4.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 365/28


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8184 — CVC/CPPIB/Petco)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 365/07)

1.

Fis-27 ta’ Settembru 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi CVC Capital Partners, flimkien mas-sussidjarji tagħha u CVC Capital Partners Advisory Group Holding u s-sussidjarji tagħha (“CVC Group”, il-Lussemburgu) u Kanada Pension Plan Investment Board (“CPPIB”, il-Kanada) jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Petco Holdings, Inc. (“Petco”, l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz ta’ mezzi oħra.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal CVC Group: konsulenza lil u ġestjoni ta’ fondi ta’ investiment li għandhom interessi f’għadd ta’ kumpaniji,

—   għal CPPIB: l-investiment fl-ekwità pubblika u privata, proprjetà immobbli, infrastruttura u strumenti b’introjtu fiss,

—   għal Petco: il-bejgħ bl-imnut ta’ prodotti u servizzi domestiċi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibgħatulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) bl-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bir-referenza M.8184 — CVC/CPPIB/Petco, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.