|
7.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 246/1 |
AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONI MIFTUĦA
EPSO/AST/138/16 — Tekniċi tal-qasam awdjoviżiv u tal-konferenzi (AST 3)
(2016/C 246 A/01)
Id-data tal-għeluq għar-reġistrazzjoni: Id-9 ta’ Awwissu 2016 f’12:00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza kompetizzjoni miftuħa, ibbażata fuq kwalifiki u testijiet, biex tinħoloq lista ta’ riżerva ta’ 38 kandidat ammessi mill-kompetizzjoni u li minnha l-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jirreklutaw membri ġodda tas-servizz pubbliku bħala “assistenti” (grupp ta’ funzjoni AST).
Dan l-avviż ta’ kompetizzjoni, flimkien mar-regoli ġenerali applikabbli għall-kompetizzjonijiet miftuħa ppubblikati f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 70 A tas-27 ta’ Frar 2015 (http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=OJ%3AC%3A2015%3A070A%3ATOC), jifforma l-qafas legalment vinkolanti għal din il-proċedura tas-selezzjoni. Madankollu, innota li l-ANNESS II għal dawn ir-regoli ġenerali ma japplikax għal din il-kompetizzjoni. Huwa ssostitwit bid-dispożizzjonijiet fl-ANNESS II ta’ dan l-avviż.
LIEMA KOMPITI GĦANDI NISTENNA LI NAGĦMEL?
L-ispeċjalisti tal-qasam awdjoviżiv u tal-konferenzi huma responsabbli għad-disinn, l-installazzjoni u l-ġestjoni ta’ installazzjonijiet tekniċi, biex jipproċessaw l-awdjo u l-vidjow f’faċilitajiet multimedjali/awdjoviżivi jew ta’ konferenza, jew għall-organizzazzjoni tal-appoġġ operattiv għal numru kbir ta’ kmamar għal-laqgħat.
Ara l-ANNESS 1 għal aktar informazzjoni dwar id-dmirijiet tipiċi li għandhom jiġu mwettqa.
JIEN ELIĠIBBLI BIEX NAPPLIKA?
Inti trid tissodisfa dawn il-kundizzjonijiet KOLLHA meta tivvalida l-applikazzjoni tiegħek:
|
Il-kundizzjonijiet ġenerali |
|
||||||
|
Kundizzjonijiet speċifiċi: lingwi |
Għal informazzjoni dwar il-livelli tal-lingwa, ara l-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi (https://europass.cedefop.europa.eu/mt/resources/european-language-levels-cefr) Il-formola ta’ applikazzjoni onlajn tiegħek trid timliha bil-Franċiż, bil-Ġermaniż jew bl-Ingliż . It-tieni lingwa magħżula trid tkun il-Franċiż, il-Ġermaniż jew l-Ingliż . Dawn huma l-lingwi ta’ ħidma prinċipali użati fl-istituzzjonijiet tal-UE u, fl-interessi tas-servizz, ir-rekluti l-ġodda jridu jkunu kapaċi jibdew jaħdmu u jikkomunikaw mal-ewwel b’mod effiċjenti fix-xogħol tagħhom ta’ kuljum f’mill-inqas waħda minn dawn il-lingwi. Ara l-ANNESS II għal aktar informazzjoni dwar il-lingwi meħtieġa għal din il-kompetizzjoni. |
||||||
|
Kundizzjonijiet speċifiċi: kwalifiki u esperjenza ta’ xogħol |
Għal dettalji dwar diplomi, ara l-Anness I tar-regoli ġenerali li jirregolaw il-kompetizzjonijiet miftuħa (http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=OJ:C:2015:070A:TOC) |
KIF NINTGĦAŻEL?
1) Testijiet ta’ Mistoqsijiet b’Għażla ta’ Tweġibiet (MCQ) bil-kompjuter
Jekk in-numru ta’ kandidati jkun ogħla minn ċertu limitu definit mill-EPSO li jaġixxi bħala l-Awtorità tal-Ħatra, il-kandidati kollha li vvalidaw l-applikazzjoni sad-data ta’ għeluq ikunu mistiedna jattendu sensiela ta’ testijiet MCQ bil-kompjuter f’wieħed miċ-ċentri akkreditati tal-EPSO.
