16.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/10


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8153 — Wilmar/Bunge/Bunge Indo-China Holdings)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 339/13)

1.

Fit-8 ta’ Settembru 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Siteki Investments Pte Ltd (“Siteki”, Singapor), li tappartjeni lill-grupp Wilmar International Limited (“Wilmar”, Singapor), u Bunge Agribusiness Singapore Pte Ltd (“BAS”, Singapor), li tappartjeni lill-grupp Bunge Limited (“Bunge”, l-Istati Uniti tal-Amerika), jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-impriża Bunge Indo-China Holdings Pte. Ltd (“BIC”, il-Vjetnam), li bħalissa hija kontrollata unikament minn BAS, permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għall-grupp Wilmar: negozju agrikolu b’attivitajiet fil-kultivazzjoni tal-palm taż-żejt, it-tifrik taż-żerriegħa li jittieħed iż-żejt minnha, ir-raffinar taż-żejt tal-ikel, it-tħin u rraffinar taz-zokkor, xaħmijiet ta’ speċjalità, manifattura tal-oleokimiċi, il-bijodiżil u fertilizzanti kif ukoll tħin tad-dqiq u r-ross,

—   għall-grupp Bunge: kumpanija tal-ikel u l-kummerċ agrikolu attiva fix-xiri, il-ħażna u l-ipproċessar ta’ ċereali u żrieragħ taż-żejt, il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ zokkor u bijoenerġija, żjut u xaħmijiet li jittieklu, il-ħolqien ta’ prodotti mill-qamħ mitħun, qamħirrum u ross għall-konsumaturi u l-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ prodotti fertilizzanti għall-agrikoltura,

—   għal BIC: l-importazzjoni ta’ fażola tas-sojja mhux raffinata, tħin tas-sojja għall-produzzjoni ta’ żejt mhux raffinat tal-fażola tas-sojja, fażola tas-sojja hull, sojja mitħun u l-għalf grad leċitina għall-bejgħ lill-klijenti fil-Vjetnam.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.8153 — Wilmar/Bunge/Bunge Indo-China Holdings, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.