|
6.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 367/2 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8152 — Arkema/Den Braven)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 367/02)
|
1. |
Fit-28 ta’ Settembru 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Arkema S.A. (“Arkema”, Franza) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet DBEW Holding B.V. (“Den Braven”, il-Pajjiżi l-Baxxi) permezz tax-xiri tal-ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — Arkema- produzzjoni, distribuzzjoni u bejgħ mad-dinja kollha ta’ prodotti kimiċi, jiġifieri soluzzjonijiet ta’ kisjiet, speċjalitajiet tal-industrija u materjali bi prestazzjoni għolja, fosthom kolla, siġillanti u fowm tal-PU. — Den Braven- il-manifattura u l-bejgħ mad-dinja kollha ta’ kolla, siġillanti, fowm tal-PU u aerosols tekniċi. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.8152 — Arkema/Den Braven, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).