Jekk in-numru ta’ kandidati jkun taħt il-limitu , dawn it-testijiet minflok jiġu organizzati fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni (punt 3).
It-testijiet MCQ bil-kompjuter ikunu organizzati kif ġej:
|
It-testijiet |
Lingwa |
Mistoqsijiet |
Tul ta’ ħin |
Marka minima meħtieġa |
|
Raġunament verbali |
Lingwa 1 |
20 mistoqsija |
35 minuta |
10/20 |
|
Raġunament numeriku |
Lingwa 1 |
10 mistoqsijiet |
20 minuta |
Numeriku + astratt flimkien: 10/20 |
|
Raġunament astratt |
Lingwa 1 |
10 mistoqsijiet |
10 minuti |
Dawn it-testijiet huma eliminatorji u ma jgħoddux għat-testijiet l-oħrajn li jsiru fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni.
2) Selezzjoni abbażi tal-kwalifiki
L-ewwel nett, ir-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà se jiġu vverifikati fuq il-bażi tad-dejta pprovduta fl-applikazzjoni onlajn tal-kandidati. Hemm żewġ xenarji possibbli:
|
— |
Jekk it-testijiet MCQ bil-kompjuter jiġu organizzati minn qabel , il-fajls tal-kandidati jiġu ċċekkjati għall-eliġibbiltà f’ordni mill-kbir saż-żgħir tal-marki miksuba sakemm jintlaħaq il-limitu għan-numru ta’ kandidati eliġibbli definit għal kull grad mill-EPSO li jaġixxi bħala l-Awtorità tal-Ħatra. Il-fajls l-oħrajn ma jiġux iċċekkjati. |
|
— |
Jekk it-testijiet MCQ bil-kompjuter ma jiġux organizzati minn qabel, il-fajls tal-kandidati kollha jiġu ċċekkjati għall-eliġibbiltà. |
It-tieni nett, għall-kandidati eliġibbli biss magħżula kif deskritt hawn fuq; is-selezzjoni abbażi tal-kwalifiki ssir bl-użu tal-informazzjoni pprovduta mill-kandidati fit-taqsima Evalwazzjoni tal-Kapaċitajiet (EN: Talent Screener/FR: Evaluateur de Talent/DE: Talentfilter) tal-formola tal-applikazzjoni. Il-bord tas-selezzjoni jassenja piż lil kull kriterju tas-selezzjoni li jirrifletti l-importanza relattiva tiegħu (minn 1 sa 3) u t-tweġibiet ta’ kull kandidat jingħataw bejn 0 u 4 punti.
Il-bord tas-selezzjoni jimmultiplika l-punti bil-piż ta’ kull kriterju u jgħoddhom flimkien biex jiġu identifikati dawk li l-profil tagħhom jissodisfa l-aħjar id-dmirijiet li se jwettqu.
Jekk jogħġbok ara l-ANNESS III għal lista tal-kriterji
3) Iċ-Ċentru ta’ Valutazzjoni
Sa massimu ta’ 3 darbiet in-numru ta’ kandidati ammessi jiġu mistiedna għal din il-fażi. Jekk inti tikseb waħda mill- ogħla marki totali fl-għażla abbażi tal-kwalifiki, int tkun mistieden tattendi f’ċentru ta’ valutazzjoni għal jum jew tnejn, x’aktarx fi Brussell, fejn isiru t-testijiet bil- lingwa 2 tiegħek.
Jekk it-testijiet MCQ bil-kompjuter deskritti fil-punt 1 ma jkunux organizzati minn qabel , inti tagħmilhom fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni.
