13.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/6


Sejħiet għal proposti skont il-programm ta' ħidma pluriennali għal għajnuna finanzjarja fil-qasam tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) — is-settur tat-trasport għall-perjodu 2014-2020

(Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2016) 6388 (1) li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2014) 1921)

(2016/C 374/06)

Id-Direttorat Ġenerali għall-Mobilità u t-Trasport tal-Kummissjoni Ewropea b'dan qed iniedi żewġ sejħiet għal proposti biex jingħataw għotjiet skont il-prijoritajiet u l-objettivi ddefiniti fil-programm ta' ħidma pluriennali għal għajnuna finanzjarja fil-qasam tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) — is-settur tat-trasport:

Il-pakkett CEF-Trasport-2016-MAP-Koeżjoni, b'baġit indikattiv ta' EUR 849,5 miljun.

Il-pakkett CEF-Trasport-2016-MAP-Ġenerali, b'baġit indikattiv ta' EUR 650 miljun.

Il-proposti għandhom jitressqu sas-7 ta' Frar 2017.

It-testi sħaħ tas-sejħiet għal proposti huma disponibbli fuq is-sit web:

https://ec.europa.eu/inea/en/connecting-europe-facility/cef-transport/apply-funding/2016-cef-transport-calls-proposals


(1)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2016) 6388 tas-7 ta' Ottubru 2016 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2014) 1921 tistabbilixxi Programm ta' Ħidma Pluriennali għall-2014 għal għajnuna finanzjarja fil-qasam tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) — is-settur tat-trasport għall-perjodu 2014-2020.