9.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 250/3


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8004 — Akzo Nobel/BASF Industrial Coatings Business)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 250/03)

1.

Fl-4 ta’ Lulju 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża AkzoNobel N.V. (“AkzoNobel”, il-Pajjiżi l-Baxxi), takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tan-negozju tal-koperturi industrijali ta’ BASF SE (“BASF IC”, il-Ġermanja) permezz ta’ xiri ta’ ishma u assi.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal AkzoNobel: attiva fil-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ firxa wiesgħa ta’ żebgħat, koperturi ta’ prestazzjoni u kimiki ta’ speċjalità, attiva globalment,

—   għal BASF IC: manifattura u distribuzzjoni ta’ firxa wiesgħa ta’ koperti industrijali fostom koperti tal-kojl, folji tal-għamara u koperti tal-panewijiet, koperti tar-riħ, koperti protettivi u koperti tat-trasport kummerċjali, attiva globalment.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.8004 — Akzo Nobel/BASF Industrial Coatings Business, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).