Seba’ kompetenzi ġenerali u l-kompetenzi speċifiċi meħtieġa għal din il-kompetizzjoni taċ-ċentru tal-evalwazzjoni jiġu ttestjati permezz ta’ erba’ testijiet (intervisti bbażati fuq kompetenzi ġenerali u speċifiċi, eżerċizzju fi grupp u studju tal-każ) kif deskritt fil-matriċi li ġejjin:
|
Kompetenzi |
It-testijiet |
|||
|
Studju tal-każ |
Eżerċizzju fi Grupp |
||
|
Studju tal-każ |
Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali |
||
|
Studju tal-każ |
Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali |
||
|
Eżerċizzju fi Grupp |
Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali |
||
|
Studju tal-każ |
Eżerċizzju fi Grupp |
||
|
Eżerċizzju fi Grupp |
Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali |
||
|
Eżerċizzju fi Grupp |
Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali |
||
|
Marka minima meħtieġa |
3/10 għal kull kompetenza u 35/70 b’kollox |
|||
|
Kompetenzi |
It-testijiet |
|
Kompetenzi speċifiċi |
Intervista bbażata fuq il-kompetenzi speċifiċi |
|
Marka minima meħtieġa |
50/100 |
4) Lista ta’ riżerva
Wara li jiġu ċċekkjati d-dokumenti ta’ sostenn tal-kandidati, il-bord tas-selezzjoni joħloq lista ta’ riżerva tal-kandidati eliġibbli li jġibu l-ogħla marki fiċ-Ċentru ta’ Valutazzjoni, sakemm jintlaħaq l-għadd meħtieġ ta’ kandidati li għaddew. L-ismijiet jiġu elenkati f’ordni alfabetiku.
META U FEJN NISTA’ NAPPLIKA?
Applika onlajn fuq is-siti web tal-EPSO http://jobs.eu-careers.eu sa:
Id-9 ta’ Awwissu 2016 f’12:00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell.
ANNESS I
ID-DMIRIJIET
L-assistenti tal-livell AST 3 jieħdu sehem, taħt is-sorveljanza ta’ amministratur, fil-kisba tal-missjoni tal-istituzzjoni jew tal-aġenzija tagħhom u jkunu mistennija li jwettqu kompiti ta’ operattivi, ta’ implimentazzjoni, ta’ appoġġ u ta’ loġistika f’diversi oqsma tal-attività.
L-ispeċjalisti tal-qasam awdjoviżiv u tal-konferenzi huma responsabbli għad-disinn, l-installazzjoni u l-ġestjoni ta’ installazzjonijiet tekniċi, biex jipproċessaw l-awdjo u l-vidjow f’faċilitajiet multimedjali/awdjoviżivi jew ta’ konferenza, jew għall-organizzazzjoni tal-appoġġ operattiv għal numru kbir ta’ kmamar għal-laqgħat. Id-dmirijiet jistgħu jinkludu:
|
— |
It-tfassil, il-konfigurazzjoni u/jew l-implimentazzjoni ta’ faċilitajiet ta’ tagħmir għall-konferenzi u ta’ tagħmir awdjoviżiv (AV); |
|
— |
It-tfassil ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi u/jew operattivi għal faċilitajiet ta’ konferenzi u għal installazzjonijiet awdjoviżivi ġodda u għar-rinovazzjoni tal-faċilitajiet eżistenti kif ukoll is-superviżjoni ta’ xogħlijiet li jitwettqu l-kuntratturi f’dan il-qasam; |
|
— |
L-iżgurar tal-funzjonament tajjeb tas-sistemi ta’ ġestjoni tat-tagħmir awdjoviżiv tas-swali tal-konferenzi; |
|
— |
Is-sejbien ta’ soluzzjonijiet f’każ ta’ ħsara fl-installazzjonijiet ta’ konferenzi u f’dawk awdjoviżivi; |
|
— |
Is-superviżjoni tal-manutenzjoni ta’ faċilitajiet awdjoviżivi u/jew ta’ sistemi ta’ ġestjoni tal-kamra ta’ kontroll tal-konferenzi u s-superviżjoni ta’ kompiti ta’ appoġġ għall-kmamar tal-laqgħat; |
|
— |
L-organizzazzjoni ta’ appoġġ operattiv għal numru kbir ta’ kmamar għal-laqgħat permezz tal-allokazzjoni ta’ riżorsi tekniċi u umani biex jiżguraw it-tmexxija mingħajr xkiel tas-servizzi operattivi; |
|
— |
L-għoti ta’ taħriġ u l-iżgurar tal-iskambju tal-għarfien dwar sistemi awdjoviżivi; |
