24.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 308/3


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8104 — HNA Group/Gategroup)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 308/04)

1.

Fis-16 ta’ Awwissu 2016, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha HNA Group Co., Ltd (“HNA”, iċ-Ċina) jakkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku fuq Gategroup Holding Ltd. (“Gategroup”, l-Iżvizzera), permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fl-20 ta’ Mejju 2016.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal HNA: unitajiet ewlenin tal-avjazzjoni, azjendi tal-proprjetà immobbli, servizzi tal-kapital/finanzjarji, it-turiżmu, it-trasport marittimu u l-loġistika tal-katina tal-kesħa tal-prodotti alimentari. HNA huwa primarjament iffokat fuq ir-reġjun taċ-Ċina u tal-Asja, b’xi attivitajiet fl-UE;

—   għal Gategroup: il-forniment ta’ servizzi tal-ikel matul it-titjiriet u bejgħ abbord (inġenji tal-ajru) u - sa ċertu punt - attivitajiet anċillari relatati oħra bħal tagħmir tas-servizz abbord u soluzzjonijiet tal-katina tal-provvista, soluzzjonijiet loġistiċi jew il-ġestjoni ta’ swali tal-ajruporti.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bil-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bir-referenza M.8104 — HNA Group/Gategroup, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).