29.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/8


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8100 — IK/Five Arrows/I@D)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 235/08)

1.

Fil-21 ta’ Ġunju 2016, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża/l-impriżi IK VII Limited (“IK”, ir-Renju Unit) li tappartjeni/jappartjenu lill-grupp IK Investment Partners u Five Arrows Managers (“Five Arrows”, Franza) ikkontrollata minn Rothschild & Co. jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ I@D Holding u s-sussidjarji tagħha (“I@D”, Franza), permezz ta’ xiri ta’ ishma bil-fondi tal-investiment li huma jiġġestixxu u/jew jagħtu konsulenza dwarhom u veikoli ta’ akkwiżizzjoni relatati.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal IK: attivitajiet ta’ ġestjoni ta’ portfoll f’isem terzi persuni,

—   għal Five Arrows: attivitajiet ta’ ġestjoni ta’ portfoll f’isem terzi persuni,

—   għal I@D: pjattaforma ta’ proprjetà immobbli.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.8100 — IK/Five Arrows/I@D, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.