|
— |
it-twettiq ta’ testijiet analogi u diġitali bi strumenti ta’ preċiżjoni (ossilloskopji, ġeneraturi ta’ sinjali, miters għall-kejl tad-decibels, termometri diġitali, eċċ.) fis-swali tal-konferenzi; |
|
— |
L-armar, l-installazzjoni u l-konfigurazzjoni ta’ tagħmir AV u ta’ dak informatiku għat-trażmissjoni ta’ immaġni u ta’ awdjo permezz tan-netwerk tal-informatika u/jew tat-telekomunikazzjonijiet (streaming bil-vidjow u bl-awdjo, vidjokonferenzi, eċċ.); |
|
— |
L-armar, it-tpoġġija u t-tħaddim tat-tagħmir mobbli tal-awdjo u/jew tal-vidjow (pereżempju kameras, skrijns, proġetturi, mikrofoni, miksers, xkafef mobbli, eċċ.) matul avvenimenti; |
|
— |
Il-programmazzjoni, it-tħaddim u l-appoġġ u/jew is-soluzzjoni ta’ problemi bis-sistemi ta’ kontroll ta’ awdjo u/jew vidjow għas-swali tal-konferenzi, li jaħdmu lokalment jew mill-bogħod waqt u barra l-ħinijiet normali tax-xogħol; |
|
— |
Il-ġestjoni tar-reġistrazzjoni tad-dibattiti fuq mezz diġitali (lineari u mhux lineari); |
|
— |
Ir-responsabbiltà għal akkwist korrett (pereż. l-għażla tal-immaġni fuq sistemi ta’ kameras multipli), ir-routing u d-distribuzzjoni ta’ sinjali awdjoviżivi minn sala tal-kontroll għall-punti ta’ distribuzzjoni fil-bini; |
|
— |
Ir-responsabbiltà tat-tħaddim, il-konfigurazzjoni, ix-xogħol u/jew l-implimentazzjoni ta’ netwerk ta’ skrijns ta’ informazzjoni; |
|
— |
Il-programmazzjoni, il-konfigurazzjoni u/jew it-tħaddim ta’ sistemi awdjoviżivi, sistemi tal-ikkowdjar u sistemi ta’ streaming u s-soluzzjoni ta’ xi problemi relatati; |
|
— |
L-għajnuna għall-iżgurar tal-konformità mal-istandards internazzjonali tal-installazzjonijiet tal-konferenzi u tal-interpretar simultanju; |
|
— |
Ir-reġistrazzjoni bl-awdjo u/jew bil-vidjow tal-interventi tal-parteċipanti (permezz ta’ mikrofoni, kameras u sorsi awdjoviżivi diversi); |
|
— |
Il-programmazzjoni, it-tħaddim u s-soluzzjoni ta’ problemi b’sistemi ta’ votazzjoni elettronika; |
|
— |
Il-programmazzjoni, it-tħaddim ta’ u/jew is-soluzzjoni ta’ problemi b’sistemi ta’ konferenzi u ta’ interpretar multilingwu u/jew tal-programmazzjoni, it-tħaddim ta’ u s-soluzzjoni ta’ problemi b’sistemi għall-ġbid, l-ipproċessar u x-xandir tal-filmat; |
|
— |
Ir-responsabbiltà għall-ġestjoni u ż-żamma ta’ inventarju tat-tagħmir; |
|
— |
Il-ġestjoni, il-konfigurazzjoni u l-individwazzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ netwerk LAN (TCP-IP); |
|
— |
It-twettiq ta’ tiswijiet u ta’ adattamenti elettroniċi; |
|
— |
L-għazla ta’ ritratti b’konfigurazzjoni li tirriżulta minn kameras multipli f’laqgħat u avvenimenti; |
|
— |
Il-konfigurazzjoni u l-operat tal-faċilitajiet fil-kmamar multimedjali; |
|
— |
Il-konfigurazzjoni, il-ġestjoni u t-tħaddim ta’ sistemi tat-telekonferenza u tal-vidjokonferenza. |
Tmiem tal-ANNESS I, ikklikkja hawnhekk biex tmur lura għat-test prinċipali
ANNESS II
IL-ĠUSTIFIKAZZJONI TAR-REĠIM LINGWISTIKU GĦAL DIN IL-PROĊEDURA TAS-SELEZZJONI
Din hija kompetizzjoni biex tirrekluta tekniċi tal-qasam awdjoviżiv u tal-konferenzi. Ir-rekwiżiti stabiliti fit taqsima “JIEN ELIĠIBBLI BIEX NAPPLIKA?” ta’ dan l-Avviż ta’ Kompetizzjoni huma konformi mar-rekwiżiti primarji tal-istituzzjonijiet tal-UE għal ħiliet speċjalizzati, esperjenza u għarfien u l-bżonn li r-rekluti ġodda jkunu kapaċi jaħdmu b’mod effettiv, b’mod partikolari ma’ membri oħra tal-persunal.
