16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/2


Kompożizzjoni tal-Awla Manja

(2016/C 296/03)

Fit-13 ta’ Lulju 2016, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li, għall-perijodu bejn l-20 ta’ Settembru 2016 u l-31 ta’ Awwissu 2019 u konformement mal-Artikolu 15(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-ħmistax-il Imħallef li jifformaw l-Awla Manja huma l-President tal-Qorti Ġenerali, il-Viċi President, id-disa’ Presidenti ta’ Awla, iż-żewġ Imħallfin sedenti fil-kulleġġ ġudikanti bi tliet Imħallfin li lilu kienet ġiet assenjata l-kawża inizjalment u ż-żewġ Imħallfin meħtieġa sabiex jikkompletaw dan il-kulleġġ ġudikanti bi tliet Imħallfin li kieku l-kawża kienet ġiet assenjata lil awla komposta minn ħames Imħallfin.