4.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 365/30


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8198 — Alliance Automotive Group/FPS Distribution)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 365/09)

1.

Fis-27 ta’ Settembru 2016, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Alliance Automotive Group (“AAG”, Franza) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdieni ta’ FPS Distribution (“FPS”, ir-Renju Unit) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

AAG huwa attiv fid-distribuzzjoni bl-ingrossa ta’ spare parts u servizzi ta’ wara l-bejgħ tal-karozzi fi Franza, ir-Renju Unit u l-Ġermanja. AAG jixtri spare parts ta’ vetturi ħfief u kummerċjali minn manifatturi u fornituri tal-parts li huwa jqassam permezz tan-netwerk tiegħu ta’ distributuri (jew li huma proprjetà tal-grupp jew li huma indipendenti) prinċipalment lil garaxxijiet indipendenti,

FPS hija kumpanija azzjonarja. Permezz tat-tliet sussidjarji tagħha (Ferraris Piston Service Ltd, APEC Ltd u BTN Turbocharger Service Ltd), FPS hija attiva fil-forniment u d-distribuzzjoni bl-ingrossa ta’ spare parts tal-karozzi fir-Renju Unit.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8198 — Alliance Automotive Group/FPS Distribution, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).