Għal din ir-raġuni, il-kandidati huma mitluba jagħżlu t-tieni lingwa tal-kompetizzjoni għal numru limitat ta’ lingwi uffiċjali tal-UE. Din il-limitazzjoni hija wkoll minħabba restrizzjonijiet baġitarji u operazzjonali u n-natura tal-metodi tas-selezzjoni tal-EPSO deskritti fil-punti 1, 2 u 3 hawn taħt. Ir-rekwiżiti lingwistiċi għal din il-kompetizzjoni ġew adottati mill-Bord tat-Tmexxija tal-EPSO billi jitqiesu dawn il-fatturi u kundizzjonijiet oħra speċifiċi relatati man-natura tad-dmirijiet jew il-ħtiġijiet partikolari tal-istituzzjonijiet tal-UE kkonċernati.
L-għan ewlieni ta’ din il-kompetizzjoni huwa li tinħoloq lista ta’ riżerva ta’ tekniċi tal-qasam awdjoviżiv u tal-konferenzi għar-reklutaġġ fl-Istituzzjonijiet Ewropej. Ladarba jkun impjegat, huwa essenzjali li l-istaff tekniku jibda jaħdem minnufih u jkun kapaċi jikkomunika mal-kollegi u l-maniġers tiegħu. Fid-dawl tal-kriterji dwar l-użu tal-lingwi fi proċeduri tas-selezzjoni tal-UE msemmija fil-punt 2 hawn isfel, l-istituzzjonijiet tal-UE jqisu l-Franċiż, il-Ġermaniż u l-Ingliż huma l-aktar għażliet tat-tieni lingwa xierqa għal din il-kompetizzjoni.
Peress li l-Franċiż, il-Ġermaniż u l-Ingliż huma l-lingwi l-iktar mitkellma, tradotti u użati għal komunikazzjoni amministrattiva tal-persunal fl-istituzzjonijiet tal-UE, il-kandidati jridu joffru mill-inqas waħda minnhom fost il-lingwi obbligatorji tagħhom.
Barra minn hekk, ħakma tajba tal-Franċiż, il-Ġermaniż jew l-Ingliż titqies essenzjali għal diversi kompiti meħtieġa tat-tekniċi, bħad-disinn, l-installazzjoni u l-ġestjoni ta’ installazzjonijiet tekniċi, it-trattament ta’ awdjo u vidjow multimedjali/awdjoviżivi jew f’faċilitajiet ta’ konferenza, kif ukoll fl-organizzazzjoni ta’ appoġġ operattiv għal numru kbir ta’ kmamar għal-laqgħat.
Il-kandidati għandhom jużaw it-tieni lingwa tal-kompetizzjoni tagħhom (il-Franċiż, il-Ġermaniż jew l-Ingliż) meta jimlew l-applikazzjonijiet onlajn u l-EPSO jrid juża dawn il-lingwi ta’ komunikazzjoni tal-massa għal kandidati li jkunu ressqu applikazzjoni valida u għal uħud mit-testijiet deskritti taħt il-punt 3.
1. Ġustifikazzjoni għall-għażla ta’ lingwi għal kull proċedura tas-selezzjoni
L-istituzzjonijiet tal-UE jemmnu li d-deċiżjoni fuq ċerti lingwi li għandhom jintużaw f’kull proċedura ta’ selezzjoni individwali u, b’mod partikolari, kull restrizzjoni fl-għażla tal-lingwi, għandhom isiru abbażi tal-kunsiderazzjonijiet li ġejjin:
|
(i) |
Rekwiżit li r-rekluti l-ġodda jibdew jaħdmu minnufih |
Jeħtieġ li r-rekluti ġodda jibdew jaħdmu minnufih u jkunu kapaċi jwettqu d-dmirijiet li għalihom ikunu ġew irreklutati. Għalhekk, l-EPSO għandu jiżgura li l-kandidati ammessi jkollhom għarfien adegwat ta’ kombinazzjoni ta’ lingwi li tippermettilhom li jwettqu d-dmirijiet tagħhom b’mod effettiv u, b’mod partikolari li l-kandidati ta’ suċċess ikunu jistgħu jikkomunikaw b’mod effettiv fix-xogħol tagħhom ta’ kuljum mal-kollegi u l-maniġers tagħhom.
