24.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 228/2


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8080 — Maxburg II/VREP/Norafin)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 228/02)

1.

Fis-16 ta’ Ġunju 2016, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Maxburg Beteiligungen II GmbH & Co. KG (“Maxburg II”, il-Ġermanja), li tappartjeni lill-grupp RAG-Stiftung (“RAG”, il-Ġermanja), u VR Equitypartner GmbH (“VREP”, il-Ġermanja), li tappartjeni lill-grupp DZ Bank AG (“il-grupp DZ Bank”, il-Ġermanja), jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll tal-impriża Norafin Verwaltungs GmbH kollha kemm hi fosthom is-sussidjarji operattivi tagħha (“Norafin”, il-Ġermanja), permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Maxburg II: kumpanija ta’ ekwità privata li tinvesti primarjament f’kumpaniji ta’ daqs medju fil-pajjiżi fejn huwa mitkellem il-Ġermaniż. Maxburg II tappartjeni lil RAG, li essenzjalment huwa attiv fl-estrazzjoni tal-faħam mill-minjieri, il-kimika u n-negozji tal-proprjetà immobbli. RAG huwa l-azzjonist prinċipali ta’ Evonik Industries AG (il-Ġermanja) li tipproduċi u tbigħ speċjalitajiet kimiċi u materjali b’kapaċitajiet għolja,

—   għal VREP: kumpanija ta’ ekwità privata li tinvesti primarjament f’interessi f’kumpaniji ta’ daqs medju fil-pajjiżi fejn huwa mitkellem il-Ġermaniż. VREP tappartjeni lill-grupp DZ Bank li jservi bħala bank ċentrali għall-azzjonisti tagħha (banek kooperattivi) iżda huwa attiv ukoll bħala bank korporattiv,

—   għal Norafin: l-iżvilupp, il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ drappijiet maħdumin, drappijiet mhux minsuġa ta’ speċjalità u u kompożiti.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.8080 — Maxburg II/VREP/Norafin, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.