti tal-Amerka) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Sanofi Pasteur MSD SNC (“SPMSD”, Franza), li hija attwalment ikkontrollata b’mod konġunt minn Merck u Sanofi Pasteur SA, permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Merck: kumpanija tal-kura tas-saħħa attiva globalment fil-qasam tal-farmaċewtika inklużi trattamenti kontra d-dijabete, il-kanċer, tilqim, u kura akuta fl-isptarijiet, is-saħħa tal-annimali, alleanzi u servizzi ta’ kura tas-saħħa,

—   għal SPMSD: attiva fl-iżvilupp u fil-kummerċjalizzazzjoni tat-tilqim għal bniedem fi 18-il pajjiż taż-ŻEE.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jirriżultalha li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jenħtieġ li tittieħed nota tal-fatt li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-osservazzjonijiet li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

L-osservazzjonijiet iridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bl-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bir-referenza M.8083 — Merck/Sanofi Pasteur MSD, fl-indirizz segwenti:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.