Għalhekk jista’ jkun ġust li jiġu organizzati xi eżamijiet f’numru limitat ta’ lingwi funzjonali, biex jiġi żgurat li l-kandidati kollha jkunu kapaċi jaħdmu f’mill-inqas waħda minnhom, tkun xi tkun l-ewwel lingwa uffiċjali tagħhom. Jekk dan ma jsirx, jinħoloq riskju għoli li parti sostanzjali mill-kandidati magħżula ma tkunx tista’ twettaq il-kompiti li għalihom tiġi reklutata fi żmien raġonevoli. Barra minn hekk, din ixxekkel il-kunsiderazzjoni evidenti li l-kandidati li japplikaw għal xogħlijiet f’servizz pubbliku tal-UE huma lesti li jissieħbu f’organizzazzjoni internazzjonali li għandha tuża lingwi funzjonali biex tiffunzjona sew u twettaq il-kompiti mogħtija lilha skont it-Trattati tal-UE.
|
(ii) |
In-natura tal-proċedura tas-selezzjoni |
F’xi każijiet, il-limitazzjoni tal-għażla tal-lingwi għall-kandidati tista’ tkun ukoll iġġustifikata min-natura tal-proċedura tas-selezzjoni.
F’konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal, l-EPSO jivvaluta kandidati f’kompetizzjonijiet miftuħa, li juża biex jevalwa l-ħiliet tal-kandidati u jipprevedi aħjar jekk il-kandidati jkunux kapaċi jwettqu d-dmirijiet tagħhom.
Iċ-ċentru ta’ evalwazzjoni huwa metodu tas-selezzjoni li jikkonsisti fl-evalwazzjoni tal-kandidati b’mod standardizzat, abbażi ta’ diversi xenarji osservati minn diversi membri tal-bord tas-selezzjoni. Il-valutazzjoni tuża qafas ta’ kompetenza stabbilit minn qabel mill-awtoritajiet tal-ħatra u metodu komuni ta’ evalwazzjoni u teħid konġunt tad-deċiżjonijiet.
Il-valutazzjoni tal-kompetenzi speċifiċi b’dan il-mod tippermetti li l-istituzzjonijiet tal-UE jevalwaw il-kapaċità tal-kandidati li jibdew jaħdmu minnufih f’ambjent simili għal dak li jsibu fl-impjieg. Korp sostanzjali ta’ riċerka xjentifika wera li ċ-ċentri ta’ evalwazzjoni, li jissimulaw sitwazzjonijiet reali tax-xogħol huma l-aħjar mezz kif wieħed jipprevedi l-prestazzjoni fil-ħajja reali. Iċ-ċentri ta’ evalwazzjoni għaldaqstant jintużaw madwar id-dinja. Fid-dawl tat-tul tal-karrieri u l-grad ta’ mobilità fl-istituzzjonijiet tal-UE, din it-tip ta’ evalwazzjoni hija kruċjali, b’mod partikolari fis-selezzjoni ta’ uffiċjali permanenti.
Biex jiġi żgurat li l-kandidati jkunu jistgħu jiġu evalwati b’mod ugwali u jkunu jistgħu jikkomunikaw direttament mal-evalwaturi u l-kandidati l-oħra li jkunu qed jieħdu sehem fl-eżerċizzju, il-kandidati jiġu vvalutati flimkien fi grupp b’lingwa komuni. Sakemm iċ-ċentru ta’ evalwazzjoni jsir f’kompetizzjoni ma’ lingwa ewlenija waħda, dan jeħtieġ neċessarjament li ċ-ċentru ta’ evalwazzjoni jiġi organizzat f’numru ristrett ta’ lingwi.
|
(iii) |
Limitazzjonijiet baġitarji u operazzjonali |
Għal diversi raġunijiet, il-Bord tat-Tmexxija tal-EPSO jemmen li jkun imprattikabbli li l-fażi taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni ta’ kompetizzjoni unikatiġi organizzata fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE.
