17.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/12


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8178 — First Reserve/Morrison Utility Services)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 297/11)

1.

Fid-9 ta’ Awwissu 2016, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha FR XIII Foxtrot AIV, L.P. (“First Reserve”, il-Gżejjer Cayman), takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ ta’ Morrison Utility Services Group Limited (“MUS”, ir-Renju Unit) permezz tax-xiri tal-ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

First Reserve huwa grupp ta’ investiment globali privat fl-ekwità u fl-infrastruttura, li jiffoka fuq investimenti fl-industrija tal-enerġija;

MUS huwa fornitur ta’ servizzi stabbilit fir-Renju Unit għal kumpaniji tal-utilitajiet fis-setturi tal-elettriku, tal-gass, tal-ilma u tat-telekomunikazzjoni, li jagħti għajnuna fit-tiġdid, l-immodernizzar u l-manteniment ta’ infrastruttura u ta’ netwerks.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) bl-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.8178 — First Reserve/Morrison Utility Services, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.