L-ewwel nett, approċċ bħal dan jista’ jkollu implikazzjonijiet serji ħafna fuq ir-riżorsi, u b’hekk ikun impossibbli għall-istituzzjonijiet tal-UE biex jissodisfaw il-bżonnijiet ta’ reklutaġġ tagħhom fi ħdan il-qafas baġitarju attwali. Lanqas ma jkun biżejjed valur għall-flus għall-kontribwenti Ewropej.
It-tieni nett, it-tmexxija taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni fil-lingwi uffiċjali kollha tkun teħtieġ numru sostanzjali ta’ interpreti biex jaħdmu fuq kompetizzjonijiet tal-EPSO u l-użu ta’ bini adegwat b’kabini tal-interpretazzjoni.
It-tielet nett, għadd ferm akbar ta’ membri tal-bord tas-selezzjoni jkun meħtieġ biex ikopri l-lingwi differenti użati mill-kandidati.
2. Kriterji għall-għażla ta’ lingwi għal kull proċedura tas-selezzjoni
Jekk il-kandidati jkunu meħtieġa jagħżlu minn numru limitat ta’ lingwi uffiċjali tal-UE, il-Bord tat-Tmexxija tal-EPSO għandu jistabbilixxi fuq bażi każ b’każ il-lingwi li għandhom jintużaw għal kompetizzjonijiet miftuħa individwali, filwaqt li jqis dan li jmiss:
|
(i) |
kwalunkwe regoli interni speċifiċi dwar l-użu tal-lingwi fl-istituzzjoni(jiet) jew korpi kkonċernati; |
|
(ii) |
rekwiżiti speċifiċi relatati man-natura tad-dmirijiet u l-ħtiġijiet partikolari tal-istituzzjoni(jiet) ikkonċernata(i); |
|
(iii) |
il-lingwi l-aktar frekwentament użati fl-istituzzjoni(jiet) ikkonċernata(i), stabbiliti fuq il-bażi ta’:
|
|
(iv) |
il-lingwi użati għal komunikazzjoni amministrattiva fl-istituzzjoni(jiet) ikkonċernata(i). |
3. Il-lingwi tal-komunikazzjoni
Din it-taqsima tiddeskrivi r-regoli ġenerali dwar l-użu tal-lingwi ta’ komunikazzjoni bejn l-EPSO u l-kandidati potenzjali. Ħtiġiet speċifiċi oħra jistgħu jiġu stabbiliti f’kull avviż ta’ kompetizzjoni.
L-EPSO jqis id-dritt tal-kandidati bħala ċittadini tal-UE li jikkomunikaw bil-lingwa materna tagħhom. L-EPSO jirrikonoxxi wkoll li l-kandidati li jkunu vvalidaw l-applikazzjoni huma membri prospettivi tas-servizz ċivili tal-UE li jibbenefikaw mid-drittijiet u l-obbligi mogħtija lilhom mir-Regolamenti tal-Persunal. L-istituzzjonijiet tal-UE għalhekk jemmnu li l-EPSO, kemm jista’ jkun, għandu jikkomunika mal-kandidati u jagħti lill-kandidati informazzjoni dwar l-applikazzjonijiet tagħhom fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE. Biex dan jinkiseb, l-elementi stabbli fis-sit web tal-EPSO, l-avviżi ta’ kompetizzjoni u r-regoli ġenerali li jirregolaw il-kompetizzjonijiet miftuħa jiġu ppubblikati fil-lingwi uffiċjali kollha.
Il-lingwi li għandhom jintużaw meta jimtlew l-formoli ta’ applikazzjoni onlajn huma speċifikati f’kull avviż ta’ kompetizzjoni. L-istruzzjonijiet dwar il-mili tal-formola tal-applikazzjoni għandhom jingħataw fil-lingwi uffiċjali kollha. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni meħtieġ biex tiġi stabbilita l-ewwel proċedura tal-applikazzjoni onlajn fil-lingwi uffiċjali kollha.
Sabiex ikun jista’ jkun hemm komunikazzjoni b’mod rapidu u effiċjenti, ladarba l-applikazzjoni inizjali tal-kandidat tkun ġiet validata, il-komunikazzjoni tal-massa mill-EPSO lil popolazzjonijiet kbar ta’ kandidati se tkun f’numru limitat ta’ lingwi uffiċjali tal-UE. Din se tkun jew l-ewwel jew it-tieni lingwa tal-kandidat kif stipulat fl-avviż rilevanti tal-kompetizzjoni.
Il-kandidati jistgħu jikkuntattjaw lill-EPSO bi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE iżda, sabiex l-EPSO jittratta t-talba tagħhom b’mod aktar effiċjenti, il-kandidati huma mħeġġa li jagħżlu minn fost numru limitat ta’ lingwi li għalihom il-persunal tal-EPSO huwa kapaċi jipprovdi kopertura lingwistika immedjata mingħajr il-bżonn li jirrikorri għal traduzzjoni.
Ċerti testijiet jistgħu jsiru wkoll f’għadd limitat ta’ lingwi uffiċjali tal-UE biex jiġi żgurat li l-kandidati jkollhom ħila fil-lingwi meħtieġa għall-parteċipazzjoni fil-fażi ta’ valutazzjoni ta’ kompetizzjonijiet miftuħa. Il-lingwi għad-diversi testijiet se jkunu speċifikati f’kull avviż ta’ kompetizzjoni.
L-istituzzjonijiet tal-UE jemmnu li dawn l-arranġamenti jiżguraw bilanċ ġust u xieraq bejn l-interessi tas-servizz u l-prinċipju tal-multilingwiżmu u n-nondiskriminazzjoni skont il-lingwa. L-obbligu fuq il-kandidati li jagħżlu t-tieni lingwa li hija differenti mill-ewwel lingwa tagħhom (normalment il-lingwa materna jew ekwivalenti għaliha) jiżgura li dawn ikunu jistgħu jiġu kkomparati fuq bażi ugwali.
Tmiem tal-ANNESS II, ikklikkja hawn biex tmur lura għat-test prinċipali
ANNESS III
KRITERJI TAS-SELEZZJONI
Il-bord tas-selezzjoni jikkunsidra l-kriterji li ġejjin għas-selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki:
|
1. |
Esperjenza professjonali fil-konfigurazzjoni, fit-tħaddim u fis-soluzzjoni tal-problemi ta’ sistemi ta’ konferenzi u/jew ta’ interpretar multilingwu; |
|
2. |
Esperjenza professjonali fil-programmazzjoni, fil-konfigurazzjoni, fit-tħaddim u fis-soluzzjoni tal-problemi ta’ sistemi għall-ġbid, l-ipproċessar tal-awdjo/tal-vidjow; |
|
3. |
Esperjenza professjonali fil-programmazzjoni, il-konfigurazzjoni, it-tħaddim u s-soluzzjoni tal-problemi b’ tagħmir tal-awdjo u/jew tal-vidjo mobbli (pereżempju kameras, skrijns, proġetturi, mikrofoni, xkafef mobbli, eċċ.); |
|
4. |
Esperjenza professjonali fil-programmazzjoni, il-konfigurazzjoni, it-tħaddim u s-soluzzjoni tal-problemi tas-sistemi għax-xandir, il-kodifikazzjoni u l-istreaming awdjoviżiv (permezz ta’ netwerks TCP-IP jew ISDN jew satellita); |
|
5. |
Esperjenza professjonali fit-tfassil ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi fil-qasam ta’ din il-kompetizzjoni; |
|
6. |
Esperjenza professjonali fil-koordinazzjoni u s-superviżjoni ta’ gruppi fil-qasam awdjoviżiv u/jew f’dak tal-konferenzi; |
|
7. |
Esperjenza professjonali fl-użu, il-konfigurazzjoni u t-tneħħija ta’ difetti tan-netwerks ibbażati fuq il-protokoll TCP-IP fil-qasam tal-apparat AV; |
|
8. |
Esperjenza professjonali fit-teħid ta’ kejl analogu u diġitali bi strumenti ta’ preċiżjoni (ossilloskopji, ġeneraturi ta’ sinjali, miters għall-kejl tad-decibels, eċċ.) fil-qasam tal-apparat AV; |
|
9. |
Esperjenza professjonali fl-interkonnessjoni u/jew il-konfigurazzjoni tal-apparat AV permezz ta’ netwerks tal-IT; |
Tmiem tal-ANNESS III, ikklikkja hawn biex tmur lura għat-test prinċipali